Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 George Hyzler għall-għarajjes u iżjed xogħol għall-operaturi; L-ILLUM 'Kien hemm min kellu jipposponi ħames darbiet ... ix- xogħol għalina l-organizzaturi żdied' Alexia Azzopardi, minn Wed in Malta, kumpanija li tassisti l-koppji biex jippjanaw it-tiġijiet, qalet li minħabba s-sitwazzjoni u anke r-restrizzjonijiet, l-għarajjes qed jidħlu f 'aktar spejjeż meta jiġu biex jorganizzaw it-tieġ tagħhom. Fakkret kif ħafna mill-operaturi tal-catering f 'Malta ma kinux imdorrija b'tiġijiet fejn il-mistiedna jibqgħu bilqiegħda mal-imwejjed u għalhekk ma kinux attrezzati bl-imwejjed u s-siġġijiet. Dawn l-ispejjeż kellhom jidħlu għalihom il-koppji. Apparti minn hekk, kompliet tispjega, minħabba l-fatt li l-mistiedna jibqgħu bilqiegħda, irid ikun hemm ukoll aktar wejters, inkluż biex iservu x-xorb u għalhekk, jekk koppja trid li jkollha servizz tajjeb, riedet tinvesti f 'aktar riżorsa umana. Il-fatt li t-tiġijiet issa qed jieħdu forma ta' ikliet, l-għarajjes iridu jaħsbu wkoll għall-ikel tal-istaff, bħalma huma l-fotografi, li jkunu ilhom ġurnata mal-għarajjes, il- mużiċisti u oħrajn. "Qabel kien jgħaddi tray u jieħdu mal-mistiedna. Issa trid taħseb għall-ikel tagħhom ukoll," kompliet tgħid. "Dan apparti l-istaff biex jieħdu t-temperaturi, jieħdu d-dettalji tal-mistiedna, is-sanitisers u oħrajn." Min-naħa tal-operaturi, Azzopardi spjegat kif ix-xogħol għalihom żdied ħafna wkoll. Fi kliemha kien hemm għarajjes li kienu kostretti jipposponu t-tieġ ħames darbiet u kull darba, l-organizzaturi, ikollhom jagħmlu kuntatt mal-operaturi kollha biex jassiguraw li huma disponibbli. "Dan mhux faċli, speċjalment issa li qed isiru ħafna tiġijiet f 'salt. Apparti minn hekk issa irridu nassiguraw ukoll li jkunu implimentati l-miżuri, li s-siġġijiet u l-imwejjed ikunu bid-distanza, fost oħrajn," kompliet tisħaq. Fil- każ tagħha, Azzopardi tassisti wkoll koppji barranin li jagħżlu Malta għall-ġurnata speċjali tat- tieġ tagħhom u għalhekk jidħlu wkoll kwistjonijiet marbuta mar- restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar. Dwar il-kwistjoni tad- depożitu, Azzopardi kkonfermat li qed ikun hemm xi kwistjonijiet bejn koppji u organizzaturi, anke jekk hi ma kellix minn dawn il- problemi. "Mhux ġust għax aħna nkunu ilna snin naħdmu fuq tieġ u ħafna mix-xogħol ikun sar. Tieġ bħalissa xorta waħda jista' jsir," insistiet. Temmet ukoll tisħaq li ma taqbilx lanqas mal-fatt li bħalissa, anke wara l-ikel, il- mużika trid tibqa' baxxa u ħadd ma jista' jqum jiżfen. "Għandna sitwazzjoni fejn il-bajjiet qed ikunu mifqugħha u n-nies fis-sala ma jistgħux jiċċaqilqu minn posthom," temmet tgħid. Alexia Azzopardi 'In-natura tat-tiġijiet inbiddlet u għandna ħafna aktar responsabbilità' Anke Ivan Silvio, minn Pearl Weddings Malta kkonferma mal- gazzetta ILLUM li t-tiġijiet kif qed isiru llum, minħabba l-pandemija qed ifissru aktar spejjeż għall- għarajjes. Apparti l-ikel, li fi kliem Ivan Silvio, jiswa aktar minn meta qed isservi finger food, minħabba l-limitu u r-restrizzjonijiet, il- koppji qed ikollhom ifittxu swali akbar biex ikunu jistgħu jakkomodaw il-massimu ta' 300 persuna. Dan biex ma nsemmux il-bżonn li jkollhom aktar wejters u staff biex ikunu jistgħu jaqdu lill-mistiedna. Mistoqsi kif il-pandemija affetwat ix-xogħol tiegħu, Ivan Silvio qal li hu kien ikollu ħafna talbiet minn koppji barranin biex jiżżewġu f 'Malta u li dan is-suq għadu kważi wieqaf għal kollox. "In-natura tat-tiġijiet inbidlet u trid toqgħod aktar attent biex tara li kulħadd jimxi mar- regoli u li l-mistiedna kollha jkunu servuti bl-aħjar mod," insista. "Ħafna mill-operaturi tal-catering mhumiex imdorrija b'dawn it-tip ta' tiġijiet, anke l-wejters u għalhekk, għalina, ir- responsabbilità kibret." Ikkonferma wkoll dak li qalu l-organizzaturi u l-planners l-oħra, jiġifieri li qed ikun hemm kwistjonijiet minħabba d-depożitu. Semma każi fejn pereżempju l-operatur tal- catering ikun diġà ħa d-depożitu, iżda t-tieġ jiġi pospost u hu ma jkunx jista' fil-ġurnata l-ġdida. "Ħadd ma kien ippreparat għal ċirkostanzi bħal dawn," insista. Mistoqsi dwar ir-restrizzjonijiet fuq it-tiġijiet u jekk dawn humiex ġusti, Ivan Silvio qal li jweġġa' meta jara operaturi oħra, jew negozji jew individwi jiksru r-regoli, iżda fi kliemu, għax persuna tikser ir-regoli, ma jfissirx li kulħadd għandu jagħmel hekk. "Il-miżuri qegħdin hemm għal raġuni. Fl-aħħar mill-aħħar irridu nimxu magħhom," temm jisħaq. Ivan Silvio Mamo waqt li saħqet li bħalissa t-tort la qed ikun tal-operatur u lanqas tal-koppji. Għalhekk il-Gvern kien ħareġ din l-iskema. Fi kliem Mamo, tant kemm dawn l-operaturi marru lura fi żmien il- pandemija, meta s-settur tagħhom kien waqaf għal kollox, illi li kieku kellhom jagħtu d-depożitu kollu lura, kienu jfallu, waqt li fakkret li x-xogħol biex jiġi organizzat tieġ jibda mhux minn xhur, imma minn snin qabel u għalhekk ħafna mill-flus tad-depożitu jkunu ħarġu. Hawn tidħol l-iskema tar-rifużjoni tad-depożitu. Madanakollu Mamo qalet li ġieli kien hemm każ fejn koppja ħadet ir-rifużjoni permezz tal-iskema tal-Gvern, iżda xorta waħda marret quddiem l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur. Saħanistra kien hekk koppji li fetħu kawżi kontra l-operaturi quddiem it- Tribunal. "Li qed jiġri huwa wkoll li l-massimu ta' €2,000 li qed jagħti l-Gvern ġieli ma jkoprix l-ispejjeż kollha. Hawn għadu qed jinqala' it tal-inkwiet," saħqet Mamo. "Bi it mhux qed ikopri. Ikun hemm operaturi li ma jkunux disponibbli f 'data oħra, imma mhux kollha." Qalet li wieħed jiem dak li għaddew minnu l-koppji, imma wieħed irid jiem ukoll lil dawn l-operaturi li tilfu ħafna mix- xogħol u daħlu wkoll f 'ħafna kumplikazzjonijiet minħabba koppji li kellhom jipposponu t-tieġ diversi drabi. Insistiet li min-naħa tal-Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji qed jgħinu lill-membri biex iħejju lilhom infushom għal dawn iċ-ċirkostanzi, waqt li saħħqet li ħafna mill-operaturi qed jagħmlu minn kollox biex jgħinu lill-koppji, minkejja li tilfu ħafna mix-xogħol tagħhom u daħlu wkoll f 'ħafna aktar kumplikazzjonijiet. POSTIJIET TA' AVUKAT FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Avukat biex iwettaq dmirijiet ta' prosekuzzjoni u dmirijiet oħra relatati. L-applikanti magħżula jkunu fuq kuntratt għal żmien indefinit, soġġett għal perijodu ta' prova, u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni ta' avukat u mill-inqas, sena esperjenza fil-prattika tal-professjoni wara li jkunu ingħataw il-warrant. L-Applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat, għandhom jintbagħtu lil; Amministrazzjoni Jobsplus Vacancy No 369626, Permit No. 273/2021 Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Nru. 53, Dar l-Ammiraljat, Triq Nofsinhar, Valletta VLT 1101 jew ibgħat email lill ag@attorneygeneral.mt Sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha 9 ta' Lulju 2021 fis-13:00 hrs.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021