Illum previous editions

ILLUM 27 June 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1387607

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 27 TA' ĠUNJU 2021 Carmel Bonnici Charlie Chan – Investigatur b'fattizzi orjentali (1) Earl Derr Biggers kiseb suċċess kbir b'serje ta' novelli li fihom spikka Charlie Chan, detective b'fattizi Orjentali impjegat mal- korp tal-pulizija ta' Honolulu, il-Hawaii. Dan il-karattru deher għall-ewwel darba fuq il-liżar taċ-ċinema fl-1926, imma ma tants impressjona, sakemm din il-parti ġiet fdata f 'idejn Warner Oland fl-1931 f 'Charlie Chan Carries On. Dan kien wieħed minn erba' films ta' din is-serje li, jaħasra, llum m'għadhomx jeżistu biex wieħed ikun jista' jarahom. It-tlieta l-oħra huma Charlie Chan's Chance, Charlie Chan's Courage u Charlie Chan's Greatest Case. Warner Oland, attur Żvediż, kien qisu twieled apposta għal din il-parti tal- investigatur Mandarin (Ċiniż), iżda din is-serje tassew laqtet il-gosti tal-pubbliku meta Keye Luke beda jinterpreta lit-tifel Amerikanizzat tiegħu li kien isejjaħlu Number One Son, bl-isem ta' Lee f 'Charlie Chan In Paris. Il-mod kif dawn it-tnejn, b'manjiera divertenti jirnexxilhom jiżgiċċaw minn mumenti ta' periklu, taw lil din is-serje bażi unikament umana u anki umoristika, li għamlithom aħjar minn films oħra dwar min għamel xi reat. Il-mewt ta' Oland fl-1937 fl-età ta' 58 sena, setgħet ġabet it-tmiem ta' din is-sensiela popolari, imma t-20th Century Fox iddeċidew li jkomplu u rnexxilhom isibu attur ieħor li jiffittja tajjeb għal dan l-irwol. Dan kien Sydney Toler minn Montana li miet fl-1947 fl-għomor ta' 73 sena, meta din is-serje kienet għadha għaddejja. Malajr ingħaqad miegħu Victor Sen Yung bħala Jimmy Chen, it-tieni tifel ta' Charlie (Charlie's Number 2 Son). Minn hawn 'il quddiem, din is-sensiela saret aktar formalizzata imma xorta bbenefikat minn reċtar kompetenti, kitba tajba u minn lista ta' atturi oħra rinomati ta' Hollywood, f 'partijiet sekondarji ta' persuni misterjużi u ġieli wkoll suspettużi. Il-kumpanija 20th Century Fox irtiraw minn din is- serje fl-1942. Sal-1935 kienet il-Fox Film Corporation li ħadmet dawn il-films qabel ma ngħaqdet ma' Twentieth Century Films u saret 20th Century Fox. Kienet il-Kumpanija Monogram Pictures li sentejn wara ddeċidew li jerġgħu jirxuxtaw lil din is-serje ġo produzzjonijiet ta' baġits żgħar, xorta waħda b'Sydney Toler ikun il-protagonist. Dawn ix-xogħlijiet ta' kaaf, magħmula biss bil-għan li jaqilgħu l-flus ma kellhom xejn x'jirrikmandahom. Wara l-mewt ta' Toler fl-1947 din il-parti marret għand Roland Winters għall-aħħar it films, sakemm fl-1949 dan id-detective mar jistrieħ għal dejjem. Il-films tal-bidu ta' Chan, minn nofs is-snin tletin sal-bidu tas-snin erbgħin, baqgħu sal-preżent divertenti ħafna, b'manjiera intelliġenti jsolvu l-każi kollha b'atti ta' kummiedja u dejjem emfasizzat bil-kliem għaqli ta' Charlie Chan, bħal: "Insignificant mole hill sometimes more important than conspicuous mountain". Id-definizzjoni ta' din il-frażi hi li kultant tista' ssolvi kas minn affarijiet sempliċi u ta' bla valur, mhux minn oġġetti li jidhru ovvji. Fl-1981 ħareġ il-film Charlie Chan And e Curse Of e Dragon Queen li nitkellem aktar fuqu l-ġimgħa d-dieħla. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla Warner Oland Sydney Toler Roland Winters

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 June 2021