Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767
02 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy, Valletta Darwin Pharmacy, Ħamrun St. George's Pharmacy, Qormi Mint Care Pharmacy, Birkirkara O'Hea Pharmacy, Gżira San Ġwann Pharmacy, San Ġwann Edward's Pharmacy, Sliema St. Joseph Pharmacy, Lija Tat-Tarġa Pharmacy, Mosta Smiths PAMA Pharmacy, Mosta Parkes Pharmacy, San Pawl il-Baħar St. Monica Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla St. James Pharmacy, Żabbar Pompei Pharmacy, Marsaxlokk Milia's Pharmacy, Żurrieq Santa Marija Pharmacy, Żebbuġ Anici Pharmacy, Mtarfa Castle Pharmacy, Victoria, Gozo Tony's Pharmacy, Marsalforn, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 35˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - L-ADPD mħassba li studenti żvantaġġjati qed isibuha diffiċli joħorġu mill-iżvantaġġ soċjali tagħhom Iċ-Chairperson ta' ADPD, Carmel Cacopardo, sostna li l-viżjoni ta' ADPD tikkunsidra l-edukazzjoni bħala mezz ta' ġustizzja soċjali. "Madanakollu, kif turi biċ-ċar ir-riċerka fl-edukazzjoni, jibqa' ta' tħassib il-fatt li studenti li ġejjin żvantaġġ soċjali, għadhom qed isibuha diffiċli biex johorgu mill-iżvantaġġi socjali tagħhom, anke wara li jgħaddu mis- sistema edukattiva. Dan ifisser li l-edukazzjoni mhux jirnexxielha biżżejjed tagħmel differenza fil- ħajja ta' numru ta' tfal." Cacopardo sostna fuq il- bżonn ta' strutturi li joffru għajnuna lit-tfal b'mod sostnut u fil-pront. Saħaq fuq il-bżonn li l-iskejjel ikollhom l-ispazju li joħorgu b'soluzzjonijiet huma, mingħajr indħil żejjed u riċetti riġidi ddettati miċ-ċentru. Cacopardo sostna li l-pandemija uriet kemm l-inizjattiva tal-iskejjel individwali kienet strumentali biex instabu soluzzjonijiet kreattivi għad-diffikultajiet li ffaċċjaw. Fil-konferenza tkellmu ukoll Mario Mallia Deputat Chairperson ta' ADPD u Sandra Gauci Deputat Segretarju Ġenerali. Fuq l-effetti tal-pandemija fuq l-edukazzjoni, il-kelliema sostnew li l-pandemija fetħet ġerħiet ikbar fl-inugwaljanzi bejn tfal. Fl-istess waqt qalu li l-pandemija fetħet numru ta' possibiltajiet u soluzzjonijiet u għaldaqstant, tista' tissarraf f 'opportunita` ta' riġenerazzjoni. Biex dan l-għan ikun jista' jintlaħaq, jgħidu li għandu jitnieda proċess ta' riflessjoni kreattiva, kritika u konsultattiva. Il-kelliema sostnew li dan m'għandux jieħu "s-sura ta' dokumenti għal konsultazzjoni bħal dawk li qed ivara l-gvern bil-gzuz fuq l-edukazzjoni malli waslet biex tispiċċa s-sena skolastika, imma għandhom ikunu l-komunitajiet edukattivi infushom li jfasslu l-aġenda huma u joħorġu b'soluzzjonijiet li jirrispondu ghal kuntesti differenti u partikulari tagħhom." F'dan il-kuntest, huma qalu li huwa ta' għajb li l-bord ta' Implimentazzjoni tal-Qafas tal-Kurrikulum li kellu jara li l-kurrikulum nazzjonali jiġi mplimentat, m'ghadux jiltaqa'. ADPD qalet li tħoss li dan ghandu jerga' jigi attivat u l-għanijiet tiegħu imwessa' sabiex jikkunisdra l-kuntest speċifiku tal-pandemija u l-effett li din kellha fuq il-qafas kurrikulari. Fost dawn l-impatti, dan il-bord għandu jeżamina kif il-qasam essenzjali tal-arti u l-kreattivita`gie milqut fl- edukazzjoni tat-tfal taghna permezz tal-pandemija.