Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 aħbarijiet Vawċer jew rifużjoni? 'L-Air Malta dejjem tat l-għażla lill- konsumatur u allura dejjem kienet konformi mal-liġi' L-Air Malta kif ukoll Iain Tonna mill- FATTA jirreaġixxu għar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li ddikjarat l-użu sfurzat ta' vawċers minflok rimborż ta' flus għal titjiriet ikkanċellati, bħala illegali ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "L-Air Malta dejjem tat għażla u l-għażla tal-konsumatur dejjem baqgħet hemmhekk dwar jekk iridx flusu lura jew vawċer fil-każ ta' kanċellament. Allura tgħid x'tgħid il- K u m m i s s j o n i Ewropea jew il- Qorti Ewropea tal-Awdituri, il- Linja Nazzjonali ta' Malta dejjem kienet konformi mal-liġijiet." Hekk sostna mal- gazzetta ILLUM kelliem tal-Air Malta, f 'reazzjoni għad- deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri iktar kmieni din il- ġimgħa li ddikjarat s-sistema ta' vawċers minflok rimborż ta' flus bħala illegali. Fir-rapport tagħha kkomu- nikat lill-Kummissjoni Ewro- pea, il-Qorti kkritikat il-fatt li l-għajnuna biljunarja li ngħatat lill-linji tal-ajru ma kinitx mar- buta ma' kundizzjoni ta' rimborż awtomatiku tal-flus. Stephen Gauci iżda sostna illi l-għażla baqgħet għalkemm fakkar li l-Air Malta tat għażliet oħrajn għal dawk li kienu ċerti li se jerġgħu jsiefru. Fil-fatt il-linja tal-ajru kienet tat l-għażla li persuna tibbukkja vaganza f 'pajjiż ieħor, f 'data ġdida sa 12-il xahar wara t-titjira oriġinali. Dan ġie akkumpanjat minn vawċer ta' €20. Inkella l-linja tal-ajru kienet qed toffri wkoll possibilità ta' vawċers li jistgħu jintużaw f 'temp ta' sena. L-istess Iain Tonna mill- Federazzjoni tal-Aġenti tal- Ivjaġġar (FATTA) kellu kliem ta' kritika għad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li sostna illi qed "tissimplifika wisq ir-realtà". H u w a jammetti li huwa vera li l-liġi tobbliga li j i n g ħ a t a w il-flus lura, "imma aħjar il-Qorti tal- Awdituri tara li r-regoli jiġu inforzati fuq min qed jissuplixxi l-aġenti tal-ivjaġġar. Il-flus għandhom qegħdin mhux għand l-aġenti u jekk il-flus ma jiġux lura mingħand min aħna ħallasna se jkollna problema biex ngħadduhom lill- k o n s u m a t u r ," sostna Tonna m a l - I L LU M . Huwa qal illi donnha din il-Qorti qed tassumi li l-flus mogħtija mill- klijent jibqgħu għand l-aġenti tal-ivvjaġġar. €23 miljun f 'rifużjonijiet mill-Air Malta Intant Stephen Gauci qal li din il-problema issa battiet sew bi ftit li xejn kanċellamenti ta' titjiriet għajr għal xi wħud lejn ir-Renju Unit ftit ġimgħat ilu. "Naqqset ħafna issa l-pressjoni għar-rimborż ta' flus u l-kumpanija tinsab fil-ħin biex tagħti dawn il-flus lura." Mistoqsi kemm swew lill- kumpanija dawn ir-rifużjonijiet ta' titjiriet ikkanċellati, Gauci qal illi b'kollox il-kumpanija kienet diġà tat €23 miljun, sa erba' xhur ilu. L-istess jikkonferma Tonna li jgħid illi ftit għad fadal flus x'jingħataw għal titjiriet u safar ikkanċellat. 'It-turiżmu huwa ħafna aħjar milli stennejna' - Tonna Mistoqsi liema destinazzjonijiet qed ikunu popolari, il-kelliem tal-Air Malta beda billi qal illi l-akbar volum ta' xogħol ġej mit- turiżmu li dieħel iktar milli ħiereġ, hekk kif għalissa l-Maltin qed joqgħodu lura milli jsiefru b'mod ġenerali. Kompla jispjega kif l-aktar rotot li sejrin tajjeb sa issa f 'termini ta' turisti deħlin huma l - Ġ e r m a n j a , l-Olanda u l-Italja. M i l l - ġ d i d jikkonferma dan huwa Iain Tonna li jgħid illi filwaqt li r-rata ta' Maltin li qed isiefru huwa inqas milli mistenni, it-turiżmu lejn Malta huwa ħafna aħjar milli mistenni. "Dan grazzi għax-xogħol li sar f 'dak li jirrigwarda l-Covid-19 - illum dan qed iħalli l-frott," temm jgħid Tonna. Ian Tonna Stephen Gauci X'qalet il-Qorti Ewropea tal-Awdituri? Skont rapport li ġie ppubblikat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-UE ma ġewx salvagwardjati matul il-pandemija tal-COVID-19. Il-Qorti sostniet li "l-linji tal-ajru huma legalment meħtieġa li jagħtu lill-passiġġieri flushom lura jekk jikkanċellaw it-titjiriet. Iżda minflok ħafna linji tal-ajru ġiegħlu lill-klijenti tagħhom jaċċettaw il-vawċers, u din hija prattika illegali." L-awdituri tal-UE ġibdu l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-linji tal-ajru u l-operaturi ta' pakketti tal-ivvjaġġar irċevew biljuni ta' ewro f 'għajnuna mill-Istat, li ngħatat "mingħajr ma kienet kundizzjonali fuq ir-rimborż li jingħata lill-passiġġieri." "Fost il-ħafna konsegwenzi tagħha, il-pandemija kellha effett dannuż fuq id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fl-UE", qalet Annemie Turtelboom, il-Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri responsabbli għar- rapport. "Filwaqt li sar kull sforz biex il-linji tal-ajru u l-operaturi ta' pakketti tal-ivvjaġġar jingħataw appoġġ, it li xejn saru sforzi biex jiġu żgurati d-drittijiet ta' miljuni ta' persuni fl-UE." L-awdituri sabu li fl-ewwel xhur tal-kriżi ħafna passiġġieri tilfu l-flus li kienu intitolati għalihom. "Dan saħansitra seħħ bil- ehim tal-Istati Membri: 15 minnhom, inklużi Franza, l-Olanda u l-Belġju, adottaw miżuri eċċezzjonali biex jeħilsu lil-linji tal-ajru u lill-operaturi ta' pakketti tal-ivvjaġġar mill- obbligu normali tagħhom li jirrimborżaw lill-passiġġieri. Bi ksur tal-leġiżlazzjoni tal- UE, ħafna passiġġieri kienu mġiegħla jaċċettaw il-vawċers, iżda mhux dejjem kienu protetti kontra l-insolvenza tal-linji tal- ajru, u l-prospett ta' rimborż iddewwem," sostniet il-Qorti fir- rapport tagħha. Huma jgħidu illi minkejja li minn nofs l-2020, il-linji tal- ajru bdew jirrimborżaw lill- passiġġieri, "fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, dan ħa ħafna aktar mis-7 ijiem (għal passiġġieri "b'biljetti għat-titjira biss") jew l-14-il jum (għal vjaġġaturi b'pakketti li jinkludu t-titjira u l-akkomodazzjoni) meħtieġa mil- leġiżlazzjoni." Il-Qorti nnutat li kien hemm każi illi għalihom lanqas biss ingħata rimborż. Il-Qorti Ewopea tal-Awdituri fakkret illi b'mod ġenerali, bejn Marzu 2020 u April 2021 l-Istati Membri ħarġu fondi pubbliċi li jammontaw għal kważi €35 biljun. Innutaw li l-Air France u KLM flimkien irċevew aktar minn €11-il biljun, Luhansa aktar minn €6 biljun, u TUI, TAP u SAS aktar minn biljun ewro kull waħda. "Madankollu, l-Istati Membri ma għamlux l-għoti ta' għajnuna lil-linji tal-ajru espliċitament kontinġenti fuq ir-rimborż tal-passiġġieri, minkejja li l-Kummissjoni kienet għamlitha ċara li huma setgħu jagħmlu dan," ilmentat il-Qorti. "Fl-aħħar mill-aħħar, l-Istati Membri ħallew ir-rimborż tal- passiġġieri tal-ajru unikament f 'idejn il-linji tal-ajru, li min- naħa tagħhom segwew il- prijoritajiet proprji tagħhom fir-rigward tal-użu tal-għajnuna mill-Istat."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021