Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 Dawn l-artiklI jifformaw parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il- ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. EU Green Deal: Jiswa' lill-UE iktar minn triljun ewro, imma x'inhu? Bosta jiddeskrivu t-tibdil tal-klima bħala ħrafa li ngħidu lit-tfal biex inwerwruhom minflok il-babaw. Oħrajn jgħidu li jekk mhux se nagħmlu xi ħaġa se tiblana x-xemx. L-Unjoni Ewropea x'temmen? MARIANNA CALLEJA L-Unjoni Ewropea ilha snin twal fuq quddiem tal-battalja kontra t-tibdil tal-klima u ġlied ambjentali ieħor tant li nofs il- baġit tal-Parlament Ewropew imur dritt għall-EU Green Deal. Mhux sigriet li l-ambjent hu prijorità għal UE tant li matul is-sena jsiru numru esseġerat ta' diskussjonijiet, laqgħat u kampanji ddedikati għalih. Imma x'jagħmlu daqshekk importanti dan il-famuż ehim tant li qed jiswa' l-UE 'l fuq minn triljun ewro? It-tibdil tal-klima: realta' jew ħrafa? Biex inkunu fehmna għaliex hemm bżonn dan il-fethim tal- UE tajjeb li nagħtu ħarsa lejn x'qegħdin nagħmlu bħalissa fuq l-ambjent u fuq kollox x'ħa naffaċjaw fil-futur jekk dan il- fethim ma nżommux miegħu. Ir-risposta hi xejn. Xejn mhu ħa naffaċjaw għax litteralment ma jkun baqa' xejn minna. Dan intqal minn bosta xjentisti iżda għadna fiċ-ċans li nieħdu azzjoni. Il-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima magħruf aħjar bħala IPCC jinkludi l-aqwa klimatoloġisti fid-dinja. Minn żmien għal żmien dawn jipprovdu aġġornamenti regolari bbażati fuq ix-xjenza tal-bidla fil-klima, l-impatti u r-riskji futuri tiegħu, u għażliet għall-adattament. Dawn il-klimatoloġisti, kelma kumplessa li tfisser esperti fit- tibdil tal-klima, lura fl-2018 kienu sostnew li hu importanti ferm li nżommu t-temperatura globali ta' 1.5°C iżda ma jkunx gravi jekk naslu sa 2°C. Sa sena wara l-istess bord ta' esperti reġa' rritorna u nsista li rridu nżommu t-temperatura globali għal waħda inqas minn 1.5°C għax inkella ħa nsofru problemi kbar. Kif għaddejin bħalissa, hu mbassar li t- 2°C se naqbżuhom b'ħafna u dan iffiser diżastru kbir. Biex nimu aħjar, tiakru n-nirien li laqtu l-Awstralja fil- bidu tal-2020? Tiakru f 'dak ir- ritratt tas-silġ jinħal fl-Antartika li qiegħed idur fuq il-midja soċjali? Jew xi ħaġa iktar qrib ta' xtutna, indunajtu kemm żdiedet is-sħana? Dan kollu mhu xejn ikkumparat ma' dak li se nispiċċaw naffaċjaw fil futur aħna jew agħar uliedna jekk nibqgħu sejrin kif aħna. L-IPCC qed jgħidu ukoll li se tiġi tiswina ħafna sabiex ngħixu bl- iżbalji tagħna fil-futur qrib. F'din l-istima mhux jinkludu biss in- numru ta' flus li lanqas biss nafu kif jinkitbu aħseb u ara kemm noħorġuhom minn butna, iżda qed jinkludu wkoll il-miljuni ta' nies li se jkunu qed iħallsu b'ħajjithom jekk ma nagħmlux xi ħaġa issa. Hawn fejn jidħol il-EU Green Deal. Il-bidu tal-Green Deal għall- Unjoni Ewropea L-UE ilhom jippruvaw jiġġieldu dak kollu li jagħmel ħsara lill- ambjent għal żmien twil. Il- Parlament Ewropew dejjem fehem li l-progress u l-iżvillup hu ta' bżonn u se jwassalna għal ħajja aktar komda. Madankollu kien il-Parlament Ewropej li għaraf li id f 'id mal-iżvillup u l-progress hemm ukoll ċertu implikazzjonijiet negattivi. Tlaqna lura għall-1997 f 'Kyoto l-Ġappun Wara snin twal ta' lobbying mill-attivisti, il-mexxejja tad- dinja iltaqgħu flimkien f 'Kyoto l-Ġappun biex tiġi diskussa t-triq il-quddiem. F'din il-laqgħa il- pajjiżi ġew ukoll imqassma f 'lista skont kemm huma responsabbli għall-akbar ammont ta' dijossidu tal-karbonju (CO2). L-Amerika, il-Kanada u l-pajjiżi Ewropej sabu ruħhom fil-quċċata tal-lista u b'hekk huma l-iktar responsabbli biex inaqsu l-emissjonijiet tal- karbonju. Sfortunatament wara dik il- konferenza mhux kulħadd ġibed il-ħabel flimkien mal-Ewropa u dan għaliex dakinhar ma sar xejn ħlief fethim. Minħabba li dan il-fethim ma rabat lil ħadd legalment, kienet iktar faċli biex bosta pajjiżi saħansitra anke l-kbar, ma jżommux kelmthom. Nimxu għall-2015, Pariġi fi Franza u imbagħad għal Brussell fl-2019 Lura fl-2015 fI Franza, inħoloq il-Paris Climate Agreement li għalih daħlu pajjiżi anke barra l-UE. Għal darba oħra dan kien biss ehim u xejn ma rabat legalment il-pajjiżi biex jagħmlu l-almu tagħhom. Dan intwera biċ-ċar meta il-Gvern ta' Donald Trump ħareġ l-Amerika mill- kuntratt u ddeċċieda li t-tibdil tal- klima hi biss ħrafa. Inmorru f 'Brussell fl-2019. L-UE iddeċidiet li ma tistax tibqa tistenna lil dak u lill-ieħor. Flimkien mal-mexxejja tal-Istati Membri inkluż Joseph Muscat li dak iż-żmien kien Prim Ministru ta' Malta huma approvaw l-EU Green Deal, pjan ambizzjuż għal UE sostenibbli. Fuq kollox, x'jgħid l-EU Green deal? L-UE Green deal hu biss pjan jew ftehim ta' dak kollu li għandu jintlaħaq sal-2050 iżda minnu joħorġu bosta regolazzjonijiet fosthom dawk li din il-gazzetta diġà semmiet. Biex insemmu ftit hemm il-Farm to Fork, l-Istrateġija Ewropea għal Bio Diversità u l-Istrateġija Ewropea Industrijali. Il-pjan innifsu jitkellem ukoll fuq kif l-Unjoni Ewropea tista tiġġenera l-fondi sabiex tifaċilita t-transizzjoni għal UE aktar sostenibbli. Dan kollu hu stimat li jiswa aktar minn triljun ewro. Iva sewwa qrajtu, mhux żball dak. Dawn il-flus jiġu minn żewġ sorsi. L-ewwel huma l-flus iġġenerati mill-kummerċ iġġenerat mill- UE. In-nofs l-ieħor hu mill- baġit tal-UE. F'sena il-UE jkollha baġit ta' triljun ewro li nofshom imorru dritt għal UE Green Deal. Persentaġġ minhom jintefaq bejn l-Istati Membri inkluż Malta sabiex huma wkoll jiġġieldu kontra t-tibdil tal- klima bla preċedent.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021