Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767
16 letteratura IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-ħeffa li tqarraq L-ittra ta' Osama u stejjer oħra (Horizons, 2020, €14) jasal għall- punt mingħajr ħafna dawrien u akrobaziji. Kapaċi jpaxxih lill- qarrej, iqanqallu tbissima u xi riflessjoni wkoll. Xi trid aktar? Sikwit, il-pretensjoni taf toqtlu ktieb: dik it-tiixa miġnuna biex tinħoloq xi ħaġa speċjali, jew inkella l-isforz impost fuq opra li jkollha tgħix u twettaq il-hype pubbliċitarju li jippreċediha. Madankollu, dil-ġabra nistħajjilha kaxxa kbira u vojta li, bħal meta konna tfal u jagħtuna rigal, tibqa' ddawwar fiha wara li tkun battaltha, għax forsi kienet kbira wisq għal dak li kien hemm tassew fiha. Il- ħeffa ta' dawn in-novelli, li lill-qarrej ma tgerrxux u li, biex inwessgħu l-metafora tal-kontenituri, tagħmel dak li hemm miktub fuq il-pakkett, ximindaqqiet inħossha għażżiena, speċjalment meta osservata fil- kuntest tal-proġett editorjali. Niakar fid-daħla għal Il Momento è Delicato ta' Nicolò Ammaniti (Solferino, 2012), fejn l-awtur ħareġ bit-titlu tal-antoloġija ta' rakkonti b'dak li kien jgħidlu l-pubblikatur meta kien jiġi jippreżentalu ġabra ta' novelli. Mument diffiċli għall- industrija, xi rumanz iridu n-nies, dan mhux se jbigħ. Issa, ma tistax togħġob lil kulħadd, l-aktar fid- dinja tal-ktieb, għax anki għal kemm inħobbu jien lil Ammaniti, dawra fuq il-Goodreads turik li hemm almenu wisq aktar li ddiżappuntahom il-ktieb. Malta żgur mod ieħor, ma tistax tqabbel, u fil-każ ta' Portelli, li ma bediex jikteb ilbieraħ, dar bħall- Horizons żgur ma tagħmilx il- kalkoli dwar mumenti inqas jew aktar diffiċli, u xogħol bħal dan jidħol bla problemi fil-katalgu tagħha. Madankollu, hija ġabra li tinħass lightweight, bħallikieku Portelli ġabar biżżejjed stejjer biex jgħaqqadhom f 'volum lest biex joħroġ. L-ironija, anki tal-argument li qed nipprova nasal għalih, hi li din kitba tajba. Biex naqilbu għal tqabbila puġilistika, il-boxer ħafif rixa xorta jħallik tara l-istilel jekk jaħsel jolqtok kif imiss, u Portelli jaħfen is-sengħa tan-novella b'mod xieraq biżżejjed u jaf fejn jagħtihom id-daqqiet. Imma forsi jgħarrxu u jbenġlu kemm kemm tant li tinsiehom il-ponnijiet li jaqgħu fuqek, u n-knockout ma jiġi qatt. Jirbaħ bil-punti, forsi? Ma nafx: min-novellieri donnu nistenna