Illum previous editions

ILLUM 4 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1389767

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 4 TA' LULJU 2021 • illum Roberta Metsola hija l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola Pajjiżna jrid jirbaħ lura l-kredibbilità L -aħbar li Malta tpoġġiet fil-lista l-griża mill- FATF għalkemm kienet mistennija xorta kienet xokk. Kienet mistennija għaliex kien ċar għal kulħadd li l-Gvern kien qiegħed jonqos mir-rieda u d-determinazzjoni biex juri li għandu l-kapaċita' li jiġġieled il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Il-Gvern ittama li l-imbuttatura li kien qiegħed jagħti fl-aħħar ġranet qabel ħarġet l-aħbar, bil-laqgħat u l-kuntatti li kien qiegħed jagħmel, kienu se jsalvaw is-sitwazzjoni. Ma ġarax hekk. Meta nħarsu lejn dak li sar fl-aħħar xhur, naraw li l-Gvern ħa numru ta' inizjattivi biex jipprova jdawwar xi it ir-rotta, imma dawn ma kienux biżżejjed. Il-Partit Nazzjonalista, fl-aħħar snin, mhux biex kien qiegħed jitlob lill-Gvern biex iwaqqaf għal kollox il-valanga ta' korruzzjoni li kienet għaddejja, imma kien qiegħed jagħmel sensiela ta' rakkomandazzjonijiet biex il-pajjiż u l-istituzzjonijiet indipendenti jitħallew jaħdmu kif suppost, jagħmlu xogħlhom fl-interess taċ-ċittadini onesti. Kien hemm okazzjonijiet fejn il-Gvern bexxaq il-bieb għall-proposti li għamel il-Partit Nazzjonalisa u mplimenta uħud minnhom imma kien hemm oħrajn fejn għalaq il-bieb kompletament. Il-Gvern aktar kien dispost li jħalli l-bieb miuħ beraħ għal min kien qiegħed iwettaq il-korruzzjoni milli għal min kien qiegħed jiġġieled il-korruzzjoni. Il-Partit Nazzjonalista ried aktar azzjoni. Aktar miżuri. Aktar infurzar biex il-korrotti u biex persuni li jippużaw ta' politiċi imma ma huma xejn aktar ħlief kriminali li jisservew bil-fiduċja tan-nies jieħdu dak li ħaqqhom. It-tgawdija tagħhom u l-prezz tal-korruzzjoni qed iħallas għaliha min għandu investiment, is-self- employed u l-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Id-deċiżjoni tal-FATF ma ġietx ħabta u sabta. Il-Gvern kien jaf biha għaliex kien imwissi. Kien jaf li qed isir skrutinju fuq pajjiżna. Il-kredibbilita' li kien igawdi pajjiżna tilfiha b'kapriċċ tal-Gvern Laburista. Pajjiżna jitmexxa bl-azzjoni Fil-politika u fit-tmexxija ta' pajjiż li jgħodd hi l-azzjoni. Pajjiżna ma jitmexxiex bi slogans. Pajjiżna ma jitmexxiex b'dikjarazzjonijiet li ma jwasslu għal imkien. Pajjiżna ma jitmexxiex qiesu xi ħadd qed jagħmel kwestjonarju u tweġiba tkun iva jew le, naqbel jew ma naqbilx. Il-media din il-ġimgħa rrappurtat lill-Prim Ministru Robert Abela jgħid li hu ma jiġġustifikax il-Panama Papers. Il-Prim Ministru bl- azzjonijiet irid jidher li mhux jiġġustifika l-azzjonijiet li għamlu politiċi-kriminali u persuni oħra maħtura politikament f 'diversi istituzzjonijiet biex jgħattu dak li għamlu l-korrotti. Dak li hu mistenni minn Prim Ministru: azzjoni mhux dikjazzjonijiet waħedhom. Fis-sitwazzjoni li l-pajjiż jinsab fiha, l-anqas ħaġa li għandu bżonn pajjiżna u l-poplu Malti u Għawdxi hu l-għebusija tar-ras jew il-pika. Il-Partit Nazzjonalista kien qed iwissi lill-Gvern li dak li kienu qed jagħmlu elementi fi ħdanu kien se jwassal għall-problemi serji. Kien ċar għal kulħadd li anki l-istituzzjonijiet ma kienux qed jaħdmu. Ridna lill-Gvern jieħu ħafna aktar miżuri u jdaħħal ħafna aktar inizjattivi fl-aħħar xhur biex jikkoreġġi dak li sar ħażin. Ridna nfurzar u ġustizzja. Proposti u soluzzjonijiet Kif għamilha ċara il-kap tal- Partit Nazzjonalista Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista jrid jagħti sehem tiegħu. Dan mhux mument li ngħidu t-tort hu tal- Gvern u jsolvi l-problema l-Gvern. Dan mhux mument li ngħidu li l-Gvern ma tax widen u mexa b'mod stinat. Dan hu mument li nkomplu ngħidu x'nixtiequ aktar għal pajjiżna u nagħmlu l-proposti tagħna. Ix-xewqa tagħna tibqa' li l-Gvern jimplimenta dak li qed nissuġġerixxu. Din mhix pika ta' min ħareġ bl-idea jew min wettaqha. Jeħtieġ li bħala pajjiż nindirizzaw f 'qaisr żmien in-nuqqasijiet li ġew identifikati mill-Financial Action Task Force bl-aktar mod sħiħ. Magħhom irridu ukoll jiġu mplimentaw sensiela ta' riformi ekonomiċi u oħrajn fil-qasam tal-governanza biex niżguraw li ma nerġgħux nispiċċaw f 'din il-pożizzjoni. Jeħtieġ li nimmoderniżżaw u niddiversifikaw il-mudell ekonomiku tagħna. Il-Ministru tal- Finanzi ta indikazzjoni li t-triq li kien qed jipprova jgħaddina minna l-Gvern ma kinitix it-tajba. Imma kellna naslu s'hawn? Għaliex issa? Ma kienx evidenti li kien ġejjin il- problemi? Meta tkun fil-gvern jew f 'pożizzjoni ta' tmexxija ma tistax toqgħod tesperimenta imma trid tkun ċert li qed tagħmel l-għażliet it-tajbin. Pajjiżna għandu jassigura l-indipendenza u l-imparzjalita' tar-regolaturi u l-istituzzjonijiet tagħna jeħtieġ ikunu imħarsa u rispettati dejjem u ma jerġgħux jitpoġġew fid-dell. Biex nilħqu dan iżda jeħtieġ nagħmlu bidla legali u kulturali. Jeħtieġ li l-individwi li jintgħażlu biex imexxu l-istituzzjonijiet ikunu korretti, jimxu b'etika, jagħrfu bejn dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin u jagħmlu l-għażliet it-tajba. Għal dawn in- nies trid tkun naturali li jagħmlu l-għażliet it-tajba. Minkejja li l-isfidi li għandna, il- Gvern irid jara li l-investitur onest irid ikollu l-aħjar ambjent fejn jista' jopera. Biex nagħmlu dan jeħtieġ jittranġaw in-nuqqasijiet li hemm fis-sistema tagħna u li japprofittaw minnhom nies b'intenzjonijiet ħżiena u fl-istess waqt jissaħħu l-isforzi biex niġru wara dawk li qed jagħmlu dan l-atti illegali. Trid tittieħed azzjoni biex id-dell li qegħdin taħtu jitneħħa minn fuqna. Malta jeħtieġ terġa ssir sieħeb li l-pajjiżi u n-negozji internazzjonali jistgħu jerġgħu jibdew jafdaw. Il-gvern irid jieqaf iġib skużi. Irid jieqaf jitkellem bi slogans. Il-Partit Nazzjonalista lest li jsosni lill-Gvern biex isib il-kuraġġ u r-rieda politika ħalli l-bidliet li jonqos, li huma urġenti isiru. Bl-istess mod l-istituzzjonijiet għandu jkollhom ir-rieda li jwettqu l-funzjonijiet li huma fdati bihom. Dan hu meħtieġ għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 July 2021