Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 ċertu Ġużeppi Galizia li kien tabib li semma każ ta' tifla li weqgħet ġo bir u mietet mad-daqqa. Ir-rukell tas-sinsla ta' dahra ma kienx inkiser iżda rasha dahret iktar minn 180°. Santi u leġġendi: Ninu Xkora il-qaddis L-aħbar li Ninu Xkora seta' ġie midfun ħaj ma niżlitx sew ma' ħafna u numru minnhom bdew ukoll iqisuh bħala qaddis. Saru s-santi tiegħu xi wħud kienu jmorru fuq il- qabar tiegħu fiċ-ċimiterju tal-ħabs u jpoġġu t-tazzi biż-żejt. Hawn tidħol l-istorja ta' waħda mara li kienet marret biex tieħu ż-żejt u tpoġġih fuq I-qabar ta' Ninu Xkora iżda sabet il-bieb magħluq. Qabel ma daret biex tibda triqitha lura, għajtilha raġel u staqsieha x'kellha bżonn. Il-mara qalet lir- raġel li riedet tqiegħed it żejt f 'lanterna biex tixgħel il-qabar ta' Ninu. Ir-raġel offrilha biex jagħmel dan hu stess u ħa ż-żejt minn idejn il-mara filwaqt li rringrazzjaha mill-qalb. Xi żmien wara, l-istess mara reġgħet marret fuq il-qabar ta' Ninu Xkora iżda l-gwardjan ma ħallihiex tidħol minkejja l-insistenza tagħha li l-gwardjan ta' qabel għamel fiż- żejt hu f 'isimha. Wara li l-mara rrakontat l-istorja mal-gwardjan iktar minn darba, il- gwardjan iddeċieda li juriha ritratt u staqsieha jekk tagħrafx lir-raġel fl- istampa. Hija mal-ewwel għarfet lir- raġel li kien l-istess wieħed li kien ħa ż-żejt u offra li jpoġġih fuq il-qabar ta' Ninu. Hawn fejn il-gwardjan ta l-aħbar xokkanti, li r-raġel ma kien ħadd iktar ħlief Ninu Xkora nnifsu! Wara din l-istorja, kien beda' jingħad li r-ruħ ta' Ninu Xkora bdiet tidher fl-inħawi tal-ħabs. Minħabba dan kollu, l-awtoritajiet u l-gvernaturi ta' Malta bdew iqabbdu l-aħjar kirurgi tal- pajjiż biex ikunu huma li joħorġu ċ-ċertiat tal-mewt. Apparti minn hekk id-dfin tal-ikkundannat ma baqax isir fi żmien siegħa bħal qabel iżda jsir sigħat wara biex jiġi żgurat li l-akkużat hu mejjet. L-iktar punti li laqtu l-gazzetta ILLUM dwar il-Piena tal-Mewt f'pajjiżna Il-ktieb waħdu se jkun fih iktar minn 100 paġna u għalhekk mhux possibli nagħmlu sommarju ta' dak li intqal iżda dawn huma numru ta' punti li l-aktar laqtu l-gazzetta ILLUM. Il-piena tal-mewt f 'Malta kien ilha teżisti għal sekli sħaħ iżda sfortunatament ma tantx hemm ħjiel ta' fejn kienet iseħħ l-eżekuzzjoni innifisha qabel il- miġja tal-Ingliżi. Li nafu żgur li l-piena tal-mewt eżistiet ħafna qabel ma' kienet parti mill-Kodiċi Kriminali li inkiteb l-ewwel darba fl-1854. Fost l-atti kriminali li kienu jwaslu biex akkużat jaqla' sentenza bħal din kien hemm omiċidju, piraterija u serq b'vjolenza li kien jinkludi kollox, minn persuna thedded b'arma sa' persuna torbot vittma. F'Malta kellna każ uniku ta' piena tal-mewt li ingħatat lil ċertu Carmelo Borg Pisani li kien akkużat bi tradiment tal-istat wara li ingħaqad fl-armata Taljana, meta Malta kienet parti waħda mall-Ingliżi. L-eżekuzzjonijiet saru l-iktar f 'dawn il-postijiet. • Ir-Rabat fuq 'is-Saqqajja' fejn illum hu iktar magħruf bħala Misraħ il-Forok. • Il-Belt Valletta, fit-tarf tal- Fortizza Rikażli li dak iż-żmien kienet magħrufa bħalha 'Tal- Forok' kif ukoll f 'okkażjoni waħda fuq il-bastiment HMS Rodney fil-Port il-Kbir. • Il-Glasis tal-Furjana, dak iż-żmien magħruf bħalha 't-Tomba' jew 'Tat-Tripunti'. Dan jiġi fejn illum hemm il- maar tal-Gwerra. Intant l-istoriku Ġużè Gatt jirrakonta kif fiż-żmien il- Gran Mastru Pinto kienu għallqu seba' min-nies li wara qatgħulhom rashom u poġġewhom fuq kolonna apposta fil-Belt l-iktar għażiża għalih, Città Pinto, Ħal Qormi. F l - 1 9 7 1 , i l - G v e r n ta' Mintoff kien ressaq m o z z j o n i fil-Parlament Malti li waslet biex il-piena tal-mewt titneħħa mill-Kodiċi Kriminali biss. Wara kienet biss sentenza li tista tingħata lis- suldati jekk f 'gwerra jgħinu lill- għadu. Fl-2002, bi preparazzjoni biex Malta tidħol fl-unjoni Ewropa, il- Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Eddie Fenech Adami, neħħieha kompletament. Allura x'jinkludi fih il-ktieb il-Piena tal-Mewt f 'Malta ta' Attard? Minn intervista ma' eks- imħallef fl-1994 li jagħti raġunijiet għaliex jaqbel mal- piena t a l - m e w t għal ritratti esklussivi bil-kulur tal-forka kif kienet taħdem anke minn taħt il-patibolu, il-ktieb jinkludi assolutament kollox li għandu x'jaqsam mal-piena tal- mewt f 'Malta. Wieħed jista' jaqra ukoll il- lista tal-170 darba li persuna ġiet mogħtija din is-sentenza. Inkluż fosthom dawk li nbiddlitilhom għal sentenza għal għomorhom il-ħabs. Fil-ktieb wieħed jista' jsib ukoll in-noti tal-ġurnalisti li ttieħdu waqt l-eżekuzzjonijiet, spjegazzjoni ta' x'inhuma l-bojja u r-rużarjanti kif ukoll kapitli fuq il-proċedura tad-dfin. Fl-aħħar u mhux l-inqas il-ktieb se jinkludi kull it- tagħlim kattoliku fuq dan is- suġġett li qatt ma qal li kien kontra sakemm il-Papà Ġwanni Pawlu t-Tieni ħeles mill-forka priġunier Amerikan waqt żjara tiegħu fl-Istati Uniti. Il-ktieb bl-aħħar aġġornamenti se jkun qed jiġi ppublikat fi ftit ġimgħat oħra iżda Attard diġà għandu numru ta' kotba fuq dan is-suġġett għal min jixtieq jibda jaqra xi ħaġa relatata. Min Pulizija għall-kittieb: Min hu Edward Attard? Mwieled f 'Tas-Sliema fl-1947, Edward (Eddie) Attard inagħqad fil-Korp tal-Pulizija fl-1966. Fl- e w w e l snin tiegħu fil-Korp, Attard kien jaħdem f 'xogħol amministrattiv iżda fl-1977 hu ġie inkarigat b'xogħol ieħor ferm interessanti. Hu kien responsabbli mill-pubblikazzjonijiet tal- Korp, fosthom ir-rivista Il- Pulizija, Il-Kodiċi Kriminali, u Ir-Regolamenti tat-Traffiku. Filwaqt li hu kien għaddej b'dan ix-xogħol, Attard ħa interess f 'riċerka dwar l-istorja tal- pulizija, tal-kriminalità, u l-ħabs f 'pajjiżna. Madankollu Edward Attard beda' jagħmel iktar riċerka u jippublika l-ewwel xogħol tiegħu wara li spiċċa mill-Korp tal-Pulizija b'kotba bħal Il- Piena tal-Mewt f 'Malta, Delitti F'Malta, Femiċidju f 'Malta u s-serje popolari ta' ħdax il-kotba; Delitti li Jibqgħu Jissemmew. Edward Attard