Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Ix-xibka mudlama Nevita li nkellem lill-awtur biex nifhem xogħlu, għax nemmen li x-xogħol jitkellem għalih innifsu. Sakemm mhux qed isir xi studju partikolari, u hawn forsi mmur kontra xi xeħtiet ta' prassi jew fehim, ma rrid nisma' xejn mill- bniedem tad-demm u l-laħam li fantas in-narraturi u l-karattri tar-rakkont tiegħu. Did-darba, żgarrajt tikka minn dan il-prinċipju, anki għaliex awtur ġdid b'rumanz li xrobtu, u għalhekk smajtu fuq Taħt il-Qoxra, il-programm radjufoniku- online tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, u ktibtlu messaġġ biex insaqsih għala ma ħarġux ma' pubblikatur. Din tal-aħħar minħabba li almenu nofs Nyctophilia (awto- pubblikat, 2021, distribwit mill- BDL, €10) kapaċi jiskandalizza għaxar darbiet daqs Li Tkisser Sewwi. Il-każ ċelebri ta' Alex Vella Gera u Mark Camilleri kien serva biex idawwal l-idjozija taċ-ċensura pudika kif ukoll ta' edukazzjoni letterarja zoppa – li kienet skandalizzatni għax l-agħa kien qam mill-imkejjen suppost dotti – li attribwiet, b'eki tal-ġrajjiet extra-filmiċi ta' Il-Madonna taċ-Ċoqqa fi żmienu, l-intenzjonijiet letterarji lill-awtur li jġib ismu fuq il-qoxra. Il-kilba tax-xovinist ta' Vella Gera hawnhekk tiddistingwi lilha nnifisha bħala deskrizzjoni ta' karatteristika soċjali u kulturali, b'riskontri kwotidjani mad-dimensjoni Maltija u Mediterranja tagħna – u għalhekk hija pass importanti fil-mixja tal- letteratura tagħna – iżda mhi assolutament xejn quddiem id-deskrizzjoni dettaljata ta' akkoppjament minn wara mmexxi mill-alluċinazzjonijiet miġjuba minn bolla LSD. Madankollu, la Vella u Gera u lanqas Schembri ma kitbu l-pornografija. Anzi, kapitlu minnhom tar- rumanz jismu proprjament Pornosofia, il-forma tal- għerf marbuta mal-imħabba u l-apprezzament tal- pornografija, anki fis-sens etimoloġiku oriġinali tal-pjaċir mogħti mill-porni, il-prostituta tal-Greċja Antika li, bħalma hu l-iskop tal-eqdem mestier tad- dinja, xogħolha mhix biss li sserraħ istint iżda anki li tagħti esperjenza lil tmur lil hinn minn dawk limitati u ddettati mis-sikkaturi liġġiema tal- moralità soċjali. Pornosofia huwa wkoll ktieb tal-filosofu Taljan Simone Regazzoni, li jesplora l-pornografija mingħajr il- moraliżmu mistenni mill- filosofija tradizzjonali bħala fenomenu mill-aktar qawwi tal-kultura tal-massa. Is-sess huwa ċentrali, għalhekk, f 'Nyctophilia, u nieqaf hawn anki għaliex il- ktieb maħdum b'sengħa ta' rakkont li jżommok taqra, mhux biss għas-soluzzjoni ta' plott essenzjalment lineari u għalhekk forsi sempliċi, imma għaliex it-tensjoni tat-tmiem hija ddeterminata mill-ħila li jinħolqu karattri li l-ħjiliet dwar ħajjithom u l-motivazzjonijiet tagħhom jitqiegħdu f 'ekwilibriju perfett li jsostni l-pass tal-istorja. Minkejja żewġ protagonisti ewlenin li nisimgħu b'alternanza r-rakkont tagħhom fl-ewwel persuna, hemm żewġ karattri oħra kriptiċi u fiżikament assenti, speċjalment fil-mod kif jikkontribwixxu għall-ħolqien tas-sitwazzjoni kumplessiva tar-rumanz, u anki l-karattri wisq aktar verosimili tal-omm u n-nanna tal-protagonist iroddu konkretezza soċjali u tipika konvinċenti. Rumanz dwar id-dlam u l-mibegħda tad-dawl, dawl Malti għalkollox li mill-ewwel ifakkarna fis-sħanat tal- istaġun. L-imħabba għad-dlam, li tagħti l-isem lir-rumanz, talludi għal dlam li mhuwiex biss fiżiku, fis-sens tan- nuqqas ċikliku tad-dawl, imma ta' dlamijiet tar-ruħ li fuq livell superfiċjali jistgħu jiġu kklassifikati bħala tabù, anki soċjali, iżda li fir-rakkont ta' Schembri jaslu sal-qigħan tal- perverżjoni u l-fetiċċju li huwa komuni f 'kull wieħed u waħda minna aktar milli nixtiequ nammettu. Huma saffi tal-eżistenza tagħna li jiġu amplifikati bl- użu liberu tad-droġi imma anki mill-moralità partikolari tal-karattru ewlieni li jibni l-filosofija ta' ħajtu madwar l-għażla tan-nuqqas tal-lgiem. Mhuwiex se jkun karattru simpatiku għal kulħadd, anki għaliex mhuwiex maħsub li jkun. Imma l-valur tal-kitba ta' Schembri qiegħda primarjament fil-plawżibbiltà ta' karattru li minkejja li lil hinn minn kull moralità konvenzjonali, mhux xi libertin gratwit (u hemm taf qiegħda l-firda delikata mill- waqgħa għall-pornografija) jew inkella għodda bla ruħ għat-titillazzjoni gratwita, u lanqas xi psikopatiku pass ċkejken 'il bogħod minn xi Jason Bateman. Il-bidu ta' ġrajjietu taf tqarraq, speċjalment fl-ewwel battuti tal-ktieb li huma partikolarment mgħobbija bil- metafori u x-xbihat imma fejn xi kultant ifeġġ kemm kemm is-sogru tas-sabta mill-għoli tas-sublimi għall-wita tal- banali. Ħaġa li Schembri jiskolpa ruħu minnha hekk kif tibda taqbad sew in-narrazzjoni, imma għal mument ħsibt li dan seta' kien biss tarġa tikka ogħla mis-'sixth-form poetry', l-arti taż-żgħażagħ ma jafu xejn mill-ħajja li xi kultant ta' adulti jispiċċaw joħorġuha għall-beraħ xorta f 'awto- pubblikazzjoni. Dan għaliex il-karattru f 'xi mumenti jagħti anki l-idea ta' incel jobgħod lin-nisa, imma din l-impressjoni mill-ewwel taqa' malli niskopru l-missjoni sesswali attiva tiegħu. Mumenti oħra, il- faxxinu bin-notturn jaf jidher artifiċjali, tfuli jew kappriċċjuż, bla motivazzjoni partikolari, speċjalment bl- allużjonijet bikrin għall-metal, is-sataniżmu, ċertu friegħi t a l - p or n o g r af ij a . . . i ns om m a , id-dark web mhux daqshekk inaċċessibbli ta' ċertu ħajjiet. Lura għall-iskandlu potenzjali, Schembri kulma qalli hu li kien hemm pubblikatur li m'emminx fil- vijabbiltà kummerċjali tal-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021