Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 27

02 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 34˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 35˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Kumpanija rreġistrata f 'Malta No: C99581 qed tfittex impjegati kemm f 'Malta u anke barra minn Malta. Impjiegi disponibbli; *Delivery/courier, *Xufiera tat- taxis, *Fattigi, *Bar tenders, *Kokijiet/Commis Chef/Sous Chef * Mekkanikx tal-karozzi u l-muturi, *Ħaddiemaa tal-Kostruzzjoni (Kaħħala/Bricklayers/ elecrtivians etċ), *Crane operators u ħafna oħrajn. Għal aktar informazzjoni ibgħat CV fuq: relirecruit@gmail.com 'Mhux prudenti jsiru kummenti għax sub-judice l-każ' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Korp tal-Pulizija ma weġbux il-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta dwar Maria Efimova, miuma li kienet il-persuna wara informazzjoni illi fil-Bank Pilatus, f 'safe, kien hemm Declarations of Trust li Egrant Inc, kumpanija fil-Panama, kienet ta' Michelle Muscat - mart l-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Din il-gazzetta kważi sena ilu kienet staqsiet iex kienet tinsab l-investigazzjoni fuq din il-mara li ġiet akkużata mill-Qorti Maltija, f 'rapport tal-Imħallef Aaron Bugeja, illi xerrdet kalunja kif ukoll bir-reat ta' perġurju - meta allura tigdeb waqt li tkun qed tixhed fil-Qorti. Din il-ġimgħa, propju wara li Muscat reġa' sejjaħ l-istorja dwar Egrant bħala "gidba", din il-gazzetta reġgħet staqsiet iex waslu l-proċeduri kontriha u jekk il-pulizija tafx fejn tinsab din il-mara. U jekk taf f 'liema stadju jinsabu l-proċessi fil-konfront tagħha. Minkejja li ġiet akkużata b'kalunja u ġurament falz u anke imressqa l-Qorti mill-Pulizija (mhux fiżikament għax ma kinitx Malta), jidher sal-lum li l-Korp tal- Pulizija ma jridx jikkumenta wisq f 'dan l-istadju, għax qal lil din il-gazzetta li l-każ huwa sub judice u allura mhuwiex prudenti li jsiru kummenti. Meta din il-gazzetta staqsiet iżda jekk il-Korp tal-Pulizija jafx fejn tinsab l-akkużata u jekk hijiex qed tippjana li ġġib lil Efimova lura, din il-gazzetta ntlaqgħet biss minn silenzju, filwaqt li kelliem tal-Korp sempiċiment qal lil gazzetta ILLUM li hemm mandat ta' arrest ewropew kontriha u li l-pulizija ressqitha, bil- każ ikun diferit għal aktar tard din is-sena. Fil-fatt il-pulizija ressqet lil Maria Efimova lura fil-11 ta' Novembru 2020, tmien xhur ilu. Il-Pulizija Ċiprijotta wkoll kienet qed tfittex lil Efimova, bejn Frar 2013 u Ġunju 2014, wara lment mill- eks impjegatur tagħha, IFD Fragrance Distribution. Sussegwentement il-Pulizija Ċiprijotta wkoll ħarġet mandat ta' arrest ewropew. Dan il-mandat iżda ma ntlaqax mill-Interpol, filwaqt li lura fl-2018 il-Qorti Griega ma kinitx laqgħet it-talba ta' Malta biex tibgħat lil Efimova lura hawn, wara li sostniet illi l-akkużi li qed isiru kontriha huma wisq vagi. Din l-aħbar intlaqgħet b'mod pożittiv mill-MEP Malti David Casa, fost oħrajn. Maria Efimova kienet sostniet illi telqet minn Malta bil-biża' li d-destin tagħha se jkun bħal dak ta' Daphne Caruana Galizia. Pantelis Varnava, ir-raġel ta' Efimova u ċittadin tal- Greċja u Ċipru wkoll qed jiffaċċja akkużi ta' frodi u ħasil ta' flus - akkużi li hu jgħid li ma humiex minnhom u huma sempliċiment kontinwazzjoni tal-attakk fuq martu. L-avukat tiegħu kien qal li Varnava kienu qed jippruvaw jagħmlu vendikazzjoni kontrih. L-Imħallef Aaron Bugeja ma kienx sab evidenza li torbot lil Egrant Inc ma' Michelle Muscat, filwaqt li kien sab ukoll li l-firem li saru fuq id-dikjarazzjoni li tgħid illi Muscat kienet fil-fatt is-sid u li suppost kienu ta' Jaqueline Alexander, kienu foloz. Maria Efimova

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021