Illum previous editions

ILLUM 11 July 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1391762

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 11 TA' LULJU 2021 aħbarijiet Jagħmel ħafna storbju - pero' għal ħafna jibqa' parti integrali mill-festa u jaqblu li jibqa'! ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ilmenti u saħansitra kampanji fuq il-midja biex jitwaqqfu minħabba l-istorbju u l-effett li hemm min jgħid li jkollhom fuq l-annimali u persuni vulnerabbli - il-maġġoranza kbira tal-Maltin u l-Għawdxin jibqgħu favur l-użu tal-murtali fil-festi. Il-murtali huma parti mill-varjetà ta' nar li jinħaraq waqt festa, b'mod speċjali bħala salut, fit-tmienja u nofsinhar - matul il-ġimgħa tal-festa, waqt li jingħad it-Te Deum u fil- 'kaxxa' hi u ħierġa l-purċissjoni tal-festa nhar il-Ħadd. Fid-dawl tal-ilmenti li jqumu kważi kull sena fis-sajf, il- gazzetta ILLUM f 'sondaġġ xjentifiku permezz ta' Polar, staqsiet lin-nies jekk jaqblux jew le mal-użu tal-murtali fil- festi. Maġġoranza qawwija ta' 73.2% wieġbu illi jaqblu, filwaqt li kienu biss 20.4% li qalu li ma jaqblux u 6.4% ma tawx risposta. Interessanti li l-aktar favur u l-aktar kontra huma l-aktar żgħażagħ u l-anzjani, rispettivament. Fil-fatt 79.8% ta' dawk li pparteċipaw u għandhom bejn is-16 u l-35 sena qalu li jaqblu, filwaqt li kienu biss kważi 11% li qalu li ma jaqblux. Dan jista' jkun frott dversi fatturi, fosthom il-fatt li l-ħoss idejjaq inqas lil dawk iżgħar fl-età, pero' wkoll il-qawmien tal-entużjażmu u l-volontarjat f 'diversi oqsma tal-festa fost iż-żgħażagħ fl- aħħar 15-20 sena, inkluż fil- logħob tan-nar. Kuntrarjament, minkejja li dawk aktar anzjani huma fil- maġġor parti xorta favur, hemm iżda element ħafna ikbar ta' persuni kontra din il-prattika. Fost dawk bejn il-51 u l-65 sena, filwaqt li dawk favur jinżlu għal 66%, dawk kontra jitilgħu għal 27%. Fost dawk li għandhom aktar minn 65 sena, dawk favur jerġgħu jitilgħu għal 70.6%, filwaqt li dawk kontra jinżlu ftit għal 24.5%. Fuq livell ġeografiku ma hemmx differenzi notevoli lanqas, bil-maġġoranza assoluta u kbira - kullimkien - tibqa' favur l-użu tal-murtali. Fil-fatt f 'kull żona ta' Malta aktar minn 70% jaqblu mal- użu tal-murtali u fil-każ tan- nofsinhar tal-port (Kottonera, Ħaż Żabbar, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien...) u anke fit- tramuntana (Il-Mosta, il- Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Imġarr u Mellieħa) dawk favur jaqbżu s-77%. F'termini politiċi l-votanti Laburisti huma ftit aktar favur minn dawk Nazzjonalisti, anke jekk mhux b'differenza kbira. Fil-fatt kienu 19.8% tal- parteċipanti li vvotaw PL fl- aħħar elezzjoni li qalu illi ma jaqblux u 22.7% tal-votanti tal- PN fl-2017 li wkoll qalu li ma jaqblux mal-użu tal-murtali. Differenza ftit iktar notevoli hija bejn in-nisa u l-irġiel, b'dawn tal-aħħar ħafna iktar favur (76.4%), milli huma n-nisa (70%). Iva 73.2% Le 20.3% Ma nafx 6.4% Int taqbel mal-użu tal- murtali fil- festa?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 July 2021