Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 l-poplu għaddiet minn trawma jafdana biżżejjed' tas-Sunday Times imur 20,000 vot żmerċ u l-Labour jirbaħ b'maġġoranza ta' 30,000 vot ikun ifisser li l-PN ikun ilu 13-il sena jaqla' dawn it-tip ta' telfiet kbar u kważi 20 sena ma jikseb maġġoranza komda u b'saħħitha (2003 - madwar 13,000 vot). Ma jistax ikun li dan huwa riżultat ta' "ftit żbalji" jew inkella sempliċiment "il- mod kif il-PN jgħaddi l-messaġġ" - xi problema intrinsika hemm żgur? X'inhi? Peter Agius jibda billi jgħid illi r-relazzjonijiet tal-bnedmin bejniethom ġeneralment tibda sejra lura minħabba diversi fatturi; nuqqas ta' rispett, nuqqas ta' komunikazzjoni, nies li jifhmu lil xulxin ħażin, aspettattivi ħżiena u diversi raġunijiet oħrajn. "L-ebda waħda ma tkun ir-raġuni ewlenija għaliex tnejn minn nies jieqfu jitkellmu - imma flimkien dawn il-problemi kollha jwasslu biex in-nies jitbiegħdu minn xulxlin. Huwa jkompli jgħid li r-relazzjoni bejn il-PN u l-poplu "għaddiet minn trawma u l-poplu għadu mhux jafdana biżżejjed - dak li juru n-numri (tas-sondaġġi)." Huwa jgħid iżda li l-aktar ħaġa li tagħtih ħeġġa huwa l-fatt "li nara illi madwar 100,000 persuna li jgħidu illi ma jivvutawx jew inkella ma jafux kif jivvutaw kieku ssir elezzjoni ... dan ifisser li Abela ma għandux il-maġġoranza tal-poplu warajh. Mhux se jkun faċli nikkonvinċu lil dawn il-100,000 persuna għax huma xettiċi mill-Labour pero' għadhom mhux konvinti minna," jispjega Agius mal-ILLUM. Huwa qal li għalhekk biex il-partit jikkonvinċi jeħtieġ ikun imaġinattiv biex il-poplu jisma' u jara l-PN x'qed jgħid speċjalment f 'dinja fejn l-attenzjoni hija għal ftit ħin u f 'dinja fejn ħafna netflix jaraw mhux l-istazzjonijiet lokali! Qed isemmi ħafna il-midja u l-midja soċjali - li huwa tajjeb. Pero' fit-toroq, il- PN għandu preżenza? Għandu strutturi u nies li qed iduru fid-djar tan-nies bil- messaġġ tal-partit? Jew il-PN qed iħabbat il-bieb tan-nazzjonalisti konvinti biss? Hu jisħaq li kulħadd jista' jgħin u li meta hu jmur iħabbat il-bibien, iħabbat għand kulħadd, kif ġieli ħabbtu għandu kandidati Laburisti. "Nies għandna ħafna - kandidati u deputati li għaddejjin il-ħin kollu jħabbtu. U strutturi għandna wkoll, mhux bil-għan li jkellmu lit-tesserati biss, imma lill-poplu kollu. Peter Agius qal li l-Kap tal-PN stess Bernard Grech qed imur għand in-nies u l-aktar għand dawk li l-PN jixtieq jisma' mingħandhom. Il-PN se jerġa jiġġieled elezzjoni fuq il-korruzzjoni biss? Jinħass lejlet elezzjoni ġenerali li l-PN reġa' jinsab l-aktar b'saħħtu fuq kwistjonjiet bħall-korruzzjoni u l-governanza - it- tnejn kwistjonijiet fundamentali - imma li fil-verità m'għandhomx toqol biżżejjed daqs l-ekonomija, ix-xogħol, il-flus fil- but, l-infrastruttura u kunsiderazzjonijiet oħrajn, f 'għajnejn l-elettorat. Kif se tassigura li ma jerġax jiġri bħall-2017 u l-messaġġ tal-PN jispiċċa kważi esklussivament fuq il-ħażin tal- Gvern fil-qasam tal-governanza, bil- Labour jispiċċa kważi b'monopolju fuq l-aktar materji li jinteressaw lin-nies? Filwaqt li jfakkar fl-importanza li l-PN jitkellem dwar il-korruzzjoni "ta' Muscat li kellu lil Abela miegħu u li llum qed jimxi fl-istess passi tiegħu", ammetta li minkejja li fl-2017 il-PN kien immotivat ħafna u kien hemm konvinzjoni kbira fost l-attivisti, il-PN xorta tilef b'marġini kbar. Huwa qal illi konxji ta' dan il-PN qed jipprova jfiehem li hemm rabta bejn il- korruzzjoni u l-flus, bħal ma jgħid li qed jiġri fil-każ tal-FATF. Huwa jgħid li l-ewwel kien hemm il-korruzzjoni u dik li jsejħilha "ir-rovina tar-reputazzjoni tal- pajjiż", imbagħad id-deċiżjoni tal-FATF li titfa' lil Malta fuq il-Lista l-Griża "u issa l-poplu se jibda jħoss l-għafsa." Peter Agius sostna iżda illi min għalih l-akbar tħassib huwa l-ambjent ma tistax tmur għandu tiddiskuti l-korruzzjoni biss. "Għal dak il-bidwi, it hija importanti l-kondotta tal-politiku. Jinterssah mill- fatt li qed jipproduċi prodott b'ħafna iktar spejjeż pero' bi prezz irħas minn dak ta' Sqallija," sostna Agius. Huwa qal li dak li għamlet Rosianne Cutajar, per eżempju, affetwa lill-aġenti tal-proprjetà u - skont hu - affetwa lil Malta għax se tfisser li pajjiżna se jdum aktar biex joħroġ mill-Lista l-Griża tal- FATF. 'Ikkritikawna imma ejjew magħna...' U finalment x'se jkun il-mod kif se jkejjel is-suċċess jew nuqqas tiegħu? Huwa qal li l-ewwel u qabel kollox huwa se jikkalkula s-suċċess tiegħu fuq kemm se jkun kapaċi jaħdem f 'tim u t-tieni mir- riżultat elettorali. "Iva se naħdmu biex inġibu l-kunsens tal-poplu, se naħdmu biex innaqqsu d-distakk u biex nagħtu alternattiva li taspira lin-nies." Huwa ħeġġeġ lin-nies biex jikkritikaw: "Ikkritikawna biex insiru aħjar imma ejjew magħna u agħtu l-kontribut tagħkom," temm jgħid il-Kelliem Ewlieni tal-PN Peter Agius mal-ILLUM.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021