Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum 'Ir-relazzjoni bejn il-PN u l-poplu u l-poplu għadu mhux jafdana Alan Borg Peter Agius ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Bħal-lum ġimgħa l-PN ħabbar li Peter Agius, kandidat tal-istess partit għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew, se jinħatar Kelliem Ewlieni tiegħu. Issa Agius ħafna jafuh jew iqisuh bħala persuna moderata, li jitkellem il- lingwaġġ tat-triq b'affinità partikolari għas-settur tal-biedja u l-agrikoltura. Imma minkejja dawn il-fatturi pożittivi, Agius x'effett se jkollu biex il- PN jibda jagħmel xi passi 'l quddiem 12- il sena minn kemm ilu jitlef kull elezzjoni nazzjonali b'aktar minn 33,000 vot? X'bidliet irid jara? 'Irridu nistaqsu għalfejn l-ideat tal- PN ikunu s-sitt aħbar, mhux l-ewwel' Nibdew l-ewwel mistoqsija fuq livell aktar speċifiku għall-irwol tiegħu. X' se jkun eżatt dan l-irwol? Se jitkellem u jidher dejjem hu? U l-koordinazzjoni tal-messaġġ mhux xogħol l-istrateġista li għadu kemm impjega l-istess partit? Allura x'se jagħmel hu, li huwa differenti minn ħaddieħor? Peter Agius jibda billi jgħid li din hija kwistjoni ta' partit li jrid jidentifika l-bżonnijiet tiegħu, l-ewwelnett il- messaġġ tal-partit innifsu. "L-analiżi tagħna hija li għalkemm il-PN huwa magna ta' ideat u għandu diversi nies kompetenti li jistgħu jieħdu post oħrajn fil-Gvern, qed inbatu ħafna f 'dak li jirrigwarda l-messaġġ: Jekk jasal, kemm jasal u kif jasal," jibda jispjega ma' din il-gazzetta Agius. Huwa qal li l-PN qed jaħdem f 'xenarju ta' midja li - skont hu - hija ostili lejn il- PN jew ikkontrollata mill-Labour.... Il-gazzetta ILLUM twaqqfu hemm u tinnota li ħafna ma jaqblux maż-żewġ punti li għadu kif għamel: L-ewwelnett u kuntrarjament għal li qal ħafna jaraw li l-PN huwa nieqes mill-ideat u t-tieni, ħafna midja - speċjalment dik stampata u l-portals qajla tista' tgħid li jħalluha lixxa lil-Labour! Aħseb u ara kemm huma kkontrollati mil-Labour! "Iva imma meta tara kemm l-attenzjoni tingħata lill-ideat tal-Gvern u imbagħad lill-ideat tal-PN tara li hemm żbilanċ straordinarju," jgħid Agius. Hu jagħti eżempju u jgħid illi jekk il-Kap tal-PN jgħid xi ħaġa - bħal li Gvern tal-PN ineħħi lil Malta mill-Lista l-Griża tal-FATF f '90 jum - din titpoġġa bħala s-sitt jew is- seba' aħbar, wara elenku ta' aħbarijiet li jitrattaw lill-Ministri. "Jekk tara l-gazzetti, per eżempju ħafna drabi l-PN jiġi rrappurtat fuq paġni 6 jew 7, mhux fuq quddiem..." Il-gazzetta ILLUM tfakkru li d-deċiżjonijiet editorjali ta' fejn tmur storja jiddependu fuq il-kontenut. Sinjal li l-kontentut li qed joffri l-PN mhuwiex ta' front page.... U Peter Agius jaqbel u jgħid li hu qed isemmi biss fatt u mhuwiex jikkumenta dwaru. "Iva aħna rridu nistaqsu lilna nfusna għaliex dak li qed ngħidu aħna mhux qed ikun fuq il-front page, għaliex mhux qed joħloq biżżejjed diskussjoni u biżżejjed sens ta' ownership." Huwa sostna li għalhekk l-irwol tiegħu mhuwiex li jitkellem hu biss - ħlief fejn l-aktar li hemm bżonn - imma li jara li l-messaġġ tal-partit jasal bl-aktar mod effiċjenti. "Biex nagħti eżempju, jekk qed nitkellmu fuq is-saħħa mentali mela rrid nara li l-messaġġ qed jasal għand it-tobba, l-infermiera, il-carers ... dan naturalment jeħtieġ il-kuntatt man-nies." "Irridu naraw kif nolqtu aktar l-immaġinazzjoni tan-nies..." jgħid Agius. Għalhekk l-ILLUM terġa' tfakkru iżda li dan li qed jgħid huwa xogħol min qed jagħmel l-istrateġija, li għaliha l-PN diġà għażel lil Chris Peregin. Huwa sostna li kulħadd fil-PN qed jaħdem mill-qrib u li l-ebda rwol mhu jirfes fuq ieħor. "Hemm affarijiet li qed nagħmel jiena ispirati minn diskussjonijiet li kelli mal- Kap, mal-kandidati jew ma' Peregin ... imma l-irwol speċifiku tiegħi huwa li l-messaġġ tal-PN jasal." 'Irrid lill-midja tal-PN tkun tirrifletti aktar l-għajta tas-soċjetà' Induru fuq il-midja tal-PN. Naturalment il-PN (Bħal PL) għandu għodda f 'idejh biex dan il-messaġġ jasal. Sfortunatament għal snin sħaħ kemm in-Net TV u aktar u aktar in-Net FM kienu lura f 'termini ta' udjenzi. Il- gazzetti imbagħad jidher li ħadu daqqa u ddgħajfu (il-gazzetti kollha ddagħjfu imma tal-partiti jidher li aktar) bil-kbir. Kif se jirranġa dan il-fatt? Huwa beda bi premessa li dwar il- midja tal-partit, hu se jkun qed jisma' lil kulħadd - speċjalment lill-ġurnalisti infushom. Imbagħad juri x'qed jistenna aħjar mill-midja tal-PN: "Nixtieq nara aktar l-għajta tas-soċjetà fuq il-midja tal-PN. Mela jekk per eżempju ingħalqu l-iskejjel tal-Ingliż ma rridx nisma' biss x'qed jgħid il-politiku, imma rrid nisma' x'qed jgħidu l-għalliema, x'qed jgħidu l-istudenti..." Huwa qal li l-mezzi tal-midja tal-PN jeħtieġ ikunu "pjattaforma għas-soċjetà" u jfakkar f 'dak li qal il-Kap tal-PN Bernard Grech meta sostna li l-PN jrid ikun "l-għodda għall-kawżi tiegħek." "Mela inti attivist f 'oqsma differenti, jekk inti dilettant tal-karozzi jew tal- ħammiem, jekk inti għandek passjoni li taħseb li l-pajjiż jista' jiffaċilità, aħna rridu nkunu mseħbin miegħek biex il- kawża tiegħek twettaqha," jgħid Agius. Huwa jiddeskrivi dan bħala l-element li wasslu biex jipparteċipa aktar fil-PN. Huwa jfaħħar lill-Kap tal-PN preżenti Bernard Grech u jiddeskrivieh bħala persuna "b'intenzjonijiet trasparenti" li jitratta lin-nies mill-apsett uman. "Aħna naraw x'inhuma l-bżonnijiet ta' persuna, il-valur tagħha, mhux il-prezz. Aħna rridu lin-nies jitkellmu, ma rridux nixtruhom jew nippruvaw ngħalqulhom ħalqhom." Itemm jammetti li matul is-snin il-PN ta l-impressjoni ħażina tiegħu nnifsu, anke "permezz ta' deċiżjonijiet li stajna ħadna ħafna aħjar u appuntamenti mal- istorja li tlifna. Iżda nħoss li Bernard Grech huwa politiku b'kompassjoni straordinarja u nħoss li jista' jkun Prim Ministru aħjar minn Robert Abela." 'Hemm 100,000 persuna li ma jridux jew ma jafux kif se jivvutaw' Il-gazzetta tfakkru li jekk is-sondaġġ Bil-PN lura sew f'kull sondaġġ u wara kważi 13-il sena jitlef b'marġini ta' 33,000+ voti, jidher li l-messaġġ ta' dan il-partit jew huwa maqtugħ mir- realtà tal-poplu jew mhux jasal. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-persuna li għadu kif ingħata r-responsabilità tal-messaġġ tal-PN, Peter Agius ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021