Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271
06 analiżi IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Il-ġimgħa li għaddiet, għadd ta' persuni li huma kontra t-tilqima tal-Covid-19, jew aħjar anti-vaxxers, kif qed jissejħu, għamlu protesta fil-Belt Valletta jipprotestaw kontra l-vaċċin u anke kontra r-restrizzjonijiet li fi kliemhom qed jheddu l-libertà tagħhom. Din il-protesta kienet waħda minn katina ta' protesti li seħħew madwar l-Ewropa kollha. Jekk f 'Malta dawk kontra l-vaċċin huma it u f 'minoranza assoluta mhux l-istess jista' jingħad għall-bqija tal-Ewropa u pajjiżi oħra, tant li minħabba f 'hekk, il-programm tat-tilqim baqa' lura ħafna. Minħabba l-fatt li dawn il-pajjiżi għadhom lura milli jilħqu l-immunità tal-massa u partikolarment issa minħabba t-theddida tal-varjant Delta, il-gvernijiet kienu kostretti jdaħħlu restrizzjonijiet, iżda din id-darba mhux għall-popolazzjoni kollha, imma għal dawk li ma ħadux jew ma jridux jieħdu t-tilqima. Dan kellu effett doppju. Kien hemm min ħa t-tilqima għax dawn ir-restrizzjonijiet servew ta' inċentiv, iżda kien hemm min ħrax aktar u żied il-protesti tiegħu, jisħaq li dawn ir-restrizzjonijiet jiksru d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. F'dan l-artiklu, il-gazzetta ILLUM se tkun qed iżżur diversi pajjiżi u tispjega r-restrizzjonijiet li daħlu għal dawk li għadhom ma ħadux il-vaċċin. Franza tagħmel il-ħajja diffiċli għal min ma jridx jieħu l-vaċċin; Jiħraxu l-protesti iżda jiżdied it-tilqim Fi Franza għaddejin protesti kbar, xi drabi vjolenti wkoll, hekk kif il-Gvern Franċiż qed jintroduċi fost l-aktar restrizzjonijiet iebsa għal dawk li ma ħadux jew ma jridux jieħdu l-vaċċin. Fi-fatt, fl-aħħar jiem, il-Parlament Franċiż approva liġi biex mill-1 ta' Awwissu, kull persuna li tkun trid tmur tiekol f 'ristorant jew inkella f 'kafetterija, fost oħrajn, trid bilfors turi ċertifikat li jikkonferma jekk tkunx ħadet it-tilqima kompluta jew inkella tkunx irriżultat negattiva għall-Covid-19 f 'test li jkun sar fl-aħħar sigħat. Dan mhux se jkun obbligatorju għal tfal taħt it-12-il sena. L-istess ċertifikat se jkun qed jintuża wkoll għall-ivjaġġar domestiku, inkluż għall- ferroviji. Apparti minn hekk, Franza għamlet it-tilqim mandatorju għall-ħaddiema kollha tas-saħħa. Dawk li ma jitlaqqmux jistgħu jiffaċċjaw sospensjoni. Il-President Franċiż Emmanuel Macron insista li l-Gvern għandu l-obbligu li jipproteġi s-saħħa pubblika, partikolarment lill-aktar vulnerabbli u jevita li l-pajjiż jerġa' jispiċċa f 'lockdown għax l-isptarijiet ma jkunux qed ilaħħqu mal-pazjenti. Dawn ir-restrizzjonijiet xejn ma niżlu tajjeb, b'madwar 160,000 persuni jinżlu jipprotestaw fit-toroq Franċiżi. Madanakollu, minkejja l-protesti, minn meta, fit-12 ta' Lulju, Macron ħabbar dan il-pjan, fl-ewwel ġimgħa biss madwar 3.7 miljun persuna bbukkjaw biex jieħdu t-tilqima. Fid-19 ta' Lulju ngħataw numru rekord ta' 900,000 tilqima. F'waħda mill-ġranet ta' din il-ġimgħa, Franza rreġistrat 22,000 każ ġdid ta' Covid-19, l-ogħla ammont f 'aktar minn xahrejn. L-Italja tpoġġi pressjoni fuq dawk kontra l-vaċċin billi tillimta l-attivitajiet fil-magħluq Ftit passi 'l bogħod minna, fl-Italja wkoll qed jiġu organizzati protesti hekk kif il- Gvern Taljan se jkun qed jimplimenta restrizzjonijiet fuq dawk li ma ħadux it- tilqima. Fi kliem il-Prim Ministru Mario Draghi, dawn ir-restrizzjonijiet huma importanti biex l-Italja tevita żieda fl-infezzjonijiet, bħalma qed jiġri fil-bqija tal-Ewropa u anke biex tipproteġi l-ekonomija tagħha. Fil-fatt, mis-6 ta' Awwissu, dawk kollha, inkluż turisti, li jkunu jridu jidħlu fl-istadiums, mużewijiet, teatri, ċinema u pixxini, fost oħrajn, iridu jippreżentaw dak li qed jissejjaħ bħala 'green pass' li huwa estensjoni taċ- Ċertifikat Diġitali tal-Unjoni Ewropea. Dan se jkun obbligatorju wkoll biex persuna tkun servuta f 'ristorant magħluq, jiġifieri fuq ġewwa. Din il-liġi mhux se tkun qed tgħodd għal tfal taħt it-12-il sena. Bħal fil-każ ta' Franza, dan iċ-ċertifikat jinkludi informazzjoni dwar it-tilqima, jekk persuna tkunx irriżultat negattiva f 'test li jkun sar it sigħat qabel jew inkella tkunx fieqet mill-Covid-19 fl-aħħar sitt xhur. Oriġinarjament il-proposta kienet se tinkludi wkoll l-ivjaġġar domestiku, inkluż fuq il-ferroviji. Madanakollu din ma tantx niżlet tajjeb u jidher li għalissa se tingħata l-ġenb. Fil-fatt, diversi partiti kienu qed jopponu din il-liġi, b'Matteo Salvini, mexxej tal-Lega Nord insista li "l-green pass għandu jintuża għall-istadiums iżda mhux biex persuna tieħu pizza." Fl-aħħar jiem il-każi reġgħu bdew jiżdiedu it it, kawża tal-varjant Delta, b'diversi każi jkunu rrapportati wkoll madwar Ruma fejn saru ċelebrazzjonijiet kbar wara li l-Italja rebħet il-Euro 2020. "Inħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu t-tilqima. Mingħajr it-tilqima jkollna nerġgħu nagħlqu," insista Draghi waqt li sjega kif l-ekonomija Taljana reġgħet bdiet tikber it it b'mod parallel mal-programm tat-tilqim. Il-Ġermanja u t-Turkija wkoll qed jikkunsidraw li jillimitaw l-attivitajiet għal min ma ħax il-vaċċin Anke l-Ġermanja qed tikkunsidra li ddaħħal restrizzjonijiet għal min ma ħax il-vaċċin jekk il-każi ta' Covid-19 jiżdiedu drastikament fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. Ikkonferma dan, iċ-Chief of Staff tal- Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel li insista li l-Ġermanja mhux se tkun qed terġa' tidħol f 'lockdown nazzjonali ieħor. Insista li persuni li ma ħadux il-vaċċin jistgħu jitwaqqfu milli jidħlu fi stabbilimenti bħar-ristoranti, it-teatri jew l-istadiums, għax fi kliemu " ir-riskju għalihom u għal ħaddieħor huwa ogħli." Kompla jisħaq li l-vaċċin huwa importanti għax jevita infezzjoni b'sintomi severi u għax "dawk bit-tilqima se jkollhom aktar libertà minn dawk li ma jiħduhiex." Mistoqsi jekk dan hux legali, Braun insista li "l-istat għandu r-responsabbilità li jipproteġi s-saħħa taċ-ċittadini tiegħu." Il-każi qed jiżdiedu wkoll fit-Turkija, b'rapporti jisħqu li anke l-Ministeru għas- Saħħa Tork mistenni jżid il-ħidma tiegħu biex jikkonvinċi aktar nies biex jieħdu l-vaċċin u jilħaq l-immunità tal-massa. Fil-fatt, skont l-istess rapporti, jekk it- Turkija ssibha diffiċli biex tilħaq l-immunità tal-massa, partikolarment issa bit-tixrid tal- varjant Delta, persuni li ma jiħdux it-tilqima jistgħu jitwaqqfu milli jidħlu fi stabbilimenti, bħalma huma dawk kummerċjali. Liema pajjiżi oħra Ewropej qed jintroduċi restrizzjonijiet simili? Awstrija: Ħadd ma jista' jidħol fit-teatri, il- lukandi, faċilitajiet sportivi jew stabbilimenti tas-sbuħija mingħajr prova li persuna tkun ħadet it-tilqima, għandha f 'idha test negattiv jew fieqet mill-Covid-19 fl-aħħar sitt xhur Ċipru: Kull min jidħol f 'ristorant, bar jew stabbiliment ieħor tal-ospitalità jrid jippreżenta l-Coronapass. Dan jinkludi informazzjoni dwar it-tilqima jew testijiet negattivi. Dan huwa differenti miċ-Ċertifikat Diġitali tal-UE. Danimarka: Id-Danimarka wkoll qed titlob Coronapass għar-ristoranti (fuq ġewwa) jew biex persuna tattendi attivitajiet kulturali. Latvja: Kulħadd jista' jiekol fir-ristoranti fuq barra imma persuni li ħadu l-vaċċin biss jistgħu jieklu f 'ristoranti fil-magħluq jew jidħlu f 'gyms, ċinema jew teatri. Litwanja: Persuni li ħadu l-vaċċin biss jistgħu jieklu f 'ristoranti fil-magħluq jew jaċċessaw siti oħra kulturali u ta' divertiment. Dawk li ma ħadux il-vaċċin qed ikunu offruti biss takeaway jew inkella mejda fuq barra. Turisti jistgħu jużaw iċ-ċertifikat diġitali tal- UE. Lussemburgu: Klijenti biss li għandhom ċertifikat diġitali tal-vaċċin jistgħu jidħlu fi stabbilimenti tal-ospitalità fil-magħluq sas- 1am mingħajr restrizzjonijiet. Min ma ħax it-tilqima jrid jilbes il-maskra u jżomm id- distanza soċjali. Olanda: Ma hemm l-ebda restrizzjoni diretta għal min ma ħax il-vaċċin iżda huma dawk in-negozji biss li qed jitolbu ċ-ċertifikat tal-vaċċin li qed jitħallew jiħu bil-kapaċità massima. Portugal: F'dawk l-ibliet jew żoni fejn ir-riskju huwa għoli għax it-tixrid tal-virus huwa kbir, persuna trid tippreżenta ċertifikat tal-vaċċin jew inkella test negattiv biex tidħol jew toħroġ minnhom. Dan jinkludi l-ibliet ta' Porto u Lisbona, bir-restrizzjoni tidħol fis-seħħ mit-3pm nhar ta' Ġimgħa u tibqa' fis-seħħ sas-6:00am tat-Tnejn. Slovenja: F'postijiet fil-magħluq, bħar- ristoranti, jistgħu jidħlu persuni li għandhom minn 18-il sena 'l fuq u li huma mlaqqma kompletament jew inkella jkunu għamlu test kontra l-Covid-19 u jkun irriżulta negattiv. L-imwejjed xorta waħda jridu jkunu tliet metri 'l bogħod minn xulxin. Min ħareġ jipprotesta u min ma kellux għażla oħra ħlief li jieħu l-vaċċin. Liema pajjiżi daħlu fis-seħħ restrizzjonijiet għal min ma ħax il-vaċċin? Imma għaliex ma jridux jieħdu l-vaċċin? X'inhuma l-argumenti tal-anti-vaxxers? Impożizzjoni jew inċentiv? Diversi pajjiżi Ewropej idaħħlu fis-seħħ restrizzjonijiet għal min ma ħax il-vaċċin