Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 'Il-vaċċin kontra l-Covid-19 kien żviluppat malajr wisq' Għandhom raġun. Huwa minnu li l-vaċċin kien żviluppat malajr. Il-gazzetta ILLUM kienet staqsiet din il-mistoqsija lill-virologu Chris Barbara. Din kienet it- tweġiba tiegħu: "F'dan il-każ ir-riċerka tal- messenger RNA (mRNA) qed nitkellem fil- każ ta' Pfizer u l-Moderna u tad-DNA fil-każ ta' AstraZeneca, kienet diġà lesta. Għaliex? Għax kellna l-virus kuġin tal-Covid-19, jiġifieri s-SARS, li l-kumpaniji kienu diġà għamlu ħafna riċerka fuqu biex ikunu jistgħu jagħmlu tilqima. Fi kliem sempliċi, dak il-homework kien lest. Hemm ukoll it- tliet stadji ta' testijiet li vaċċin irid jgħaddi minnhom. Fl-ewwel fażi, it-testijiet isiru fuq l-annimali, imbagħad fuq grupp żgħir ta' nies u wara fuq kwantità ta' nies. Dawn l-istadji wkoll ġew aċċellerati għax il-voluntiera ġew imħallsa. Apparti minn hekk, ħadu sehem ħafna aktar nies. Jekk nieħdu l-Pfizer, din il-kumpanija għamlet it-testijiet mhux fuq 10,000 persuna imma fuq 44,000 persuna. Diġà n-numri huma kbar biżżejjed biex jekk kien hemm effetti sekondarji, wieħed kien se jinduna. L-Aġenzija Ewropea għall- Mediċina wkoll ġieli tieħu xhur jew snin biex tagħti liċenzja lil vaċċin. Din id-darba, dan il-vaċċin dejjem tpoġġa fuq quddiem nett tal-aġenda għax kien hawn pandemija. Għalhekk huwa minnu li l-proċess ġie aċċellerat imma ma jfissirx b'daqshekk li l-prodott mhuwiex tajjeb. 'Ma sarux testijiet fit-tul. Ma nafux x'inhuma l-effetti' Anke din il-mistoqsija kien weġibha tant tajjeb il-virologu Barbara. Huwa kien spjega hekk: "Dawn il-vaċċini, li huma bbażati fuq il-Messenger RNA, ilna aktar minn għaxar snin nużawhom fil-kura għall-kanċer. Fi kliem sempliċi, il-proteini huma l-istess u ħadd ma kellu effetti sekondarji fit-tul. Jiġifieri l-effetti sekondarji huma ugwali għat-tilqim l-ieħor li nieħdu ta' spiss, bħal dik tal-influwenza. Ma hemm xejn partikolari li jindika li l-vaċċin kontra l-Covid-19 qed joħloq xi problemi." 'Bil-vaċċin u mingħajru xorta żdiedu l-każi. X'nieħdu nagħmel?' Ma hemmx għaliex immorru 'l bogħod. Inħarsu lejn Malta. Fl-aħħar jiem esperjenzajna żieda fil-każi ta' Covid-19. Dan huwa minnu. Imma l-każi fl-isptarijiet baqgħu baxxi u persuna waħda biss kella tiġi rikoverata fl-ITU. L-istess seħħ fir-Renju Unit u anke fl-Iżrael. Ara fir-Russja, fejn it nies għadhom tlaqqmu, żdiedu l-każi, żdiedu n-nies fl-isptar u anke l-imwiet. Veru li jista' jkun hemm nies li jimirdu bil- virus. It-tilqima mhijiex 100% effettiva. Madanakollu, għal dawn, ir-riskju li jimirdu serjament huwa ħafna inqas. 'Xorta tista' tgħaddi l-virus li ħaddieħor jekk tkun ħadt it-tilqima' Studji juru li l-vaċċin inaqqas ir-riskju ta' trasmissjoni bejn 60 u 80%. Anke jekk ir-riskju ma jiġix eliminat kompletament, f 'termini ta' saħħa pubblika, il-vaċċin qed jgħin sostanzjalment biex jonqos it-tixrid tal-virus. Għalhekk, aktar ma jitlaqqmu nies, aktar hemm ċans li titwaqqaf l-imxija. It-tixrid tal-virus diffiċli biex ikun eliminat kompletament, imma huwa żgur li t-tilqim jipproteġina kontra infezzjonijiet b'sintomi severi. 'Qed jagħtuna biċċa mill-virus. Il-vaċċin ibiddel il-ġenetika tagħna' It-tweġiba hija waħda teknika għalhekk aħjar inħallu f 'idejn il-virologu. Mal-ILLUM kien wieġeb hekk: 'Inti mhu se tieħu l-ebda virus fit-tilqima. Fi kliem sempliċi, kulma tieħu fit-tilqima hija biċċa proteina li hija messaġġier u li tidħol fiċ-ċelloli tagħna u li tipproduċi dik ix-xewka, li jkun hemm fil-virus (aħna bl-Ingliż insejħulha spike), li l-ġisem tagħna jaħsibha l-virus u jibda jiġġildilha, billi jiżviluppa dawk iċ-ċelloli bojod, l-antibodies. Kif ikollok dawn l-antibodies, persuna tkun protetta mill- infezzjoni imma bl-ebda mod mhu se tkun infettata bil-virus u tkun tista' tgħaddih lil ħaddieħor.' 'L-effetti sekondarji tal-vaċċin huma ħafna agħar u perikolużi mill-virus' Vera li kien hemm xi każi ta' persuni li żviluppaw għoqod fid-demm jew kellhom kumplikazzjonijiet wara li ħadu t-tilqima. Huwa minnu li għal dawn il-persuni, ir- riskju kien akbar milli kieku ħadu l-virus. Ngħiduha kif inhi. Dawn il-każi komplew iżidu x-xettiċiżmu fil-vaċċin. Madanakollu dawn il-każi huma estremament rari. Jgħidu dan l-aġenziji u l-awtoritajiet tas-saħħa. Kif jgħid il-virologu Barbara: 'Il-benefiċċji tal- vaċċin huma bil-wisq akbar mir-riskji.' Wara kollox, kull mediċina għandha r-riskji u l-effetti sekondarji tagħha, mill-vaċċin tal- Covid-19 sa panadol. Imma eżattament x'inhuma l-argumenti ta' dawk kontra l-vaċċin? Mistoqsija u risposta...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021