Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 Abela wara r-rapport tat-tliet Imħallfin! lokali. Dan kollu wasal f 'qofol nhar is-16 ta' Ottubru 2017, meta inqatlet l-akbar kritika tal-Gvern (u anke tal-Kap Nazzjonalista dak iż-żmien), il-persuna li kixfet il-kumpaniji fil-Panama u li kien jidher illi kellha aktar informazzjoni dwar 17 Black (meta inqatlet ma konniex nafu li 17 Black kienet ta' Yorgen Fenech u lanqas xi flus għaddew minnha) u Macbridge u l-ġurnalista li kienet kitbet li Egrant kienet ta' Michelle Muscat - xi ħaġa li ma nstabitx prova tagħha minn inkjesta maġisterjali estensiva. Kienet ukoll il-mara li Muscat ddeskriviha bħala "l-oppożizzjoni fiha nnifisha" u li kixfet il-mard ta' Keith Schembri, li kienet tiżżuetta b'ħafna Laburisti u li kellha mibgħeda lejn il-Partit Laburista b'mod ġenerali, anke minħabba esperjenzi personali tagħha. Naturalment dan l-assassinju ġab l-attenzjoni tad-dinja fuq Malta, poġġa dawl ikrah fuq pajjiż li iktar iva milli le, huwa meqjus pjuttost irrelevanti għal ħafna poteri kbar. Minn pajjiż tax-xemx u l-baħar, spiċċajna pajjiż b'ħafna attenzjoni. II-qtil ta' ġurnalista li kienet qed teħodha daqstant kontra l-Gvern ma seta' kellu ebda effett ieħor ħlief dak dannuż, li kellu! Se jkun impossibbli li l-legat ta' Muscat jiġi mkejjel lilhinn minn dan l-assassinju, anke bl-oġġettività kollha li xorta jixraqilha l-kitba ta' din l-istorja. Sfortunatament il-legat ta' Muscat huwa 'damaged goods' u xejn mhu se jirranġah! Robert Abela Il-fatti u allura d-destin ta' Robert Abela huwa differenti, u se jibqa' jkun differenti kemm jagħmlu hu. Fl-ewwel dehra tiegħu wara li kien hu stess li ppubblika r-rapport tal-Inkjesta l-Prim Ministru Abela offra apoloġija lill-familja Caruana Galizia. Għalkemm din niżlet bħal kuċċarina mrar għal min jara aħmar biss, kienet punt ta' tluq bl-aktar mod differenti mill-predeċessur tiegħu. Għall- ewwel darba kien hemm attentat ċar ta' rikonċiljazzjoni bejn mexxej Laburista u l-familja Caruana Galizia - attentat li l-familja irrikonoxxiet. Mela allura inizzjalment, u f 'dan il- punt, Abela diġà ħoloq differenza bejn l-attentati ta' rikonċiljazzjoni tal-lum, u d-diviżjoni assoluta tal- bieraħ! Abela għandu favurih elenku ta' riformi li saru minn Jannar 2020 sal-lum, l-aktar riformi fil-Ġudikatura - kemm il-ħatra tagħha kif ukoll it-tneħħija, bidliet importanti fil-Kostituzzjoni u allura l-mod kif jinħatar il- President tar-Repubblika, l-Ombdsman, il-Kummissarju tal- Pulizija u karigi oħrajn, kif ukoll riformi li ġew rikonoxxuti mill- Moneyval u mill-maġġoranza l-kbira tal-pajjiżi fl-FATF. Tressqu Keith Schembri, Adrian Hillman u oħrajn fuq ħasil ta' flus u tkisser ċirku ta' nies u negozji - fosthom Darren Debono, fuq ħasil ta' flus ukoll. Dan irrikonoxxewh il- Kummissjoni Venezja wkoll, u anke t-tmexxija tal-FATF u r-rapport li ħareġ din il-ġimgħa. Abela huwa meqjus bħala Prim Ministru li sab l-akbar għawġ permezz tal-pandemija Covid-19 iżda li s-sondaġġi juru illi ħafna jqisu li mmaniġġja b'mod tajjeb, permezz ta' ħemel ta' miżuri li salvaw l-impjiegi u ħolqu l-kummerċ, kif ukoll permezz ta' rilaxx ta' miżuri b'ċertu kawtela (bosta jħossu li hija kawtela żejda!). Issa sab sfida oħra kbira, dik tal-FATF - wara l-vot kontra Malta mir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Ġermanja - tliet pajjiżi li tradizzjonalment Malta dejjem kellha relazzjoni tajba ħafna magħhom. Minkejja li l-effett għadu mhux jinħass it-test għal Abela fuq din il-kwistjoni beda u se jkun test importanti ħafna biex is-settur finanzjarju ma jiħux daqqa mortali. Abela kien parti mill-Kabinett ta' Muscat! Ir-rapport xi it jiskoplixxi lil Robert Abela hekk kif ma jsemmihx, iżda minn naħa l-oħra jitfa' wkoll responsabilità fuq il- Kabinett ta' Muscat u Abela kien parti minnu. Allura l-kredibilità tiegħu hija mitlufa minħabba dan il-fatt? Il-fatt li Abela kien f 'dak il- Kabinett - anke jekk ma kienx meqjus bħala wieħed mill- favoriti ta' Keith Schembri et al - ma jgħinx. Ma jgħinx il-fatt li Abela it li xejn tkellem kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi, karatteristika komuni ħafna fil- politika Maltija. Il-magna taż-żewġ partiti la taċċetta u wisq inqas tippromovi id-dissens fil-pubbliku u dan rajnieh fil-każ ta' Franco Debono, per eżempju, fl-2012 u fil-każ ta' Mintoff fl-1998. Minkejja dan, ir-rapport jinnota kif is-silenzju kien forma ta' approvazzjoni ta' dak li kien qed jagħmel Schembri u oħrajn, li fil-fatt huwa punt validu li jaħdem kontra Abela. U dan jidher mill- fatt li l-istess Abela kien ħerqan biex għal kull mistoqsija jsemmi r-riformi li għamel fil-Gvern hu, kif ukoll il-fatt li malli sar PM hu nies bħal Keith Schembri, Konrad Mizzi, Neville Gafa' u oħrajn sparixxew (jew fil-każ ta' Mizzi, tneħħew bil-forza) mix-xena ta' amministrazzjoni pubblika. Huwa rrefera għall-amministrazzjoni tiegħu bħala waħda li bdiet minn Jannar 2020, tentattiv ċar biex mingħajr ma jgħid il-kliem, xorta jinqata' u jaqta' kemm jista' l-legat tiegħu bħala Prim Ministru minn dak tal-predeċessur tiegħu. Kif se jdur mal-kwistjoni 'Muscat'? Robert Abela jrid jew qed jipprova, jimxi t-triq tiegħu, mingħajr ma qatt jikkundanna jew b'xi mod jiddistanzja lilu nnifsu minn Muscat b'mod pubbliku u uffiċjali, pero' fl- istess ħin jiddistingwi lilu nnifsu biżżejjed mil-legat ta' Muscat, biex jitqies differenti minnu. Dan huwa bilanċ diffiċli, speċjalment minħabba l-fatt li Muscat għadu jgawdi ħafna rispett fost ħafna votanti Laburisti. Naturalment hawn jidħol il-PN li jkebbes in-nar billi jitlob lil Abela jkeċċi lil Muscat, xi ħaġa li l-PN jaf sew li ma tistax issir jekk Abela jrid jirbaħ l-elezzjoni u ma jaqsamx il-PL, imma xi ħaġa li l-PN jista' juża kontra Abela. Fil-fatt Abela jista' jibqa' ċert li l-istrateġija tal-PN se tkun (jew aħjar se tibqa') li d-differenzi bejn Abela u Muscat jkunu minimi jew ineżistenti, li wieħed jidher bħala kontinwazzjoni tal- predeċessur tiegħu. Xi it jew wisq iż-żewġ strateġiji se jaħdmu: Abela se jiddistingwi lilu nnifsu, pero' mhux b'mod komplet u assolut - sakemm dan iżda, jingħata mandat ġdid. L-uniku mod kif Abela jista' jinqata' b'mod assolut minn Muscat huwa billi jingħata mandat u mandat li jkun daqs, qrib jew ikbar minn ta' Muscat, biex b'hekk juri li t-triq li qed jipprova jaqbad hu tista' tħalli l-frott elettorali ukoll. B'hekk hu jilleġittimizza l-pożizzjoni tiegħu u l-modi tiegħu ta' tmexxija b'sodezza. Sakemm jagħmel dan, jibqa' meqjus fil-perċezzjoni ta' ħafna bħala Prim Ministru li qed imexxi bil-mandat mogħti lil ħaddieħor! Xi ħaġa li tibqa' torbtu mal- predeċessur tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021