Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 aħbarijiet Attivitajiet tal-massa b'bubbles ta' mhux aktar minn 330 persuna proposti mill-MTA ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-ewwel tliet attivitajiet tal- massa imma b'kontrolli, organizzati mill-Gvern qed jistennew l-approvazzjoni tal- awtoritajiet tas-saħħa, tista' tiżvela l-gazzetta ILLUM. Dawn l-attivitajiet organizzati mill- Awtorità Maltija għat-Turiżmu huma proposti li jsiru matul Settembru, ikunu miuħin għal persuni vvaċċinati biss, ikunu attivitajiet bilqiegħda u n-nies se jkunu f 'bubbles ta' mhux iktar minn 330 persuna kull wieħed. L-attivitajiet - fuq il-Fosos tal- Furjana - huma Joseph Calleja in Concert nhar it-3 ta' Settembru, il-BBC Orchestra in Concert nhar l-24 ta' Settembru u Pete Tong Malta Classics nhar it-28 ta' Settembru. Il-proposti li rat din il-gazzetta ifissru li persuna ma tistax taqbad u tmur għal din l-attività jekk mhux wara li ssegwi proċess li fost oħrajn, jaċċerta li persna hija vvaċċinata. Jekk mhux vvaċċinata persuna mhux se titħalla tidħol. Kull min irid jattendi ikun irid l-ewwel imur f 'dawk li se jissejħu Voucher Accreditation Hub madwar il-pajjiż b'ċertifikat tal-vaċċin rikonoxxut u karta tal-identità. Wara li dawn id- dokumenti jkunu verifikati tingħata wristband li persuna tuża biex tidħol. Kull min jattendi jkun irid jagħti dettalji għal kwistjonijiet ta' contact tracing. Din il-gazzetta tinsab infurmata illi l-Voucher Accreditation Hubs se jkunu f 'Buġibba, Pembroke, il-Belt Valletta, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, il-Mosta, l-Ajruport u Għawdex. L-MTA qed tipproponi wkoll li n-nies ipoġġu fi gruppi li ma jaqbżux is-sitt persuni f 'bubbles ta' mhux aktar minn 330. Dan sabiex f 'każ ta' Covid-19 il-virus ma jinxteridx ħafna għajr għal forsi fost uħud fl-istess bubble. Għal kull bubble l-MTA qed tipproponi dħul separat ukoll. Waqt li persuna tkun fil-kju trid tilbes il-maskra, sakemm tpoġġi bilqiegħda. Dawn il-proposti jiġu hekk kif sa issa attivtajiet tal-massa mingħajr kontrolli f 'termini ta' numri għadhom mhux qed jitħallew u minkejja li l-Gvern mistenni jħabbar x'se jiġri wara s-16 ta' Awwissu, iż-żidiet fin- numri fl-aħħar ġimgħat, kemm ta' każi imma anke ta' nies l-isptar, reġgħu fixklu xi it mill-progress kbir li kien sar. Ir-rata ta' vaċċinazzjoni f 'Malta hija waħda għolja ħafna u taqbeż it-80% - ħafna iktar mill- maġġoranza tal-pajjiżi fl-Ewropa. ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Gvern jinsab fl-aħħar stadji ta' diskussjonijiet u negozjati ma' Steward Healthcare b'xi forma ta direzzjoni mistennija fiż-żmien li ġej. Il-gazzetta ILLUM ġiet infurmata b'dan mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas- Saħħa Chris Fearne f 'intervista estensiva li ħafna minnha dehret nhar il-Ħadd li għadda u li l-aħħar parti tagħha qed tiġi ppubblikata f 'paġna 9. Fearne qal li tkun xi tkun it- triq 'l quddiem, li sostna illi issa hija ċara, l-impjegati kollha se jibqgħu bl-impjieg tagħhom assigurat. Dawn id-diskussjonijiet bdew it wara li Robert Abela nħatar Prim Ministru, fid-dawl tal- fatt li Steward Healthcare kienu magħżulin mill-VGH stess, li għalqu l-operat tagħhom u ċedew il-konċessjoni wara nuqqasijiet finanzjarji serji. Il-kuntratt mal-VGH kien wieħed mill-aktar kontroversjali u kien mmexxi mill-eks Ministru Konrad Mizzi. Kien kontroversjali għal diversi raġunijiet, fosthom il-fatt li VGH ma kellhom ebda esperjenza fil-qasam tas-saħħa, minħabba l-wiċċ tal-VGH f 'Malta Ram Tumuluri li kien instab ħati ta' serq minn Qorti Kanadiża u li wara rriżulta li kien ta bonus miljunarju lilu nnifsu u minħabba li l-VGH - minkejja eluf mogħtijin lilha - ma għamlet kważi xejn minn dak li kellha twettaq fil-proġett. Din il-gazzetta kienet żvelat kif il-kumpanija ma kinitx ħallset lill-ħaddiema tal-IT u lanqas lill-kuntratturi, minkejja l-flus li kienu ingħatawlha u l-investiment li kien sar mill- Gvern ċentrali fl-isptar ta' Għawdex qabel dan ingħata lill- VGH. Is-sid aħħari tal-kumpanija li tagħha tifforma parti l-VGH, fil- British Virgin Islands, qatt ma sar magħruf. L-eks Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Adrian Delia kien fetaħ kawża l-Qorti sabiex il-ehim mal-VGH jiġi ddikjarat null. Il-Ministru Fearne kien iddikjara li dak ma' Steward kien "the real deal". Jidher iżda li Abela ma kienx kuntent b'dan il-ftehim, minn fejn bdew elenku ta' diskussjonijiet mal- kumpanija. Fearne jassigura li l-ħaddiema ta' Steward mhux se jitilfu xogħolhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021