Illum previous editions

ILLUM 1 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1398271

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 Carmel Bonnici Cinecittà - Il-Belt taċ-ċinema (1) Imwaqqfa apposta għall- produzzjoni tal-films. Mibnija bi skop ewlieni biex tkun ta' propaganda Faxxista. Tista' tintlaħaq fi ftit ħin mill- kapitali Taljana. Tikseb fama internazzjonali wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Din hija Cinecittà - l-akbar studjo kompless għall-ġbid tal- films fl-Ewropa, xi sitt mili biss 'il bogħod minn Ruma t'Isfel. Imwaqqfa fl-1937 Cinecittàtikkonsisti minn 15- il "sound stage", b'medda ta' art enormi għall-iffilmjar fil- beraħ, b'faċilitajiet kompluti għall-produzzjoni u pproċessar tal-films. Wara l-qerda tal-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Kommuniżmu u l-Faxxiżmu bdew it-triq tat- trijomf f 'partijiet mill-Ewropa, l-aktar dik tal-Lvant. Fl-Italja, Benito Mussolini assuma kontroll assolut, mgħejjun mill-Kunsill il-Kbir Faxxista, u kompla jirrenja bħala Il Duce sakemm il-progress tat-Tieni Gwerra Dinjija dar kontrih. Fl-Italja, waqt li l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918) kienet fl-aqwa tagħha, dan kien iż-Żmien tad-Deheb u splendur epiku fiċ-ċinema bi produzzjonijiet bħal Quo Vadis (1913), Cabiria (1914), Maciste (diversi films), The Last Days Of Pompeii (Gli Ultimi Giorni Di Pompeii) (1913), Anthony And Cleopatra (1913), Fabiola (1918) u oħrajn. Wara din il- furja kreattiva, ċ-ċinema fl-Italja fis-snin għoxrin, beda n-niżla. Neqsin mill-kapital barrani u talent indiġenu, diversi diretturi, atturi u tekniċi emigraw lejn l-Istati Uniti, Franza u anki l-Germanja. Meta fix-xena wasal Mussolini, dan beda immedjatament juri nteress fil-ħdim tal-films, bl- iskop li jkompli jkabbar u jgħolli il-prestiġju tal-vanità internazzjonali tiegħu. Sa mill- 1926, beda jordna li s-swali taċ-ċinema jridu bilfors juru 10% tal-prodott Taljan u wara żied din il-kwota għal 25%. Irrakkomanda wkoll li l'Unione Cinematografica Educattiva, entita' privata, issir istituzzjoni kontrollata mill-Istat. Din il-kumpanija, LUCE, ġiet ordnata taħdem u tqassam il-films. LUCE malajr saret sors ta' propaganda għall-istat, b'aħbarijiet kurrenti jintwerew fuq il-liżar il-kbir u saħansitra dokumentarju fi 3 partijiet dwar Mussolini u l-akkaniti tiegħu lebsin il-qmis sewda fl-invażjoni tal-Abbissinja fl-1935/36. Billi l-istudjo Cines ma kienx kapaċi jmexxi qawmien ta' forza tal-produzzjoni tal-films Taljani, meta Cines raw ma wiċċhom falliment, Il Duce waqqaf Uffiċju Ġenerali ta' Dixxiplina u Gwida għall-Produzzjonijiet tal- Films. B'hekk, beda jintervjeni aktar direttament, jikkontrolla l-iscripts u l-wiri tal-films. Is-suċċess militari fl-Afrika nkorraġġixxa lil Mussolini jindaħal aktar fil-produzzjoni ta' films li jagħmlu ġieh lil dawk tal-imgħoddi. Wara li fl-1935 approva t-twaqqif taċ-Centro Speri- mentale di Cinematografia fejn jinħarrġu t-tekniċi, fl-istess sena beda jibni dak li kellu jkun l-istudjo enormi ta' Cinecitta'. Sakemm tlesta dan il-monument akkredit liċ-ċinema ta' Musso- lini fil-21 ta' April 1937, l-indus- trija tal-films Taljana reġgħet qamet sewwa fuq saqajha. Films tal-bidu maħduma hemm bħal Scipio Africanus (1937) u La Corona Di Ferro (1941) (The Iron Crown) urew l-avvanz teknoloġiku ta' dan l-istudjo kbir. Fix-xeni tal- battalja ta' Scipio Afrikanus kienu nvoluti mas-7,000 ruħ. Saħansitra nġabu iljunfanti għall-battalja ta' Zama. Diretturi famużi tas-snin bikrin tal-ftuħ ta' Cinecittà kienu Alessandro Blasetti famuż l-aktar għall-film epiku tiegħu 1860 (1933), dwar episodju fil- kampanja ta' Garibaldi dwar il-liberazzjoni ta' Sqallija – xi ħaġa tassew għall-qalb tar-reġim faxxista. F'La Vecchia Guardia (1934) (The Old Guard), Blasetti ta tribut lil dawk il-Faxxisti li mmarċjaw lejn Ruma fl-1922. Il-films ta' wara tiegħu kien fihom ħafna inqas propaganda, bil-film La Corona Di Ferro, fantasija storika maħduma ħafna snin qabel li tixbaħ lil dawk epiċi tal-kostum tas-snin sittin. Dan id-direttur kellu viżjoni ispirata ta' ċinema Taljan distint u l-karriera tiegħu mxiet ferm lejn din l-ambizzjoni. B'kuntrast, id-direttur l-ieħor tas-snin tletin kien Mario Camerini li beda jaħdem kummiedji minflok xogħlijiet tal-istorja biex jevita li jkun iċċensurat. Fl-1932 kiseb għarfien internazzjonali bil-kummiedja Gli Uomini, Che Mascalzoni (What Rascals Men Are!) fejn deher għall- ewwel darba Vittorio De Sica. Camerini pero' kien obbligat li jagħmel daqsxejn propaganda faxxista. Il-film tiegħu Il Grande Appello (1936) (The Great Roll-Call) kien wieħed minn ruxxmata ta' produzzjonijiet dwar l-Afrika, wara li Mussolini rebaħ l-Abbisinja. Il-kummiedji ta' dan id- direttur kienu ta' ispirazzjoni għall-ħafna diretturi oħra Taljani, ta' kapaċita' inqas, li kienu juru sitwazzjonijiet 'l bogħod mir-realta', billi Il Duce kien ta' xkiel għal kull skola ta' taħriġ ċinematografioku. Fi żmien il-Gwerra Cinecittà ġiet ibbumbardjata mill-Alleati fl-attakk fuq Ruma. Bejn is-snin 1945/47 serviet bħala kamp ta' nies mingħajr dar fl-okkupazzjoni Germaniża u mat-3,000 refuġjat sabu kenn hemm. (ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 August 2021