Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 Carmel Bonnici Il-Gwerer tal-Imperu Brittaniku fiċ-ċinema (2) ...ikompli minn nhar il-Ħadd li għadda Niġu issa fis-Sud Afrika fejn ġraw żewġ gwerer, waħda wara l-oħra, fi spazju ta' 3 sigħat, b'andament differenti. Fl-1979 ħareġ Zulu Dawn, bl-attur Burt Lancaster. Il-kmandant Brittaniku, stinat immens u ineffiċjenti għall-aħħar, ittratta lin-nazzjon tar-razza Zulu b'mod ħażin, kemm fid- diplomazija u kemm fil-battalja, tant li spiċċa umiljat u tilef il- gwerra. Il-gwerriera twal Zulu ferħanin bir-rebħa, it sigħat wara, jmorru għall-stakkament ieħor Brittaniku ta' it suldati, kważi bla protezzjoni. Id-dixxiplina militari li wrew dawn u l-koordinazzjoni ħafifa u f 'waqtha bi bravura tremenda rebħitilhom il-battalja. Iz-Zulu fl- aħħar ċedew u rtiraw wara li mijiet minnhom mietu u anki sellmu lir-rebbieħa. Dan l-inċident huwa rrakkontat b'manjiera vivida fil- film kolossali Zulu (1964), imżejjen b'mużika qawwija li żżommok alert ta' John Barry. Dawn il-gwerer ġraw f 'Natal f 'Jannar 1979, bl-ewwel waħda msemmija bħala il-Battalja ta' Isandhlwana u l-l-oħra il-Battalja ta' Rorke's Dri, F'din l-aħħar taqtiegħa, n-narratur Richard Burton jgħidilna li wara ngħataw ħafna medalji, Victoria Cross, anki lil xi wħud li kienu mietu, unuri li jingħataw biss f 'sitwazzjoni ta' qlubija enormi. Nibqgħu fl-Afrika t'Isfel fejn il- Brittaniċi kienu nvoluti fil-gwerra mal-Boeri bejn is-snin 1899 u 1902 fit-Transvaal u l-Orange Free State. Fost l-aħjar films insibu Cavalcade (1933), e Adventurers (1951), e Kidnappers (1953), l-Awstraljan Breaker Morant (1980) u Young Winston (1972). F'dan tal-aħħar, iż-żagħżugħ Winston Churchill (interpretat minn Simon Ward) ikun ġurnalista tal-gwerra, impieg li tah spinta li jingħaqad fil- politika Brittanika. Il-ġlied fil-Kenja kontra l-Mau Mau (1952 – 1960), li riedu l-indipendenza wkoll nissel xi films. Xi it li wrew din ir-ribelljoni kienu Simba (1955), Safari (1956), Something Of Value (1957), Guns At Batasi (1964) u e Kitchen Toto (1987). Fl-Indja Il-Brittaniċi kienu jqisu is-sotto kontinent tal-Indja bħala e Jewel In e Crown (il-Ġawhra fil-Kuruna). Pero', f 'dan in-nazzjon ukoll seħħew diversi battalji kif juru films, uħud fittizji, bħal e Drum (1938), Northwest Frontier (U.S. – Flame Over Indja) (1959), Gunga Din (1939), King Of e Kyber Rifles (1953) u Lives Of A Bengal Lancer (1936). Is-sensiela Carry On .... kellha wkoll is-satira tagħhom, Carry On Up e Kyber (1968). Il-Kumpanija Hammer ħadmu film dwar is-setta Indjana ugee, e Stranglers Of Bombay (1959) u ieħor simili fl-1988, ta' kumpanija oħra, e Deceivers li iżda mhumiex dwar gwerer jew battalji, imma dwar terrur ta' ħallelin u qattelin. Fil-Krimea, il-British 27th Lancers iddubbaw telfa kbira minħabba l-arroganza u s-suppervja tal-kmandanti tagħhom. Ibbażat minn fuq il-poeżija ta' Lord Alfred Tennyson li tibda, "Into the valley of death rode the 600", e Charge Of e Light Brigade (1936) kellu li Errol Flynn u reġa' nħadem fl-1968, din id-darba b'David Hemmings. L-avventuri ta' żmien ir-Reġina Eliżabetta I ipprovdew intriċċi spettakulari u eċitanti ġo films mimlija azzjoni bħal e Sea Hawk (1940), e Virgin Queen (1955) u Seven Seas To Calais (1962), il-vjaġġi lejn il-Punent ta' e Plymouth Adventure (1952). L-Awstralja kienet il-bażi għal Under Capricorn (1949), Botany Bay (1952), Robbery Under Arms (1957), waqt li Mutiny On e Bounty (1935) u (1962) wera lill- baħħara Brittaniċi fl-ibħra tas- Sud. e High Bright Sun (1965) kien ambjentat fil-ġlieda kontra l-Brittaniċi f 'Ċipru. Il-gwerra fil-kolonji ta' qabel l-indipendenza Amerikana rajniha ġo produzzjonijiet bħal La Fayette (1962), Daniel Boone (1936), Ben And Me (1952) (ta' Disney), Last Of e Mohicans (9 versjonijet), e Buccaneer (1938) u (1958), Revolution (1985) u e Patriot (2000), bl-attur Mel Gibson. Naturalment, impossibbli li nsemmi l-battalji tat-Tieni Gwerra Dinjija għax in-numru hu kbir. Minkejja li forsi ma joqgħodx eżatt ma' dan ir-rapport, nixtieq insemmi l-inċident meta l-Maltin qamu kontra l-ħakma Ingliża nhar is-7 ta' Ġunju 1919, ġurnata magħrufa bħala s-"Sette Giugno" u festa nazzjonali f 'pajjiżna. Il- film Blood On e Crown (2021) jirrakonta b'xi mod din il-ġrajja li fiha mietu 4 persuni u ntbagħtu l-ħabs 'il fuq minn 100 raġel, il- maġġoranza teenagers. Fl-Amerika u l-Kanada, fejn dan il-film dirett minn Davide Ferrario għamel suċċess konsiderevoli, ssemma' Just Noise. Dan l-isem ma tantx idoqq fil- widnejn, pero' meta wara l-każ saret inkjesta r-riżultat li ħareġ kien li din ir-rewwixta kienet "storbju biss "(Just Noise). Naqraw fl-aħħar li t-tikka ta' Malta (fuq il-mappa) ħaditha mal-qawwa tal-Imperu Brittaniku u sentejn wara biss ħadu s-"self-government". L-Imperu Brittaniku pprovda sfond bżonnjuż għall-pataun ta' films, xi it komiċi, oħrajn traġiċi, imma l-maġġoranza b'avventuri qawwija u gwerer ħorox.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021