Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837
IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 • illum aħbarijiet Eluf ta' naħal maqtula min-nirien fiż-żona ta' Għar Lapsi Nirien li ħakmu żona f'Għar Lapsi ħallew warajhom straġi ambjentali hekk kif qatlu eluf ta' speċi ta' insetti u rettili fosthom eluf ta' naħal MARIANNA CALLEJA Fil-bidu ta' Awwissu, Għar Lapsi inħakem min-nar li ħalla warajh ħsara tremenda speċjalment fuq l-annimali bħall-insetti u rettili li jgħixu fiż-żona. In-nar beda' fix- xagħri ta' wara ristorant popolari propju quddiem il-bajja ta' Lapsi u infirex tul diversi metri. In-nirien bdew fid-9:30.p.m, tmien ħaddiema tat-tifi tan-nar b'erba' trakkijiet waslu fuq il-post biex jitfu n-nar. In-nirien baqgħu għaddejjin san-12:30.a.m. Siġar tal-ħarrub u arbuxxelli tas-sagħtar flimkien ma' naħal u għasafar jinħarqu fin- nirien Xagħri bħal din f 'Għar Lapsi hi eko-sistema kkaratterizzata minn ħafna ħofor u xquq. Fiha ssib arbuxxelli folti, baxxi u aromatiċi bħas- Sagħtar u l-Erika. Xagħri bħal dan jinkludi wkoll numru ta' siġar uniċi li minħabba il- post partikolari li qegħdin fih jikbru baxxi, inkluż siġar tal-ħarrub li f 'ċirkostanzi normali jkunu pjuttost kbar. Dan kollu jattira lejh numru ta' annimali fosthom għasafar. Fil-fatt fl-istess inħawi għal mansab wieħed hemm tnejn. Xi sidien ta' dawn l-artijiet mietu jew waqfu jżuru l-post maż-żmien u l-ħaxix kompla jinfirex mal- blat. Iżda fl-istess inħawi kien hemm ukoll mal-40 miġbgħa tan-naħal li kienet tinkludi eluf ta' naħal fosthom tal-għasel u l-bagħal tan-naħal. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-sid* li kien jieħu ħsieb dawn in-naħal li b'dispjaċir u kważi dmugħ f 'għajnejh qalilna li s'issa għadu ħadd ma għamel xejn biex jiġi ssalvagwardjat dan I-post. B'kisra fil-vuċi offra lill-gazzetta biex tinżel tara hi l-ħsara li ħalliet fuq dawn il-ħlejqiet. Bil-mod fetaħ l-għatu ta' kaxxa minnhom. Fejn qabel kellu juża' l-minfaħ biex jikkalma lin-naħal idur mal-kaxxex jipproteġu ġidhom u r-reġina, din id-darba l-irmied kesa' l-art u l-ħoss tan-naħal stajt tisimgħu biss f 'moħħok. Fejn is-soltu l-ewwel saff kien jikludi x-xehed bil-bajd u bid-dud tan-naħal, din id-darba ħarġet biss riħa ta' ħruq u l-injam tqarqaċ sakemm komplew jisseparaw is-saffi minn xulxin. Lanqas l-għasel ma rnexxielu jsalva iżda dik ma kinitx ta' ksur il-qalb daqs ix-xena li kienet qed tistenna l-gazzetta it sekondi wara. Il-qiegħ ta' kull kaxxa kienet mfawwra bil-katavri ta' naħal. Biċċiet maħruqa kompletament filwaqt li oħrajn jidhru biss biċċiet minnhom. Lanqas iż-żunżan u n-nemel ma' għodda b'żewġ għax il-katavri tagħhom straħu ħdejn dawk tal-għeddewwa tagħhom. Nar tal-ħaxix li jaqbad jew bis-sigaretti, bil- BBQs jew bil-ħġieġ Nar bħal dan hu msejjaħ bħala 'nar tal- ħaxix'. Riċetta ħażina ta' riħ u ħaxix niexef jgħin in-nirien jiżdiedu iżda l-bidu tiegħu seta' jkun tlett affarijiet differenti. L-ewwel każ huma sigaretti li ma ġewx mitfija sew u li ġew mormija fuq ħaxix niexef. It-tieni każ huma il-famużi BBQs li f 'dawn iż- żminijiet tas-sajf jiddominaw il-bajjiet. BBQs li jintremew eżatt wara li jiġu użati mingħajr ma jintfew kif suppost jistgħu faċċilment iqabbdu l-ħaxix. Speċjalment b'daqxejn żiffa riħ li ġġor magħha irmied li għadu jaqbad. Fil-każ ta' BBQs wieħed għandu dejjem jistenna li jiksaħ sew qabel jarmih. L-aħħar każ, li jaf jidher stramb, hu l-fliexken tal-ħġieġ. Ħġieġ ta' kull forma, kemm sħiħ u mkisser jista' jkun sors għan- nar permezz tad-dawl tax-xemx li jekk jaħbat fuq angolu preċiż għal tul ta' ħin jaf jisħon biżżejjed biex iqabbad nirien kbar. Ix-xagħri huma mifruxa mad-dinja kollha imma qed jisparixxu malajr u huma kkunsidrati bħala abitat rari fl-Ewropa. (*Isem is-sid ma ġiex pubblikat fuq ix- xewqa personali tiegħu) Ir-ritratti juru ż-żona ta' Għar Lapsi qabel u wara n-nirien