Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 • illum L-AFGANISTAN STORJA TA' GWERER, IMWIET, ESTREMIŻU U INTERESSI POLITIĊI Fuq fomm kulħadd fl-aħħar jiem kien l-Afganistan u l-mod drammatiku kif it-Talibani reġgħu għal darba oħra ħadu kontroll ta' dan il-pajjiż. Il-gazzetta ILLUM talbet lill-Professur Carmen Sammut tanalizza l-istorja u s-sitwazzjoni politika kurrenti tal-Afganistan... PROFESSUR CARMEN SAMMUT L-Afganistan, fl-Ażja Ċentrali, art muntanjuża li tinsab f 'qagħda strateġika. Pajjiż li ssibu marsus bejn l-Iran, il-Pakistan u tliet pajjiżi li sa it ilu kienu jifformaw parti mill-Unjoni Sovjetika: it- Tajikistan; it-Turkmenistan u l-Użbekistan. Hemm ukoll fruntiera sinifikanti, għalkemm fiha biss 76 kilometru, maċ-Ċina. Il-kapitali Kabul, storikament insibuha f 'salib it-toroq f 'rotot kummerċjali importanti, mogħnija b'taħlit inter-kulturali interessanti, imma mikduda b'kunflitti mdemma li ma' naqsu qatt. Mill-Mujahedeen għat-Taliban Dan huwa pajjiż rikk bil-materja prima iżda nofs in-nies għadhom jgħixu f 'faqar kbir. Ir-rata tal- qgħad baqgħet għolja madwar 25% għal għexieren ta' snin, tant li l-irġiel bla xogħol aktar ittantaw isibu kenn jiġġieldu fi gruppi jiħadisti. Għall-ewwel dawn l-estremisti Iżlamiċi, imsejjħa Mujahedeen iġġieldu kontra l-invażjoni Sovjetika tal-1979. Dak iż-żmien, kellhom l-appoġġ tal-Istati Uniti u l-allejati tagħha, inkluża l-Għarabja Sawdija. Wara t-tmiem tal-Gwerra l-Bierda, tfaċċat skola ġdida ta' ġellieda fundamentalisti. Dawn bdew isejjħu lilhom infushom Talibani, jiġifieri studenti favur tmexxija Iżlamika ggwidata minn waħda mill-aktar forom estremi tal-liġi tax-Sharia. Sal-1996 it-Talibani kienu ħadu kontroll tal-parti l-kbira tal-Afganistan. Mexxew b'qilla u ħruxija liema bħalhom u baqgħu stampati f 'moħħna il-miżuri li bihom in-nisa kellhom jinsatru minn rashom sa saqajhom taħt il-"burqa". Il-bniet ma kienx permess li jmorru l-iskola u kellhom jinqaflu d-dar sakemm ma joħorġux akkumpanjati minn raġel. L-irġiel kienu sforzati jħallu d-daqna. Xi nisa sfaw imħaġġra akkużati b'adulterju jew b'dehra mhix xierqa. L-Afganistan ħa daqqa ta' ħarta kbira lura u r-ritorn tat-Talibani reġa' qanqal dawn il- memorji mudlama. Fi it snin it-Talibani għorku għajnejn id-dinja, mhux biss minħabba l-ksur sfaċċat tad- drittijiet tal-bniedem u l-qtil ta' membri tal-NGOs li marru joffru għajnuna umanitarja, iżda anke minħabba li kienu jagħtu kenn lil jiħadisti oħrajn. F'Ottubru 1999, il-Kunsill tas-Sigurtà tal- Ġnus Magħquda kien għadda riżoluzzjoni li biha kemm lit- Talibani, kif ukoll lill-grupp Al Qaeda, ġew dikjarati għaqdiet terroristiċi u fuqhom ġew imposti sanzjonijiet. Wara snin segwit mis- servizzi sigrieti ta' bosta pajjiżi, fosthom ic-CIA u l-Mossad, Osama Bin Ladin ġie dikjarat bħala sponsor tat-terroriżmu, u sar magħruf li kien qiegħed jingħata kenn fl-Afganistan. Sanzjonijiet li waslu għal pajjiż iżolat rikonoxxut minn tliet pajjiżi biss Is-sanzjonijiet internazzjonali kontra t-Talbani, laqtu ħażin lill- poplu sħiħ għaliex dak iż-żmien il-pajjiż kien jiddependi għall-ikel minn donazzjonijiet minn barra. Kien hemm proposti biex jitwaqqfu s-sanzjonijiet, bil-kundizzjoni li t-Talibani ma jippermettux li territorju taħt kontroll tagħhom jiġi użat għat-taħriġ terroristiku. Saret talba biex Bin Ladin jiġi estradit iżda t-Talibani m'aċċettawx. Għaldaqstant taħt t-Talibani, l-Afganistan sar stat pariah, art iżolata u rikonoxxuta biss minn tliet pajjiżi: L-Għarbja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Pakistan. 9/11 u l-gwerra kontra t-terrur Meta fil-11 ta' Settembru ta' 20 sena ilu Bin Ladin, u taħt il-kmand tiegħu jihadisti ta' Al Qaeda, wettqu l-attakki fuq it-Twin Tower ta New York u l-Pentagon, f 'Virginia, kienet skattat il-"Gwerra kontra t-Terrur". Dakinhar, erba' ajruplani tal-passiġġieri Amerikani intużaw bħala arma kontra binjiet strateġiċi b'telf ta' eluf ta' ħajjiet. Ma kien hemm l-ebda Afgan imdaħħal fl- attakki, iżda l-Afganistan kien il- post mnejn kien jopera l-arkitett ta' dan il-pjan malinn. Kien għalhekk li l-Istati Uniti flimkien mar- Renju Unit, f 'anqas minn xahar nedew l-invażjoni tal-Afganistan, li tlaqqmet "Operation Enduring Freedom". Sa nofs Diċembru 2001, kienu neħħew lit-Talibani mill- poter. Fl-Afganistan kien hemm tama li l-poplu kien se jibda jieħu r-ruħ. Miri mhux milħuqin, opju u korruzzjoni X'ġara iżda minn dakinhar? Sezzjoni tal-popolazzjoni marret aħjar għaliex in-nies bdew igawdu minn xi libertajiet, speċjalment in- nisa tal-klassi medja u l-elite. Iżda miri oħra ma' ntlaħqux: l-aktar it- trażżin tat-Talibani; li jkun hemm sigurtà akbar fl-ibliet ewlenin, li jkun hemm tisħiħ u taħriġ tal- armata Afgana u fuq kollox ir- rikostruzzjoni ekonomika. Mhux biss l-ekonomija baqgħet totalment dipendenti fuq l-għajnuna barranija, iżda l-Amerikani u l-alleati ma rnexxilhomx irażżnu t-traffikar tal-opju li għadu rampanti u li minnu jaqilgħu l-għixien ħafna familji. Il-produzzjoni tal-opju hija tant mifruxa u importanti li dħul mit-traffikar tad-droga mhux biss kien imantni lis-Sinjuri tal-Gwerra (war lords) Talibani, iżda jidher ukoll li xaħħam il-bwiet ta' wħud minn dawk f 'Kabul, li suppost kienu qegħdin jimbottaw ir-riformi meħtieġa għall-bini tan-nazzjon. L-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fi ħdan il-Gvern tal-President Ashraf Ghani kienu bosta, u saru aktar rampanti meta dan il-kaptan xipli abbanduna l-vapur u ħarab lejn l-Emirati Għarab Magħquda malli ra l-Amerikani iżarmaw u t-Talibani javvanzaw lejn il-kapitali. Qal li telaq biex tiġi evitata gwerra ċivili. Kemm dan huwa minnu iż- żmien għad irid jagħtina parir, iżda d-dinja xxokkjat ruħha bil-mod żvelt kif it-Talbani ħadu kontroll ta' Kabul f 'tebqa t'għajn. Mhux ta' b'xejn inħass sens qawwi ta' diżappunt kif l-Istati Uniti parpru 'l barra, sentiment li ġie msaħħaħ bil-filmati ta' dawk l-eluf ta' rwieħ imwerwra li fil- bidu tal-ġimgħa marru fil-mitjar ta' Kabul jiggranfaw mal-ajruplan Amerikan; wħud baqgħu sakemm tar u mbagħad ippreferew ikejjluha għall-mewt wara li qata' mill-art. Forsi l-istagħġib u x-xokk globali ma kienx li t-Talibani reġġħhu refgħu rashom, iżda l-mod li deher xejn meqjus u dinjituż ta' kif l-Amerikani telqu 'l barra. Matul dawn l-aħħar 20 sena fl- Afganistan kien hemm tensjonijiet ma' jaqtgħu xejn minkejja l-preżenza tat-truppi Amerikani li saret uġiegħ ta' ras kbira għal erba' amministrazzjonijiet konsekuttivi. Waqt il-presidenza tiegħu, Barack Obama kien wiegħed "irtirar responsabbli". Warajh il-President Donald Trump iddikjara li ma riedx jibqa' mkaħħal ma' "gwerra bla tmiem" u issa l-President kurrenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021