Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 • illum 'Kostruzzjoni: Il-miżuri ta' mħarsa? Jew qed nilgħabu Alan Borg ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-kostruzzjoni. Settur li jkun ħafna fl- aħbarijiet u li dwaru jitqajmu ħafna dubji u kontroversji. Ħafna jgergru li hawn wisq minnu, oħrajn igergru minħabba l-effetti tiegħu - iżda naturalment il-ħafna l-oħrajn li jew jaħdmu fis-settur jew indirettament igawdu minnu jew inkella li qed jibnu jew jistennew xi permess, it li xejn igergru! Sakemm jibnu u wara jibdew igergru fuq l-iżvilupp ta' ħaddieħor! Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal-President tal-Malta Chamber of Construction Management (MCCM) Jesmond Chetcuti u tistaqsih mhux biss dwar xogħol din l-assoċjazzjoni iżda wkoll is-settur in ġenerali. Nibdew bl-inċidenti. Għamilna madwar sena nisimgħu b'inċident wara l-ieħor, sakemm tilfet ħajjitha Miriam Pace u it żmien wara tilef ħajtu ħaddiem fuq sit ta' kostruzzjoni f 'Bormla. X'jaħseb li hija r-raġuni ewlenija għal dawn l-inċidenti? Nuqqas ta' esperjenza? Xogħol bl-addoċċ? Jew każ ta' "ejja ħa mmorru"? "Jiena naħseb li kien it minn kollox - għalkemm tajjeb niakru li hemm differenza f 'kull każ. F'ta' Miriam kellek il-mewt ta' ġara u fil-każ ta' Bormla miet persuna li kien ħaddiem fuq is-sit." Huwa saħaq li l-ewwel ħaġa li wieħed irid jara fi kwalunkwe inċident huwa sarx l-assessjar tar-riskju fuq is-sit, liema assessjar jipproponi miżuri ta' mitigazzjoni. "Jiġifieri rapport li jgħidlek: Din hija l-problema u dawn huma l-miżuri li hemm bżonn jittieħdu! U jiena nistaqsi - għaliex naturalment il-każ ma nafux - il-miżuri ttieħdu?" Huwa qal illi jekk jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji msemmija fir-rapport, "mhux suppost jiġru inċidenti bħal dawn." Chetcuti iżda jisħaq li hu mhuwiex qed jgħaddi ġudizzju fuq każ partikolari għaliex kull każ ikun differenti u jkollu realtajiet differenti. Huwa fakkar li huma l-professjonisti li qed jipproponu l-miżuri ta' mitigazzjoni. "Imma qed jittieħdu dawn il-miżuri? U jekk sit ma jiħux dawn il-miżuri hemm min qed jirrapporta? Jew qed nilgħabu russian roulette - jekk ma jinqala' xejn tajjeb, imma jekk jinqala' naraw wara?" jistaqsi Chetcuti. 'F'ċerti affarijiet bqajna lura!' Huwa qal li ħafna mill-isfond edukattiv tiegħu ħadu fir-Renju Unit u jfakkar li lura fis-snin 80, wara serje ta' inċidenti l-Gvern Ingliż kien qabbad bord biex jagħmel rapport li jagħti d-direzzjoni lill-industrija u anke juri xi prekawzjonijiet hemm bżonn jittieħdu. "Wara l-inċident ta' Miriam Pace l-Gvern Malti għamel l-istess u talab bord biex jagħti proposti li uħud minnhom huma bħal dawk tar-Renju Unit. Jiġifieri qed jimplika li f 'dan is-settur Malta għadha 30 sena wara r-Renju Unit? "Iva, f 'ċerti affarijiet bqajna lura. Nistennew li tinqala' xi ħaġa biex tittieħed azzjoni!" "Pajjiżi oħrajn daħlu liġijiet, ejjew nagħmluha aħna wkoll - mhux noqgħodu nistennew inċident! Pajjiżi oħrajn mhux biss daħlu liġijiet talli rrevedewhom, aħna lanqas l-ewwel verżjoni għadna ma daħħalna ta' ċerta liġijiet," sostna l-President tal-MCCM. 'Sa issa ma hemm xejn xi jżomm persuna milli ssejjaħ lilha nnifisha project manager' Intant l-gazzetta tistaqsi lil Chetcuti jispjega eżatt x'inhu l-irwol tal-MCCM. Huwa spejga li l-irwol huwa dak li tirrapreżenta lill-project managers, li jfakkar illi huma n-nies responsabbli biex proġett imur mill-karta għar-realtà. Huwa jgħid illi apparti l-fatt li l-Project Managers ma kellhomx min jirrapreżentahom meta jkun hemm diskussjonijiet dwar tibdil fil-liġijiet, huma mhumiex rikonoxxuti - tant li lanqas warrant għalihom ma hemm bħalma hemm għal periti u nies oħrajn li jaħdmu fuq proġett. "Semmejna l-inċidenti. Meta jseħħ inċident kulħadd iwaħħal f 'kulħadd - ara jekk ikollna maniġment aħjar, dawn l-inċidenti jonqsu." Huwa saħaq illi l-fatt li ma hemmx warrant ifisser li kwalunkwe persuna tista' ssejjaħ lilha nnifisha project manager, għalkemm ippreċiża li hemm ħafna project managers li huma professjonali u tajbin f 'xogħolhom. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi: Jiġifieri persuna tista' tkun ħaddiem fil-kostruzzjoni u per eżempju t-tifla tiegħu se tibni blokka appartamenti u tappunta lilha nnifihsa l-project manager, għalkemm mhux kwalifikata? "Teknikament iva, ma hemm xejn xi jżommok. Tkun responsabbli inti, pero' le ma hemmx standards ta' kwalità," iwieġeb Chetcuti. Huwa qal illi bħalma managers huma stmati barra l-pajjiż, hekk għandhom ikunu hawn ukoll. U sostna li hu qed jara li jkun hemm il-bilanċ - bejn kemm project manager ikollu għarfien akkademiku u kemm ikollu esperjenza. Spjega għalhekk li l-MCCM tixtieq tipprepara lill-membri tagħha sabiex "meta l-Gvern jħabbar il-liġi, li fost oħrajn tkopri l-istandards għall-project managers, dawn ikunu lesti f 'termini ta' kwalifiċi." Għall-mistoqsija ta' din il-gazzetta huwa qal li bħalissa l-MCCM għandha bejn 50 u 60 membru. 'Il-Gvern qed jaħdem ħafna biex titjieb ir-relazzjoni ma' residenti fejn qed isir żvilupp' Ilment li jsir ħafna drabi minn diversi ġirien huwa n-nuqqas ta' rispett: Il-ħmieġ, trabijiet, storbju, traffiku ... issa vera li anke biex twaħħal inkwatru taqla' xi it tat-trab imma xi kultant jinħass li ma jkunx hemm biżżejjed rispett lejn ir-residenti. Kif iwieġeb Chetcuti? Huwa jibda billi jfakkar li Malta l-istess regoli tal-UE għandha u mhux differenti, "imma l-problema hija l-infurzar - bħal f 'kollox hawn Malta mhux fil-kostruzzjoni biss!" Huwa qal li xi kultant min jara li jimxi mar-regoli jidher ikrah, minflok ħelu! Saħaq li liċ-ċittadin jimu. "Jista' jkollok triq mibnija u plot vojta, bir-residenti qed jgħixu fil-paċi - f 'daqqa waħda għandek skavar, storbju, trab - bankini jitkissru u xi kultant lanqas id-diċenza jiġu rranġati...ma narahomx affarijiet sew dawn." "Naf iżda li l-Gvern," ikompli jispjega Jesmond Chetcuti, "qed jaħdem ħafna fuq din il-biċċa xogħol u fuq dak kollu li jirrigwarda r-relazzjoni bejn il-kuntrattur u r-residenti." Il-gazzetta tistaqsih iżda jekk hemmx rieda minn naħa tal-kuntratturi u minn naħa l-oħra l-Gvern hux jirrealizza li biex tagħmel ċerta affarijiet u tilqa' għal ċerti inkonvenjent hemm ċerti spejjeż li jridu jitħallsu minn min qed jibni - spejjeż li ħafna drabi l-klijent jispiċċa jġorrhom! Huwa jgħid li f 'dawn ix-xhur li l-MCCM ilha involuta f 'diskussjonijiet huwa ċar li hemm rieda, filwaqt li minn naħa tal-Gvern hemm l-appoġġ u jaf "li meta jasal il-waqt se nagħtu l-kontribut tagħna." Huwa jisħaq iżda dwar l-ispejjeż: "Imma dawn li qed issemmi huma spejjeż? Jew rispett li suppost dejjem kien hemm? Barra minn Malta dawn huma affarijiet bżonnjużi mhux spejjeż - forsi għax hawn drajna ħadd ma jgħid xejn!" 'Ta' dak li persuna qed titħallas, se tkun qed tieħu - mhux ejja ħa mmorru' Il-kwalità ħafna drabi tiġi diskussa wkoll - ħafna drabi jiddeskrivu l-appartamenti li qed jitilgħu bħala "gabubi" u "gallinari". Jaqbel ma' din il-kritika Chetcuti? Huwa rrisponda billi fakkar illi l-Project Manager iħares lejn il-kwalità, lejn il-baġit u anke lejn miri ta' żmien meta suppost ikun lest proġett. "Aħna naraw li ta' dak li persuna qed titħallas, se tkun qed tieħu - mhux ejja ħa mmorru!" Minkejja dan huwa jgħid li ma jħossx li huwa kwalifikat biex jgħaddi xi forma ta' ġudizzju dwar l-appartamenti u l-kobor tagħhom u jfakkar li daqs kemm hawn min irid appartamenti kbar, hemm ukoll min jippreferi ċ-ċokon - għal diversi raġunijiet, mhux l-inqas tindif! "L-importanti għalina huwa li jekk klijent hux qed iħallas għal gabuba - kif qed issejħilha - u se jonfoq €160,000 jew inkella Jesmond Chetcuti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021