Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Maż-żewġ miljun persuna mkeċċija minn darhom biex jagħmlu spazju għal proġetti sportivi MARIANNA CALLEJA Lill-hinn minn dak f 'paġna 10, il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn żewġ eżempji li jibqgħu jisemmew mhux biss fir-rapport kkommisjonat mis- Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew iżda wkoll minn numru ta' attivisti u fanatiċi tal- isports. Il-gazzetta nnotat li r-rapport semma kemm il-darba l-ksur tad- dritt għal saqaf fuq rasek. Dan jidher biċ-ċar f 'Seoul, Barċellona, Atlanta, Sydney, Ateni, Beijing u Londra, li kawża ta' avvenimenti fihom, numru ta' nies spiċċaw bla saqaf fuq darhom. B'kollox aktar minn żewġ miljun persuna, familji u individwi, ġew imkeċċija minn darhom minħabba proġetti ta' kostruzzjoni marbuta direttament u indirettament ma' avvenimenti sportivi kbar eżempju t-Tazza tad-Dinja, il-kampjonat Ewropew tal-Football u Olimpjadi. Ksur ieħor li ma jistax ma jiġix innutat hu l-abbuż tad- drittijiet tal-ħaddiema. Hemm evidenza ta' immigranti li bnew toroq, stadiums u lukandi b'paga miżerja, b'akkomodazzjoni skarsa u mgħammra ħażin fejn diversi persuni saħansitra jagħmlu użu minn kamra waħda bejnithom. Hemm evidenza wkoll ta' tħaddim ta' tfal li għal sigħat twal isibu ruħhom imsakkra f 'kamra bla dawl u ventilazzjoni jaħdmu fuq ġugarelli u merkanzija relatata. 'Il-belt li qed tinbena mill-art' – Tazza tad-Dinja 2022, Qatar Dan hu l-aktar każ riċenti li jinkludi evidenza ċara ta' abbuż kif ukoll mewt.Aktar minn 6,500 immigrant mill-Indja, il-Pakistan, in-Nepal, il-Bangladesh u s-Sri Lanka mietu fil-Qatar minn meta dan il-pajjiż rebaħ id-dritt li jospita t-Tazza tad-Dinja 10 snin ilu. Dan ġie żvelat minn ġurnal Ingliż li investiga l-mewt u t-traġedji li seħħew s'issa. In-numru totali ta' mwiet huwa sinifikament ogħla, minħabba li dawn iċ-ċifri ma jinkludux imwiet minn numru ta' pajjiżi li jibagħtu numru kbir ta' ħaddiema lejn il- Qatar, inkluż l-Filippini u l-Kenja. L-imwiet li seħħew fl-aħħar xhur tal-2020 ukoll mhumiex inklużi ma' din iċ-ċifra. Filwaqt li r-rekords tal-mewt mhumiex kategorizzati skont l-okkupazzjoni jew il-post tax- xogħol li fiha kien il-vittma, x'aktarx ħafna ħaddiema li mietu kienu impjegati fuq dawn il- proġetti infrastrutturali. Il-każi tal-mewt jinkludu xokkijiet elettriċi, korrimenti minħabba waqgħat mill-għoli u anke suwiċidji. Ħafna mill- imwiet huma elenkati bħala "naturali" waqt li minn iħaddem iniżżel dawn l-imwiet bħala mard respiratorju. In-nazzjon b'popolazzjoni ta' it inqas minn tlett miljuni jiddependi fuq żewġ miljun ħaddiem migrant biex jtella' x-xogħol sas-sena d-dieħla. L-istess ġurnal Ingliż irrapporta li n-nuqqas ta' sigurtà u abbuż fil- Qatar qed jaħsad il-ħajja ta' 12-il persuna fil-ġimgħa. Is-sit illum.com.mt diġà ta ħarsa lejn każ ieħor relatat ma' dan l-avveniment it ta' xhur ilu. L-artiklu kien joffri spjegazzjoni tal-leġiżlazzjoni ġdida kontra l-SLAPP. L-istess leġiżlazzjoni li tenfasizza l-ħtieġa u r-responsabiltà li għandha l-Unjoni Ewropea biex tipproteġi l-ġurnalisti. F'dan l-artiklu isemma l-abbuż tad-dritt tal-espressjoni fejn ingħatat ħarsa lejn il-ġlieda bejn l-attiviti ta *Sherpa u l-kumpanija tal-kostruzzjoni VINCI. Dan il-każ beda meta *Sherpa, NGO Franċiża, akkużat lil kumpanija VINCI Construction Grand, li qed tħaddem ħaddiema fuq siti tal-kostruzzjoni b'kundizzjonijiet tax-xogħol u tad-djar li mhumiex kompatibbli mad-dinjità tal-bniedem. *Sherpa spjegat li matul investigazzjonijiet tagħhom f 'Novembru tal-2014, hi tkellmet ma diversi ħaddiema. Dawn il-ħaddiema qalu li qed ikollhom jaħdmu ġimgħa xogħol ta' 66 siegħa, b'akkomodazzjoni ffullata u mgħammra ħażin fejn diversi persuni saħansitra jużaw kamra waħda bejnithom. Il- ħaddiema qalu wkoll li l-passaporti tagħhom ġew konfiskati filwaqt li jiġu mhedda b'tkeċċija jew ritorn lejn il-pajjiżhom f 'każ ta' protesta. Il-każ baqa' għaddej sal-2018, b'VINCI Construction Grand takkuża lil *Sherpa b'malafama u titlob ammont enormi ta' flus bħala kumpens. Dan kollu f 'tama li mhux biss *Sherpa tieqaf tinvestiga l-każ f 'Qatar iżda wkoll tieqaf topera. Beijing, mċappsa bil-ħtija taż- żieda qawwija fl-abbużi tad- drittijiet tal-bniedem X'aktarx kienu l-Olimpjadi ta' Beijing li seħħew fl-2008 li tefgħu aktar melħ fuq il-ferità. Kien hemm tħassib kbir rigward kif qed jiġi organizzat dan l-avveniment iżda kien hemm erba' punti li dejjem isemmew iktar minn oħrajn. L-ewwel insibu n-numru ta' Ċiniżi li ġew imwaqqfa milli jesprimu t-tħassib tagħhom dwar abbużi tad-drittijiet relatati mal-Olimpjadi. Dawn il-persuni ma kienux biss protagonisti taċ-ċensura iżda esperjenzaw intimidazzjoni u priġunerija. Każ li kien isemma ħafna dak iż-żmien kien ta' Ye Guozhu, attivist ta' 53 sena, li baqa' l-ħabs minkejja li temm is-sentenza ta' erba' snin ħabs f 'Lulju 2008. Hu kien akkużat li pprova jorganizza protesti kontra tkeċċijiet furzati relatati mal-Logħob Olimpiku. Hu ġie kkundannat f '18 ta' Diċembru tal-2004, fuq "suspett ta' tfixkil fl-ordni soċjali." It-tieni ksur kien relatat ma' żgumbramenti u twaqqigħ tad- djar għal infrastruttura relatata mal-Olimpjadi. Eluf ta' residenti tkeċċew u djarhom twaqqgħu matul il-bidla ta' Beijing. F'dan iż-żmien kienu isemmew ukoll il-mijiet ta' każi ta' fastidju u restrizzjoni ta' midja barranija milli jirrappurtaw liberament bi ksur tal-wegħda Olimpika taċ- Ċina u r-regolamenti temporanji fis-seħħ minn Jannar 2007. Il-Gvern Ċiniż kompla jillimita severament l-aċċess tal-midja barranija għat-Tibet peress li l-vjolenza faqqgħet f 'Lhasa f 'nofs Marzu. Il-Ministeru Ċiniż għall-Affarijiet Barranin, li huwa responsabbli għas- sigurtà tal-ġurnalisti barranin kollha fiċ-Ċina, irriuta wkoll li jinvestiga theddid ta' mewt kontra korrispondenti barranin wara kampanja ta' vilifikazzjoni mmexxija mill-midja statali ta' "preġudizzju tal-midja tal- punent" wara il-vjolenza ta' Lhasa. Kien hemm ukoll tħassib dwar it-tħaddim tat-tfal marbut ma' katini tal-provvista tal- avvenimenti, pereżempju b'rabta mal-produzzjoni oġġetti, ġugarelli, jew merkanzija. L-istess ksur kien seħħ fl-Olimpjadi oħra fosthom ta' Londra fl-2012. Meta naħsbu fl-isports qajla naħsbu fid-drittijiet tal-bniedem, pagi, kundizzjonijiet tax-xogħol u nies bla dar. Ir-rapport tal-Parlament Ewropew (ara wkoll paġna 10) jagħti ħarsa lejn kif avvenimenti sportivi bħat- Tazza tad-Dinja u l-Olimpjadi waslu għal ksur fid-drittijiet ta' miljuni.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021