Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 • illum Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Il-Parlament Ewropew jinvestiga… l-abbuż f'avvenimenti sportivi MARIANNA CALLEJA Għad-dilletanti issir kważi rutina li fi żmien il-logħob tat-Tazza tad-Dinja jew tal- Kampjonat Ewropew tal-Futbol, wara ġurnata xogħol, jintefgħu jitpaxxew bit-talenti ta' dawn l-atleti bravissimi. Wara ċertu żmien ma sħabhom jew tal- familja jiddiskutu kull ma kienu esperjenzaw sforz in-nostalġija, miċ-ċeremonja tal-uħ sal-aħħar attakk ta' ansjetà li qabadhom meta raw lit-tim favorit tagħhom jitlef bil-penalties kontra l-aktar tim li ma jaħmlux. Madankollu, malli r-rebbieħa jgħollu t-trofew jew il-medalja, grupp ta' nies wara l-kwinti jkunu diġà bdew jaħdmu fuq l-avveniment tas-snin ta' wara. Huwa propju dan il-proċess li qiegħed jiġi diskuss f 'rapport miktub minn Daniela Heerdt u Hans Erik Næss kkommisjonat mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew. Sa issa sar biss rapport tal-iskoperti li sabu dawn iż-żewġ riċerkaturi, iżda hu mistenni li fix-xhur li ġejjin l-istess kumitat joħroġ proposti f 'dan ir-rigward. Ir-riskju ta' abbuż sar aktar evidenti iktar kemm imur iż-żmien Il-proċess sħiħ li ġie analizzat u diskuss fir-rapport jibda mis- sottomissjoni ta' interess tal- pajjiżi u jibqa' għaddej sa wara l-aħħar logħba jew avveniment finali. Ir-rapport jiddiskuti fih avvenimenti sportivi kbar (MSEs) bħall-kampjonat Ewropew tal- Futbol (EURO), It-Tazza tad- Dinja tan-nisa jew l-irġiel tal-Korp Governattiv tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol (FIFA), l-Olimpjadi tas-Sajf u tax-Xitwa, il-Logħob Paralimpiku (OPGs), il-Logħob tal-Commonwealth, u anke l-Jeux de la Francophonie. Skont dan ir-rapport dawn huma l-aktar avvenimenti sportivi responsabbli għall-abbuż tad-drittijiet tal- bniedem fil-qasam sportiv. "Ir-riskji saru dejjem aktar evidenti speċjalment fil- maġġoranza ta' avvenimenti sportivi kbar ospitati f 'dawn l-aħħar deċennji, iżda b'mod partikolari mill-Olimpjadi tas- Sajf f 'Beijing fl-2008." (Aqra aktar f 'paġna 11) Ir-rapport jenfasizza l-firxa sħiħa ta' drittijiet tal-bniedem li jistgħu jkunu milquta ħażin kawża tal-organizzazjoni ta' dawn l-avvenimenti. Biex inkunu semmejna it, ir-rapport jitkellem dwar dritt tax-xogħol, dritt għall- privatezza u drittijiet għal-libertà u l-espressjoni. Kif wieħed jista' jara dawn id-drittijiet jolqtu numru ta' persuni differenti li jilgħabu rwol importanti daqs l-atleti u ħafna drabi aktar, fosthom ir-residenti li jiġu mkeċċija minn darhom biex l-art tintuża mill-organizazzjoni, l-immigranti u t-tfal li jitħaddmu sabiex jinbnew l-istadiums kif ukoll il-ġurnalisti kemm, sportivi li jirrappurataw ir-riżutati iżda ukoll l-investigattivi li jikxfu l-abbuż wara dawn l-avveninmenti. Fl-istess ħin, ir-rapport isemmi kif uħud minn dawn l-avvenimenti ħadmu għall-promozzjoni tad- drittijiet tal-bniedem u ġabu riformi favur id-drittijiet tal- bniedem f 'pajjiż ospitanti. Intant bħal ma jgħid il-Malti, mhux kull ma jleqq hu deheb u għalkemm din l-ironija tiġi aċċettata minn bosta persuni, hemm oħrajn li għarfu mal-ewwel li dawn ir- riformi, iktar iva milli le, huma biss kitba fuq karta li tintesa' meta niġu għall-azzjoni. Sal-2017, l-ebda qafas legali ma' kien jinkludi d-drittijiet tal- bniedem Il-qafas legali li jifforma l-bażi għall-organizzazzjoni u l-ospitar ta' dawn l-avvenimenti jistrieħ fuq ir-regolamenti tal-pajjiżi li joffru biex jospitaw l-avveniment. L-istess qafas legali jiġi adottat minn Korp Governattiv tal- isport internazzjonali (ISGBs), kif ukoll dokumenti addizzjonali li jikkonċentraw fuq il-ħtiġijiet operattivi, prinċipji, obbligi, flimkien ma' garanziji tal-Gvern u dikjarazzjonijiet oħra. Għal tul ta' żmien konsiderevoli, id-drittijiet tal-bniedem ma kinux parti minn dawn id-dokumenti. L-istorja inbidlet fl-2017 meta l-Unjoni tal-Assoċjazzjonijiet tal- Football Ewropej (UEFA), il-FIFA, il-Kumitat tal-Olimpjadi (IOC) u l-Isport tal-Commonwealth (eks Federazzjoni tal-Logħob tal- Commonwealth) iddeċidew li jinkludu d-dispożizzjonijiet tad- drittijiet tal-bniedem fir-rekwiżiti tagħhom għall-ospitar u/jew offerti mill-pajjiżi rispettivi. Dawn li ġejjin huma biss siltiet mid-dokumenti legali ta' żewġ organizzazjonijiet mmsemija hawn fuq sabiex jingħata eżempju. UEFA b'regoli li 'jipproteġu, jirrispettaw u jissodisfaw d-dritt tal-bniedem' F'Mejju tal-2017, il-UEFA daħħlet ir-rekwiżiti tad-drittijiet tal-bniedem fir-'Rekwiżiti tat- Tournament 'u l-'Bid Dossier' għall-Kampjonat tal-Futbol EURO 2024. Il-Bid Dossier jitlob lill-kandidati li huma interessati biex jospitaw l-avveniment jagħtu dettalji ta kif se jorbtu l-istrateġija kummerċjali tagħhom mal- ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. L-istess dokumenti jinkludu linji gwida "sabiex jipproteġu, jirrispettaw u jissodisfaw d-drittijiet universali tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal u l-drittijiet tal-ħaddiema kif ukoll jiżguraw li dawk li jaġixxu f 'isem il-Gvern jew l-awtoritajiet pubbliċi jipproteġu u jirrispettaw dawn id-drittijiet." FIFA b'żewġ tipi differenti ta' talbiet, waħda għal-irġiel u oħra għan-nisa Linji gwida ġodda li jkopru l-proċessi tal-offerti għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tan-nisa 2023 u l-irġiel tal-2026, it-tnejn jinkludu taqsimiet dwar is-sostenibbiltà u d-drittijiet tal-bniedem. F'termini speċifiċi, il-FIFA teħtieġ tkun ċerta li dawk responsabbli għall-kostruzzjoni u r-rinovazzjoni ta' grawnds, siti ta' taħriġ, lukandi u ajruporti jkunu qed jirrispettaw id-drittijiet tal- bniedem u l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-gwida tal-kampjonat tal- irġiel hija iktar komprensiva minn dik tan-nisa għax titlob impenji speċifiċi u informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll standards tax-xogħol mill- assoċjazzjonijiet membri. Dawn jinkludu: impenn pubbliku għar-rispett tad- drittijiet tal-bniedem; garanziji ta' konformità mad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem u standards tax-xogħol; kif ukoll strateġija tad-drittijiet tal- bniedem. Min-naħa l-oħra l-gwida għat- tournament tan-nisa teħtieġ: impenn pubbliku espliċitu għad- drittijiet tal-bniedem, drittijiet tal-bniedem komprensivi, valutazzjoni tar-riskju (inkluż studju indipendenti) u deskrizzjoni tal-miżuri u l-istrateġija proposti biex tindirizza riskji bħal dawn. F'konformità ma' dawn id- dispożizzjonijiet, ir-responsabbiltà ewlenija għall-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll li tipprovdi mekkaniżmi ta' rimedju taqa' f 'idejn l-assoċjazzjonijiet membri interessati. Madankollu r-responsabbiltajiet huma estiżi għar-relazzjonijiet tagħhom ma' partijiet terzi, per eżempju permezz ta' ehim ma' awtoritajiet tal-istadium jew entitajiet oħra li jmexxu siti ta' taħriġ. Bosta ġurnalisti u attivisti jiġġieldu kontra l-abbuż li jseħħ kawża tal- organizazzjoni ta' avvenimenti sporitivi fuq skala kbira bħall- Olimpjadi u kampjonati tal- football. Forsi naqra tard, iżda issa kien imiss lill-Parlament Ewropew biex jaqsam fehmtu fuq dan is-suġġett

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021