Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 ta' mitigazzjoni qed jiġu nilgħabu Russian Roulette?' hux se jonfoq €10 miljuni għal villa, dejjem jieħu l-valur tal-flus u jkun sodisfatt," saħaq Chetcuti. 'F'sena qatt ma ltqajt ma xi ħadd li qalli illi ma għandux xogħol' Il-gazzetta ILLUM tistaqsi kif sejjer ix- xogħol bħalissa, anke fid-dawl tal-pandemija. Huwa qal li kuntrarjament għal setturi oħrajn il-kostruzzjoni baqa' sejjer tajjeb u iktar kellu problema ta' riżorsa umana milli ta' xogħol. Jgħid li kien hemm min filli kellu 20 ħaddiem u issa għandu 10 - u jrid jipprova jagħmel l-istess xogħol bihom! Huwa jgħid ukoll illi s-sitwazzjoni f 'Malta tikkuntrasta bil-kbir ukoll meta mqabbel ma' barra u jfakkar li hu Membru tal-Working Group Internazzjonali fiċ-Chartered Institute of Building. Huwa qal li meta jisma' l-problemi li kellhom barra mill-pajjiż "kważi nistħi għax hawnhekk ma kellniex dawk il- problemi!" U għalfejn jaħseb li l-kostruzzjoni baqgħet b'saħħitha? Forsi għax il-Maltin ma sifrux u investew minflok fil-proprjetà? "Iem fuq safar u hekk ma nafx imma fl- aħħar sena u nofs qatt ma smajt lil xi ħadd li qal illi ma kellux xogħol," spjega il-President tal-MCCM. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi: U dawn l-appartamenti kollha min se jixtrihom? Għad hemm domanda għal dawn l-eluf ta' appartamenti telgħin kullimkien? Huwa jgħid li l-MCCM mhix f 'pożizzjoni titkellem fuq domanda għalkemm jirrimarka illi l-banek mhux imġienen u kulħadd jaf kemm isir iċċekkjar u jintalbu garanziji. "Issa jista' jkun hemm under supply ta' tip ta' appartment u over supply ta' ieħor imma fl- aħħar mill-aħħar persuna hija libera li tixtri it-tip ta' appartament li trid hi." Huwa qal li l-aqwa indikaturi tax-xogħol u d-domanda huma l-aġenti tal-proprjetà u jisħaq li dawn mhux talli qed iżarmaw talli jgħid illi "timxi fit-toroq u tara aġenzija jew riklam ta' aġenzija, wieħed ħdejn ieħor." Huwa jikkonkludi l-intervista jgħid li l-MCCM trid li l-affarijiet isiru sew dejjem - u li dak huwa propju xogħol il-Project Managers. "Huwa fl-interess ta' kulħadd li x-xogħol isir sew - anke fl-interess ta' inqas ħela u fl- interess tal-profitt ukoll - għax ġieli jkollom xogħol li jsir ħażin u jrid jerġa' jsir u dak jiswa' l-flus!" temm ifakkar il-President tal-MCCM Jesmond Chetcuti. L-importanti għalina huwa li jekk klijent hux qed iħallas għal gabuba - kif qed issejħilha - u se jonfoq €160,000 jew inkella hux se jonfoq €10 miljuni għal villa, dejjem jieħu l-valur tal-flus u jkun sodisfatt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021