Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 kultura IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Pitturi, skultura, irħam u monumenti. Malli tidħol fil-Kon Katidral ta' San Ġwann ma tkunx taf fejn se taqbad tħares. Kull fejn titfa' għajnejk, mis-saqaf sal-paviment, se ssib biċċa arti li tirrakkonta storja, issa aktar minn qatt qabel wara snin ta' restawr u konservazzjoni. Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM, f 'dan il-Ħadd, qed tiċċelebra l-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-Kon Katidral ta' San Ġwann li ħadmet biex terġa' tagħti l-ħajja lil dan il-monument storiku ta' reputazzjoni internazzjonali u tippreservah għall- ġenerazzjonijiet li ġejjin. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Monsinjur u l-Professur Emmanuel Agius, il-President uxxenti tal-Fondazzjoni u bdiet tistaqsih dwar it-twaqqif u l-għanijiet tal-istess Fondazzjoni. Spjega kif miż-żmien disgħin 'l hawn, Malta rat żieda kostanti fit-turiżmu kulturali u reliġjuż u għalhekk inħass il- bżonn ta' metodu ġdid u professjonali biex il-Kon Katidral ikun amministrat. Fil-fatt, fl-2001 il-Knisja u l-Gvern kienu laħqu kompromess storiku u ġiet solvuta l-kontroversja dwar min huwa s-sid tal-Kon Katidral. "Kienet problema li kienet ilha tippersisti minn żmien Napuljun," saħaq il-Monsinjur. "F'att pubbliku tal-aħħar ta' Lulju 2001, il- Knisja u l-Gvern waqqfu din il-Fondazzjoni, bħala entità awtonoma u indipendenti biex tamministra dan il-monument barokk uniku u l-kollezzjoni tal-arti imprezzabbli tiegħu." Wieħed mill-għanijiet tal-Fondazzjoni kienet li toħloq strateġija ta' restawr u konservazzjoni effettiv, ħolistiku u sostenibbli mhux biss tal-binja imma anke tax-xogħlijiet tal-arti. Tliet avvenimenti fakkru l-20 sena mit- twaqqif tal-Fondazzjoni Dan l-20 anniversarju mit-twaqqif ta' din il-Fondazzjoni, ġie ċċelebrat bi tliet avvenimenti kbar. Fil-fatt, fl-ewwel jumejn ta' Lulju ġiet organizzata konferenza Ewropea dwar il-katidrali Ewropej u li għaliha, fost oħrajn, kienu mistiedna diversi kuraturi u konservaturi biex flimkien ma' stakeholders Maltin qasmu l-esperjenzi tagħhom. It-tieni avveniment kienet l-inawgurazzjoni tar-restawr tal-Oratorju li jinkludi fost l-ien xogħlijiet tal-arti, inkluż il-famuża pittura tal-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann, xogħol Caravaggio. Fil-fatt, ġie rrestawrat is-soffitt meraviljuż tal-injam, 13-il pittura ta' Mattia Preti u anke ġiet installata sistema ġdida ta' dawl. Apparti minn hekk infetħet sala ddedikata kollha kemm hi għall-pittura ta' San Ġlormu, waħda mill-aktar xogħlijiet popolari ta' Caravaggio u anke infetħet kamra oħra li fiha l-viżitaturi jkunu jistgħu jsegwu dokudrama, maħdum mill-aqwa atturi Maltin u bil-mużika tal- Orkestra Filarmonika Nazzjonali, dwar il-15- il xahar li Caravaggio dam f 'Malta. It-tielet avveniment seħħ fil-31 ta' Lulju, il-ġurnata propja tal-anniversarju. Għal din l-okkażjoni l-artal maġġur tal-Kon Katidral, wara mijiet ta' snin, intrama bil-15-il statwa meraviljużi tal-fidda, magħrufa bħala "l-Appostolat," li oriġinarjament inħadmu għal dan l-artal maġġur iżda li l-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina kien feda darbtejn b'fidda oħra biex il-Franċiżi ma jħolluhomx u jagħmluhom muniti. F'din l-okkażjoni ġie mniedi wkoll ktieb, editjat mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Cynthia de Giorgio, li fih elenku tal-proġetti kollha li wettqet il-Fondazzjoni f 'dawn l-20 sena. 'Qed nippjanaw biex niftħu ċentru ta' informazzjoni għall-istudenti' It-turisti japprezzaw ħafna l-Kon Katidral ta' San Ġwann u kien għalhekk li l-ILLUM staqsiet lil Monsinjur Agius jekk il-Maltin japprezzawhx daqshom. Il-President tal-Fondazzjoni spjega li r-restawr tal-oratorju, l-artikli fuq il-midja dwaru u anke l-informazzjoni fuq il-midja soċjali, ħallew impatt "impressjonanti" fuq il-pubbliku. "Jiena naħseb li l-poplu Malti jaf li l-Kon Katidral huwa post storiku, kulturali u reliġjuż uniku. Il-mod kif irreaġixxa għar-restawr tal- Oratorju, id-dokudrama u anke l-armar tal- Appostolat, juri biċ-ċar li l-Maltin japprezzaw dan is-sit," insista l-Monsinjur. Madanakollu saħaq li fadal ħafna xi jsir u għalhekk il-Fondazzjoni qed taħdem ukoll fuq l-aspett edukattiv. Fil-fatt, is- sena li għaddiet, għamlet Memorandum of Understanding ma' Heritage Malta biex il- passaport tal-istudenti jkun jinkludi wkoll il- Kon Katidral ta' San Ġwann. Fakkar ukoll li minn żmien għal żmien, il-Fondazzjoni torganizza open-day b'xejn għall-Maltin u tiaħ ukoll il-bibien tal-istess Kon Katidral fin-Notte Bianca, fejn fi kliem il-Monsinjur, dan ikun l-aktar sit li jżur il- pubbliku. "Il-ħsieb tal-Fondazzjoni huwa li tifrex il- ħidma tagħha mhux biss fuq restawr imma anke fuq l-edukazzjoni. Għandha l-ħsieb li tiaħ ċentru ta' edukazzjoni għat-tfal, fejn l-istudenti jkunu jistgħu jżuru l-Kon Katidral u jkun hemm attivitajiet għalihom biex japprezzaw id-dettalji li fih," kompla jisħaq il- Monsinjur. "Qed naħdmu fuq dan il-proġett. Irridu nibdew mit-tfal biex minn età żgħira jibdew japprezzaw dan il-monument." 'Il-pandemija kienet daqqa ta' ħarta għall- Fondazzjoni' Tkellimna wkoll dwar l-impatt tal- pandemija fuq il-Fondazzjoni. Fil-fatt, Monsinjur Agius spjega mal-gazzetta ILLUM li f 'sena normali, mingħajr pandemija, kienu qed iżuru lill-Kon Katidral ta' San Ġwann man-nofs miljun persuna fis-sena. "Kienet daqqa ta' ħarta kbira għax id-dħul iġġenerat mit-turisti jintuża għar-restawr tal- Kon Katidral," kompla l-Monsinjur. Fakkar kif kien hemm proġetti li saru wkoll parzjalment bl-għajnuna ta' Fondi Ewropej, iżda ħafna mill-proġetti l-kbar ġew iffinanzjati mid-dħul iġġenerat mit-turisti. 'Dan huwa post li lilna l-Maltin jagħtina identità' Komplejna nitkellmu dwar l-importanza ta' dan is-sit fil-qalba tal-kapitali. Il-President tal-Fondazzjoni insista li dan mhuwiex biss monument barokk uniku imma fl-aħħar mill-aħħar jimmarka l-identità tan-nazzjon. "Il-manutenzjoni, ir-restawr u l-konservazzjoni sostenibbli ta' dan il- monument ewlieni ta' patrimonju nazzjonali, jappella għall-poplu Malti u Għawdxi kollu," kompla jisħaq. "Dan huwa post li lilna l-Maltin jagħtina identità." Fakkar li anke fis-snin bikrija tiegħu, fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann, kien igawdi minn stima kbira fl-oqsma soċjali u amministrattivi tal-Kavallieri, anke bħala l-Knisja Konventwali tagħhom li kienet tirrappreżenta l-ethos reliġjuż u politiku tal- Ordni. "Illum dan il-bini straordinarju li Malta wirtet għadu monument eċċezzjonali li jiġbor lil Maltin għal avvenimenti nazzjonali speċjali," kompla jisħaq. "Il-Maltin kollha kburin b'dan il-Kon Katidral li huwa attrazzjoni ewlenija ta' kull viżitatur iżda huwa wkoll simbolu li jirrappreżenta l-wirt 'Il-ġenerazzjonijiet futuri għad ikunu grati għal min kellu l-viżjoni u l-ħila jirrestawra l-Kon Katidral ta' San Ġwann' Il-gazzetta ILLUM tiċċelebra l-20 anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni għall-Kon Katidral ta' San Ġwann

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021