Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 kultura illum • IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 kulturali u reliġjuż ta' pajjiżna." 'L-arazzi ... valur kbir li forsi mhux daqshekk konxji tiegħu' Wieħed jimmaġina li kull biċċa xogħol li tiġi rrestawrata toffri sodisfazzjon lill- Fondazzjoni iżda l-ILLUM tistaqsi lil Monsinjur Agius jekk hemmx xi xogħlijiet partikolari li l-Fondazzjoni ta' San Ġwann hija kburija wisq bihom. Beda jisħaq li n-numru ta' proġetti li ħadmet fuqhom il-Fondazzjoni huwa wieħed "impressjonanti" iżda insista li hemm tliet proġetti kbar li huma kburin ħafna bihom. L-ewwel u qabel kollox semma r-restawr tal-arazzi ammingi, maħduma mill-ħarir u s-suf fuq disinn ta' Peter Paul Rubens u li fl-okkażjonijiet il-kbar kienu jżejnu lill-Kon Katidral ta' San Ġwann. "Dan huwa sett uniku," saħaq Monsinjur Agius. Spjega kif it tal-ġimgħat ilu kellu l-okkażjoni li jżur ir-restawr tal-aħħar ħames arazzi, liema restawr qed isir minn ditta rinomata De Wit f 'Michelen fil-Belġju. "Meta tisma' dan l-espert tar-restawr u l-konservazzjoni jgħidlek li s-sett tal-arazzi ta' Malta, huwa uniku fid-dinja bħala ġabra ta' 29 biċċa, dik turik x'valur kbir għandna u li forsi mhux daqshekk konxji tiegħu," insista l-Monsinjur. Il-Kripta tal-Gran Mastri terġa' tieħu n-nifs It-tieni proġett kbir li semma huwa r-restawr tal-Kripta tal-Gran Mastri. Minħabba ħafna umdità u nuqqas ta' ventilazzjoni din kienet fi stat ħażin ħafna fejn l-affreski bdew jaqgħu u anke l-monumenti bdew jitmermru. Fil-fatt, apparti r-restawr li dam diversi snin, infetħu l-kanali oriġinali li kienu saru biex tgħaddi l-arja u l-ventilazzjoni. Dawn kienu ntradmu meta saret l-estensjoni tal- presbiterju (id-dawra tal-artal) wara r-riformi tal-Konċilju ta' Trentu. Fl-aħħar nett semma r-restawr tal-Oratorju u l-opri tal-arti li jinkludi u li dwaru tkellimna aktar qabel. 'Is-sala tal-arazzi għandha toħloq sensazzjoni ta' stgħaġib' Bħalissa l-Fondazzjoni għaddejja bi proġett ieħor kbir, jiġifieri l-estenzjoni tal-Mużew li se jkun jinkludi wkoll sala apposta fejn l-arazzi se jkunu jistgħu jitgawdew mill-ġdid. Monsinjur Agius spjega kif l-ewwel parti, li bdiet din is-sena, kienet tinkludi t-tisħiħ tal-pedamenti. Fil-fatt, il-bitħa li wieħed jara minn Triq Merkanti kienet il-barriera li minnha nqata' l-ġebel biex inbena l-Kon Katidral u li aktar tard saret ċimiterju tal- Kavallieri. Għalhekk bħalissa qed jissaħħu l-arkati biex fuqhom titla' s-sala tal-arazzi. "Se tkun sala partikolari. Lanqas tieqa ma jista' jkun hemm biex nippreservawhom. Se titla' minn garigor fin-nofs biex imbagħad issib ruħek imdawwar b'din id-dehra sabiħa li għandha toħloq sensazzjoni ta' stgħaġib u ammirazzjoni," spjega. "Nittamaw li fl-2023 dan jiġi inawgurat." Apparti minn hekk se tiġi rrestawrata l-kripta ta' Bartolott li fiha se jkunu eżebiti l-artefatti tal-fidda li għandu l-Kon Katidral u li ma nsterqux mill-Franċiżi u anke sala fejn se jiġu eżebiti paramenti sagri, fosthom dawk li kienu ikkummissjonati fi żmien il-Gran Mastru Pinto. Sala oħra se tkun qed tilqa' fiha l-Cappella Ardente, rrestawrata wkoll fl-aħħar snin. Din hija struttura kbira tal-injam li kienet tintrama fil-Kon Katidral meta jmut il-Gran Mastru u aktar tard kienet tintrama wkoll fil-mewt tal- Papiet jew ir-Rejiet fi żmien l-Ingliżi. Biss biss kienet tinkludi 280 kandelabru. F'kamra oħra, se jkunu eżebiti l-kotba korali (parċmini kbar magħquda f 'kotba bin-noti ta' kant liturġiku) li kien ġab miegħu l-ewwel Gran Mastru ta' Malta Philippe Villiers de l'Isle Adam fl-1530. 'Proġett kontinwu ... qatt ma int lest' Lilhinn mill-Mużew, l-ILLUM staqsiet lil Monsinjur Agius dwar proġetti oħra li l-Fondazzjoni qed tħares lejhom għall-futur. Fakkar mill-ġdid fiċ-ċentru ta' edukazzjoni għall-istudenti iżda insista li l-Fondazzjoni tibqa' ffukata fuq ir-restawr u l-konservazzjoni kontinwa tal-Kon Katidral u dak kollu li jiġbor fih. "Il-ġenerazzjonijiet futuri għad ikunu tabilħaqq grati lejn dawk li fi żmienna kellhom il-viżjoni, l-istamina u l-ħila biex jirrestawraw il-Kon Katidral ta' San Ġwann għall-glorja oriġinali tiegħu bħala wieħed mill-ien eżempji ta' arti barokka għat- tgawdija tal-umanità kollha," temm jgħid il- Monsinjur. Il-President tal-Fondazzjoni, Mons. Emmanuel Mifsud L-Oratorju tal-Kon Katidral ta' San Ġwann irrestawrat u mixgħul b'sistema ġdida ta' dawl Il-pittura ta' San Ġlormu, kapolavur ta' Caravaggio, fis- sala l-ġdida apposta għaliha Dehra ġenerali tal-Kon Katidral fl-aqwa tiegħu Dettall ta' wieħed mill-monumenti tal-Gran Mastri fin-navati tal-Kon Katidral

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021