Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Għal min ma qarax il-ktieb Film suppost tarah sħiħ mill-bidu sal-aħħar, kif inhi d-drawwa f 'bosta swali Ewropej. Imma l-intermezz tradizzjonali tas-swali l-kbar f 'Malta jaf iservi għal għanjiet siewja, anki aktar mill-popcorn u l-mawra sal-kamra tal-banju. Mument fejn tista' wkoll tiddiskutih il-film, kif sejjer u huwiex jintgħoġob, u kif jista'jmur, jiżviluppa, saħansitra jistax jaqbad u jsir aħjar. Kurjuż dan ir-ritwal: ifakkarni fl- espressjoni a game of two halves, meta logħba futbol jkollha żewġ taqsimiet b'andament għal kollox differenti minn xulxin. Imma fil-każ ta' film, hija diskussjoni dwar prodott ġa lest, kontra l-partita li għad trid tiġi konkluża, u kull tbassir jew tama huma essenzjalment akkademiċi. Jista' jkun ukoll li l-addattament ċinematografiku ta' Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi (The Viper's Pit) jarah differenti minn ikun qara l-ktieb ta' Vella Gera. Sikwit naslu għall-ġudizzju li l-film kien aħjar mill-ktieb jew viċi-versa, l-aktar meta wieħed ikun għoġobna u l-ieħor jiddiżappuntana jew ma jilħaqx dak li nkunu stennejna. Taf tkun logħba daqsxejn antipatika wkoll, din il-qabża minn ġeneru għal ieħor, bi problematiki differenti skont id-direzzjoni. Fil-każ tal-film dirett minn Martin Bonnici u skriptjat minn Teodor Reljić, dan il- ħondoq mimli perikli tista' tgħid ingħeleb sew, minkejja żelqiet li xorta waħda jinfdew b'kif jiżviluppa l-film fit-tieni nofs tiegħu. L-intermezz kien pawża meħtieġa. Jaf dnibt bix- xettiċiżmu li bosta minnha jkollna quddiem prodott Malti, speċjalment fil-films u anki bil- piż pubbliċitarju li Sriep ġarr miegħu. Inizjattiva li rat in-nisel tagħha bis-saħħa tal-Kunsill Nazzjonali tal-ktieb, imħatra mirbuħa li rat il-potenzjal immens għat-traduzzjoni għal fuq il-liżar ta' xogħlijiet letterarji ta' valur u anki ta' importanza kulturali nazzjonali. Kif ukoll, is-seħer tiegħi bir- rumanz ta' Vella Gera u l-kurżità li mort biha biex nara kif ġiet affrontata l-istorja. Din l-istennija x'aktarx ġabitli l-waqtiet tal-ħlewwa ta' qalb jien u nara l-ewwel parti, fejn imbagħad iddiskutejt fejn seta' jmur il-film waqt il-waqfa qasira. Jaf kien hemm diversi mumenti, forsi għax influwenzat mill-ktieb, li ġiegħluni niddubita setgħetx tingħeleb l-isfida, sa mill-ewwel kitba li tidher fuq l-iskrin li tissuġġerixxi li Malta għaddiet minn taqlib politiku apparentement kostanti bejn l-Indipendenza u t-Tmeninijiet. Falza stikka, u speċjalment fid-dawl tal-ħila straordinarja ta' Vella Gera li kien kapaċi joħloq analiżi ta'profondità rari dwar it- traġitt politiku Malti kif imsejjes mill-konfront bejn il-klassijiet. Klassijiet li wkoll huma mistħarrġa lil hinn mid- dikotomija għajjiena tal-upstairs downstairs, u li tintroduċi, għal darb 'oħra wieħed mill- waqtiet rari fil-kitba Maltija, il- kunċett ta' borgeżija partikolari, speċifikament kelliema tal- Ingliż, Nazzjonalista u sinjura. Imma hawnhekk ħarġet il-ħila ta' Reljić, li tingħaraf malli jitla' s-siparju. L-addattament tar-rumanz ma jimxix man-nisġa tal-ktieb, anki fil-każ tal-ambjentazzjoni temporali li titressaq tikka 'l quddiem bl-introduzzjoni ta' Joseph Muscat bħala l-fulkru essenzjali għal eġemonija kulturali li ġġib anki lill- kuntrattur — li stagħna minn meta kien għadu bennej u attivist Nazzjonalist 'fi żmien il- Labour' — jaqleb mir-Rothmans Blue għall-ħomor. Dettall ċinematografiku ċkejken u intelliġenti, u li huwa l-quċċata ta' waħda mill-ħjut ideoloġiċi tal-ġrajja. Imma l-akbar sfida tar- rumanz ta' Vella Gera hija dik lingwistika, mhux biss f 'sens narratoloġiku, imma wkoll għall-fatt li kien kapaċi jirriproduċi l-patois. Maltingliż bħala l-lingwa ewlenija u l-konkretizzazzjoni tal-forma mentis ta'klassi li qajla ġiet studjata daqs kemm ġie studjat ftit li xejn id-djalett tagħha. Trid tkun wieħed minnhom biex tifhimhom sal-qiegħ nett. Jew inkella tkun għamiltha magħhom b'intensità. Vella Gera jaf x'qed ngħid, u ż-żelqiet tal- film jidhru l-aktar fil-mod kif ġie riprodott dan il-fenomenu, li nominalment jissejjaħ tal- pepè, iżda li huwa tikketta li faċilment tista' tkun riduttiva. Tant hu hekk li attur wieħed biss irnexxielu jkun kredibbli f 'din l-interpretazzjoni, u hawnhekk il-ħlewwa ta'qalb li ħassejt kienet waħda tajba, għax intlaqat il- likk. Min-naħa l-oħra, bosta karattri tgerbu fit-t u t-th, ħaġa li taf tissewwa meta produzzjoni jkollha wisq aktar finanzi u tkun tista' timpjega kowċ tad-djalett, nagħtu kas; mument ieħor bħal dan kien il-karattru tal-omm tal-familja pepè, li l-karikatura potenzjalment effettiva tagħha bħala mara superfiċjali u ta'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021