Illum previous editions

ILLUM 22 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1403837

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' AWWISSU 2021 Joe Biden irrikonoxxa li din laħqet saret "l-itwal gwerra għall-Istati Uniti". Madwar 72,000 persuna tilfu ħajjithom fil-gwerra fl-Afganistan F'dan il-perjodu, jingħad li l-ispiża tal-gwerra fl-Afganistan laħqet ta' lanqas triljun dollaru, ammont mħallas b'dejn u allura piż li għad irid jinfeda mill- ġenerazzjonijiet futuri. F'dan iż- żmien, intilfu wkoll bosta ħajjiet: Aktar minn 65,000 Afgan mietu jiġġieldu għal pajjiżhom; madwar 6,000 Amerikan u aktar minn 1,000 suldat ieħor tan-NATO. L-opinjoni pubblika Amerikana u l-midja kienu favur l-irtirar mill-Afganistan, kif rajna mistqarr kemm il-darba tul il-kampanja presidenzjali Amerikana tas-sena li għaddiet. Iżda issa l-mod kif ġie esegwit l-irtirar qanqal tant tħassib u anke għadab għal dak li qed jiġi kkunsidrat bħala l-falliment tal- politika Amerikana. Hemm wkoll sens qawwi ta' tradiment fost dawk n-nies fl-Afganistan li appoġġjaw l-intervent Amerikan kontra t-Talibani għaliex dawn ħajjithom tinsab f 'periklu kbir. Huma dawn fost l-ewwel li qeghdin jitolbu li jiġu evakwati u li jingħataw kenn. Kien għalhekk li ħarġet stqarrija konġunta bejn 60 pajjiż b'appell biex dawn jingħataw iċ-ċans jitilqu mill-Afganistan flimkien mal- barranin li għad fadal. Minkejja assikurazzjonijiet mit-Talibani li se j i n g ħ a t a w 'amnest ija' f i l - G r e ċ j a u pajjiżi oħra Ewropej bdew jaslu refuġjati Afgani jitolbu kenn mill- Ewropa, li issa hija magħdura sewwa bil-pandemija, u hemm biża' ta' kriżi bħall-eżodu tar- refuġjati Sirjani it tas-snin ilu. Il-President Biden ddikjara li l-Amerikani kkonkludew il- missjoni tagħhom hemmhekk dakinhar li nstab u nqatel Bin Ladin u ddgħajjfet l-Al Qaeda. Id-dikjarazzjoni skjetta tal- President li l-Amerikani ma daħlux l-Afganistan biex jibnu n-nazzjon (ezerċizzju ta' nation-building) bħal donnu imminat it-tmexxija Amerikana li fil-politika barranija tagħhom jitkellmu dwar il-valuri demokratiċi u l-morali tad-drittijiet tal-bniedem, li jikkostitwixxu dak li jissejjaħ 'so power'. Wara l-erba' snin ta' Donald Trump u l-mod goff kif kien jitkellem, id-dinja stenniet aħjar mill-amministrazzjoni l-ġdida. Iżda donnu Biden issa irrinforza perċezzjoni li l-Amerikani kapaċi jesplojtaw lill-komunitajiet lokali għall-interessi tagħhom, imma ma jaħsbuhiex darbtejn biex jitilquhom għal riħhom, bħall-erbgħa f 'nofs il-gimgħa, kif ġralhom ukoll il- Kurdi tas-Sirja taħt Trump. Ġara hekk ukoll fl-Iraq kemm taħt il- President George H.W. Bush u fl-amministrazzjoni Nixon. Dan is-sens ta' tradiment jista' jimpatta fuq il-livell ta' kollaborazzjoni li jistghu isibu f 'kunflitti li jinqalgħu fil-gejjieni. It-taħdidiet li wasslu għall-irtirata tal-Amerikani mill-Afganistan kienu bdew taħt il-President Trump fil-kapitali tal-Qatar, Doha u l-ehim sar fi Frar 2020. Trump għaraf li t-truppi Amerikani ma jistgħux jirtiraw mill-Afganistan jekk it-Talibani ma jkunux fuq il- mejda tat-taħdidiet. Iżda f 'dawn it-taħdidiet il-Gvern ta' Kabul ma kellux sehem. L-Amerikani jingħad li għamlu żewg kundizzjonijiet ewlenin: L-ewwel riedu garanzija ta' 'safe exit', it-tieni li t-Talibani ma jħallux it-territorji taħt il-kontroll tagħhom jerggħu jsiru bejta tat- terroriżmu internazzjonali. It- Talibani riedu rikkonoxximent u waqfien mill-ġlied. Ftit tama li t-Talibani tal-lum huma differenti minn dawk ta' qabel Filwaqt li fit-taħdidiet ta' Doha, it-Talibani kienu rappreżentati minn persuni ta' xeħta moderata, internazzjonalment u anke fl- Afganistan stess s'issa m'hemmx wisq tama li t-Talibani tal- lum huma wisq aqwa minn ta' ġenerazzjoni ilu. Fuq il-midja, r-ritratti u filmati tat-Talibani armati sa snienhom waqt il-patrols fit-toroq ta' Kabul, qanqlu il-biża' minflok sens ta' sigurtà. L-istess ir-rapporti ta' tfittxijiet li saru fid- djar privati. Saħansitra l-Gvern Amerikan donnu ma tantx jidher fiduċjuż li se jkun hemm stabbilità politika u ekonomika meta ħabbar li ġew iffriżati $9.5 biljun f 'assi tal- Bank Ċentrali Afgan fl-Istati Uniti. Hemm wkoll biża' li r-ritorn tat- Talibani jkun ta' ispirazzjoni għall- gruppi fundamentalisiti Jiħadisti fid-dinja, b'mod speċifiku hemm thassib li jirxoxta l-Istat Iżlamiku (Isis). Ir-Russja, li tqis l-irtirar Amerikan bħala falliment tal-politika tal- Punent, se tkun b'sebgħa għajnejn li t-theddida tal-islamiżmu ma tersaqx qrib lejn il-fruntieri tagħha. Fl-istess ħin ir-Russja u ċ-Ċina se jkunu fuq quddiem biex jimlew il-vakum li nħoloq mill- pajjiżi tal-Punent. Dawn iż-żewġ qawwiet kbar għandhom interess li l-Ażja Ċentrali ma tisfax aktar distabilizzata minn pajjizi li jmissu mal-Afganistan. Perezempju, jinkwetaw dwar ir-rwol tal-Pakistan u l-Iran. L-irtirar Amerikan gie deskritt bħala 't-tmiem tal-iskjavitù mill-Prim Ministru tal-Pakistan Imran Khan, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera Afgana, L-Iran feraħ b'dak li ddeskriva bħala "l-falliment militari Amerikan fir- reġjun u opportunità għas-sigurtà u l-paċi" - sigurtà kif jaqbel lill-Iran. Biden fetaħ it-tieqa għaċ-Ċina! Jidher car li taħt il-President Biden l-interessi ġeo-politiċi ta' Washington qegħdin jinbidlu. B'mod persistenti l-President Biden, bħal ta' qablu, qed jitfa' l-attenzjoni tal-politika barranija Amerikana fuq sforzi biex titrażżan iċ-Ċina. Biden jgħid ċar u tond li ċ-Ċiniżi "ma jridux koeżistenza f 'sistema globali, iżda jfittxu d-dominanza." Iżda bl- irtirar aktarx bikri u inizjalment diżorganizzat mill-Afganistan, Biden aktarx li ħalla opportunita' għaċ-Ċina biex tuża t-tattiċi magħrufa tagħha, jiġifieri toffri 'għajnuna' għar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp biex b'hekk tikseb mhux biss influwenza akbar fl- Ażja Ċentrali iżda anke aċċess għal minerali rari Afgani li jiswew triljuni ta' dollari. Mhux eskluż li l-Gvern ta' Beijing jagħti rikonoxximent lill-Gvern tat- Talibani. Mhux eskluż lanqas li ċ-Ċina teżerċita' l-influwenza tagħha fil-Ġnus Magħquda, sabiex timbotta l-wiċċ kurrenti tat-Talibani biex jiġu riabilitati u minn organizzazzjoni terroristika jsiru Gvern leġittimu, għalkemm din ċertament ma tkunx triq lixxa mingħajr qbil mal-Amerikani. Ħafna ħaduha kontra l-President Biden għal mod kif l-Istati Uniti rtirat mill-pajjiż L-akbar biża' hija li eluf ta' nisa u tfal bniet se jkollhom id-drittijiet tagħhom mkasbra! Ftit hemm tama li t-Talibani huma differenti llum, minn dawk li kienu fil-passat!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 August 2021