Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. mal-ħaddiem u favur l-abort: Is-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew illi l-Parlament Ewropew jaċċerta illi jkun hemm aċċess għall-vaċċin f 'pajjiżi foqra u li dożi li ma jkunux meħtieġa jingħataw lil dawn il-pajjiżi. Is-Soċjalisti u l-abort! Din interessanti għalina għax f 'Malta l-abort għadu llegali f 'kull ċirkostanza! Fl- 2015 ħafna mill-MEPs Soċjalisti iffirmaw id-dikjarazzjoni 'All of us' dwar drittijiet li jitrattaw l-abort. L-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi hija favur l-abort, fil-fatt fuq is-sit tal-partit jingħad illi s-saħħa sesswali u riproduttiva "huma drittijiet u priorità." Ifakkru li dan jinkludi l-edukazzjoni sesswali, tqala mhux mixtieqa, aċċess għall-abort, trattament għall-mard sesswali u vjolenza sesswali. Fil-fatt is-Soċjalisti jfakkru illi f 'żewġ pajjiżi membri (Malta u l-Polonja) l-abort għadu illegali. Jisħaq illi d-dritt tal-mara "li tiddeċiedi fuq ġisimha hija fundamentali u għandha tkun parti mid-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem." L-S&D jgħid li trid illi s-saħħa sesswali u riproduttiva tal-mara jkunu parti mill- istrateġija tal-UE għas-saħħa pubblika. Is-Soċjalisti u t-taxxa! Din tinteressana ħafna lilna għaliex Malta hija waħda minn dawk il-pajjiżi li qed jippruvaw jżommu rata ta' taxxa iktar baxxa għall-kumpaniji - li wassal biex ħafna kumpaniji li ma joperawx Malta fetħu uffiċċju hawnhekk biex waqt li jibqgħu joperaw f 'pajjiż ieħor iħallsu bir- rata ta' taxxa ta' Malta - jiġifieri bil-wisq inqas! Is-Soċjalisti huma kontra dan u jgħidu ċar illi huma se jkomplu l-"ġlieda" biex ir-rata ta' taxxa globali tkun ta' 21%. Jgħidu wkoll li "hemm bżonn jiġi applikat il-prinċipju li "t-taxxi huma mħallsin fejn isiru l-profitti" li jfisser illi Malta titlef miljuni kbar fi dħul jekk dan iseħħ. Biex inkunu ġusti mal-istampa kollha, il- Ministru tal-Finanzi Malti Clyde Caruana, f 'kummenti ma' din il-gazzetta kien indika li jista' jkun illi Malta jkollha tilħaq xi forma ta' kompromess fuq din il-kwistjoni, speċjalment wara li tilfet lir-Renju Unit mill-UE - alleat kruċjali f 'din il-kwistjoni. Is-Soċjalisti u l-faqar! Ma jistax jonqos li moviment politiku xellugi jitfa' ħafna mill-ħarsa tiegħu fuq il-faqar! Kampanja partikolari li mexxew is-Soċjalisti hija dik sabiex jinqata' l-faqar relatat mal-enerġija (dawl, ilma, gass etc..). F'din il-kampanja l-partit tas-Soċjalisti qed jipproponi li ma jkunx hemm aktar twaqqif ta' servizzi lil dawk iċ-ċittadini li ma jkunux jistgħu jħallsu l-kont speċjalment f 'perjodi kruċjali ta' kesħa jew sħana kbira. Qed jisħqu li għandu jkun hemm tariffi soċjali għal dawk bi dħul baxx u għal vulnerabbli u limitu strett fuq taxxi u ħlasijiet minn dawk il-familji li qed isibuha diffiċli li jħallsu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom. X'iqisu li huma l-kisbiet tagħhom? L-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi tfakkar li hi kienet fuq quddiem kontra miżuri ta' awsterità fi kriżijiet "u kontra l-isqra li riedu jkeċċu lil Ateni miż-żona ewro ... aħna konna fuq in-naħa tal-poplu," isostni l-partit fl-elenku tal-kisbiet tiegħu fuq is-sit tiegħu. L-S&D jgħid li grazzi għal dan il- moviment politiku twaqqfu kumitati li jinvestigaw il-Panama Papers u l-LuxLeaks, filwaqt li jfakkru li grazzi għal dan il-partit saret ir-reviżjoni tad-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus, li tgħin biex tipprevjeni mill-evażjoni tat-taxxa. Filwaqt li fakkru li huma minn ta' quddiem fil-ġlieda għall-ugwaljanza, jisħqu illi waħda mill-kisbiet hija l-ġlieda kontra l-estremiżmu fl-UE u fakkru kif il-grupp politiku kien fuq ta' quddiem biex jimbutta passi kontra l-Gvernijiet tal-Polonja u l-Ungerija, fost oħrajn. Min imexxi dan il-grupp? Hija social worker, membru tal- Partit Soċjalista Spanjol u ilha Membru Parlamentari Ewropew sa mill-2004. Il- President tas-Soċjalisti hija Iratxe García Pérez. Il-President tal-S&D Iratxe García Pérez

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021