Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 kultura illum • IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 "Ikolli nammetti li fil-fond inħossni xi it Taljan u li kieku mmur ngħix hemm żgur ma nħossnix ħuta barra mill-ilma. It- Taljani huma poplu storbjuż bħalna, iħobbu jiċċelebraw il-festi, jiġġennu fuq il-football u l-politka. Allura mmur ngħix hemm, forsi fil-belt sabiħa ta' Matera li fl-opinjoni tieghi hi waħda mill-isbaħ postijiet fid-dinja. Min jaf forsi xi darba nemigra!" 'Post li żort għal ftit jiem biss li għoġobni ħafna kien Vjenna' - Antonella Axisa, attriċi Antonella Axisa ilha li serqet qlub il- Maltin, mill-karrattri reali li interpretat fuq drammi popolari bħal 'Għada jisbaħ ukoll' għal karrattri eċċentriċi fuq il-palk, lil Axisa bilfors issir tħobbha. Ta min ifakkar li din l-attriċi ħadet sehem ukoll f 'produzzjonijiet barranin u taf titkellem numru ta' lingwi bħat-Taljan, Franċiż u xi it Spanjol fost l-oħrajn. Fil- fatt il-gazzetta staqsietha l-istess mistoqsija u hi wieġbet li hi persuna li tħobb tiskopri kulturi ġodda, li għandha sens ta' avventura u għaldaqstant diġà għexet f 'bosta pajjiżi u bliet differenti. Iżda jekk ikollha tagħżel pajjiż jew belt waħda, din l-attriċi tagħżel Vjenna u r-raġuni hi pjuttost interessanti "Vjenna rajt li l-kwalità tal-ħajja hija għolja, għandhom bosta spazji miuħa, siġar u parks, mużewijiet tal-arti sbieħ, jagħtu attenzjoni kbira għall-ambjent, prezzijiet mhux għaljin, nies li jidhru kuntenti u jgħinu lil xulxin, belt sigura, trasport pubbliku tajjeb u arkitettura inkredibbli." Diġà jgħix l-Ingilterra iżda għaliex? - Steve Hili, Kummidjant Il-kelma 'kummidjant' fil-Malti jaf nagħtuha interpretazzjoni negattiva xi drabi, imma din probabli ġejja mill-fatt li mhux ħafna irnexxew f 'din il-linja tax- xogħol la darba baqgħu f 'din il-gżira ċkejkna u d-definizzjoni tagħha baqgħet dik li hi. Steve Hili pero' vera kummidjant. Minn preżentatur fuq l-XFM għal preżentazzjonijiet u kitbiet tiegħu fuq BBC RADIO u Sky, Hili għamel kważi naqra minn kollox. Madankollu jekk ifettilek tnissel din il- kelma fid-dinja tad-divertiment f 'Malta, żġur mhux forsi se jitfaċċa isem Steve Hili fil-lista u bir-raġun! Dan pero' ma jfissirx li jitfaċċa ismu għax jgħix Malta, anzi totalment l-oppost. Ejja ngħidu li forsi f 'Malta Hili ma saddadx. Fuq kollox hu jiddeskrivi lilu nnifsu bħala "l-ambjentalist sexy" u biex inkunu għidna kollox ir- reputazzjoni tal-ambjent f 'Malta bħalissa mhux xi waħda brillanti. Allura l-mistoqsija għal Steve Hili kienet daqsxejn differenti, fi kliem iktar diplomatiku, l-gazzetta staqsitu għaliex dabbart lejn Londra? Hili tana tlett raġunijiet sempliċi li m'għandhom bżonn l-ebda kumment. "Nista nkompli bil-karriera tiegħi hawn, fir-Renju Unit. Għandi aċċess għall-ikel tajjeb ta' kull kultura u pajjiż bi prezz irħis u fuq kollox nista nixtri il-Crème Eggs tal- Cadbury is-sena kollha" 'Nagħżel l-Ingilterra … minħabba r-wrestling' - Germain Zammit, Wrestler Steve Hili ma kienx l-unika persuna li għażel li jgħix l-Ingilterra. Fuq raġunijiet pjuttost simili iżda setturi totalment opposti nsibu lil Germain Zammit magħruf aħjar mal-fanatiċi tar-wrestling bħala Jack Quinn. Zammit għażel l-Ingilterra bħala l-pajjiż biex jgħix fih. Forsi iktar minħabba l-karriera minflok ix-xenarju, kultura u l-ikel, iżda wieħed irid jiem li biex wieħed jippratika wrestling f 'Malta irid iħallas prezz għoli. Wrestler f 'Malta li jixtieq jagħmel xi tip ta' gwadann minn dan l-isport bilfors ikollu jippakja l-bagalja u jitlaq il-barra minn xtutna. "Fl-Ingliterra hemm ħafna kumpaniji tar-wrestling li jagħmlu avvenimenti spiss u li jwasslu għal numru ta' opportunitajiet. Kieku mmur f 'belt fit-tramuntana tal- pajjiż għal raġuni sempliċi li diġà għamilt xi kuntatti u ħbieb f 'dawk in-naħat' Dan il-ġuvni ilu jipprattika l-isport tar- wrestling għal diversi snin u qiegħed fir- roster ewlieni ta' Pro Wrestling Malta. Issa qiegħed ukoll jgħallem l-istudenti li jibdew ma' din l-akkademja. Jack Quinn jew il- magician ta' PWM għamel id-debut tiegħu xi snin ilu fl-ingilterra u tela' hemmekk għal numru ta' avvenimenti matul is-snin. 'Kieku kelli ngħix f 'pajjiż ieħor nagħżel l-irlanda' - Yanica Camilleri, Tik Toker u attriċi Wiċċ ieħor sinonimu maż-żgħażagħ b'mod speċjali dawk li jagħmlu użu minn Tik Tok. L-attriċi u Tik toker Yanica Camilleri saret famuża fuq din il- pjattaforma għaż-żifniet ħelwin tagħha, it- tbissima li tħollok u l-abbiltajiet impekkabli tagħha fl-irtokk. Għal mistoqsija tal-gazzetta hi wieġbet l-Irlanda. Camilleri qalet li apparti li tħobb il-kultura, l-Irlandiżi fil-fehma tagħha huma nies dħulin ħafna li japprezzaw l-kultura tagħhom u li huma kburin b'pajjiżhom. Imma l-iktar li tammira hija l-kulur ħadrani tal-kampanja famuża madwar il- pajjiż u l-arja friska Irlandiża.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021