Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 kotba IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jagħli għax jisbaħ Wieħed mill-ħafna sħarijiet tal-kotba hu li xi drabi jiġu għandek huma, donnhom ikunu reqdin tul xitwa li ma titkejjilx bl-istaġuni sakemm jinbtu meta jidhrilhom il- waqt. Minn fuq it-turrun fuq il-komodina, moqrija nofshom jew le, spuntali fil-linja tal-ħars lubiena mill-bieb 'il ġewwa, u rnexxieli naqrah għat-tieni darba, u did-darba sew u aħjar, wara ħolma kerha li tqajmek fnofs ta' lejl u ma tħallikx terġa' mqar tongħos. Ħolma minn dawk fejn jaf tiltaqa' mal- persunaġġi tagħha malli tirfes l-għatba ta' barra, tad-demm u l-laħam daqskemm kienu meta moħħok tellagħhomlok, min jaf minn liema qigħan, biex iħarbatlek lejl u jiaħlek għajnejk għad-dlam ta' kamartek. Il-ġabra ta' Loranne Vella, akkumpanjata mill-fotografija ta' Zvezdan Reljic, sid l-Ede Books, hija kollha ambjentata f 'sensiela ta' kmamar li jieħdu l-ħajja malli l-bieb jinstabat wara l-parata ta' karattri solitarji, li tista' anki tistħajjilhom kollha jgħixu fl- istess binja ta' appartamenti mingħajr qatt ma jmissu ma' xulxin. Anki jekk għandhom lil xi ħadd jgħix magħhom fil-kmamar ta' ħajjithom, dawn qegħdin dejjem fl-isfond, kważi żieda fastidjuża, u kull nukleu possibbli jiddiżintegra fl-iżgħar partiċelli individwali. Il-bniedem waħdu, minkejja kollox, kundizzjoni kożmika universali li Vella timmira dritt lejha. F'intervista riċenti, il-mużiċista Michael Azzopardi tkellem dwar il- kwalità tal-arti Maltija qed tikber għax l-artisti qed iħallu lilhom infushom isiru aktar vulnerabbli. L-individwi bla isem ta' Vella huma fil-fatt imneżżgħa minn kull armatura, jew aħjar, joħorġu ta' dak li huma wara li jirtiraw mill-jum pubbliku li għaddew minnu biex jerġgħu lura għall- fatati privati jħufu fi djarhom. Tant hu hekk li l-ktieb jiaħ bi kronaka ta' jum bħall-oħrajn, ir-rutina mqaxxra minn kull xinxilla sa ma ssir biss sensiela ta' verbi, azzjonijiet mekkaniċi u ta' essenzjalità bażika li jġiegħlu l-leħen tar-rakkont jistaqsi jekk huwiex sempliċement "Dawra sħiħa mal-arloġġ/li ttenni ruħha minn jum għal jum?". Il-verbi ta' kuljum tiaħ din is-sensiela ta' kwadretti li tintemm mill-bieb 'il barra, għeluq apparentement rebbieħ li jistieden għall-kuraġġ fil-ħajja u għall-awgurju tar-rebħ, minkejja li t-ton kollu tal-ġabra jidher mgħobbi b'piż li jxaqleb aktar lejn il-potenzjal ta' ripetizzjoni eterna, ma tintemm qatt ħlief bil- mewt, ta' ċiklu ta' ħajja mgħejxa fuq barra, maħsuba u maħsusa fuq ġewwa, u li tħalli lill- bniedem waħdu, kif beda. Kważi kważi, jinħass bħala tmiem ironiku, minkejja li b'rieda biex il-ħajja tingħex u tkompli tiġi kkumbattuta, għax kull mument ta' riflessjoni mill-bieb 'il ġewwa tista' tgħoddu ħmar il-lejl luċidu. Huwa l-ħolma kerha tal-passat mhux solvut u tad-diżappunti, imma wkoll ta' solitudni soċjali tant mifruxa imma tant moħbija, u li almenu fid-deher tinsatar taħt il-patina tan-normalità mekkanika ta' jum wara jum. Hija solitudni li hija l-protagonista ewlenija tal- vinjetti ta' Vella, attiva għax mgħejxa u nnegozjata, u mhux solitudni patetika jew li tippresta ruħha għall- awtokommiżerazzjoni. Il- vulnerabbiltà tal-karattri hija wkoll il-vulnerabbiltà tal-awtriċi, li l-lingwa tagħha hija mneżżgħa minn kull pretensjoni jew artifizju. Lil hinn minn kull klixè patronizzanti, bħalissa nara li huma l-kittieba nisa li jeċċellaw f 'dan it-tpittir tal-għera tar-ruħ, fi traġitt li storikament donnu jibda mill-frankezza ta' xi Maria Grech Ganado jew Doreen Micallef u jasal sa żmienna b'esponenti minn Clare Azzopardi sa Nadia Mifsud, Elizabeth Grech, Leanne Ellul, biex insemmu it mill-bosta. Hijiex il-famuża intuwizzjoni femminili, il-ġenetika jew il- gender, jew inkella mument ġenerazzjonali fertili, Vella tingħaqad ma' sħabha f 'analiżi li taħfen minnufih l-essenzjalità tal-qagħda umana u ssarraa f 'poetiċità immedjatament riżonanti. Dan isir ukoll permezz tat- tħaddim tal-lingwa, f 'dan il-każ il-fenomenu ta' Malti li jqarraq bis-sempliċità apparenti, u li l-idejn it-tajba kapaċi jisfruttaw

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021