Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 Mark Vella jerġa' jaqrah sew mill-bieb il ġewwa ta' Loranne Vella (Ede Books, 2019, €15), imqajjem mill- fantażmi li jiġġerrew fl-imħuħ u l-erwieħ tal-karattri bla isem f'din is-sensiela ta' kwadretti li jsawru nisġa emottiva u psikoloġika, bi ftuħ imqanqal u tmiem miftuħ u potenzjali il-potenzjalitajiet tiegħu. Lingwa anċestrali ssir moderna minnufih bl-użu, fil-fatt, tal-verbi ta' kuljum, li jitwieldu minn għeruq eqdem minnhom, u dizzjunarju apparentement limitat jirnexxilu jiddeskrivi n-nevrożi, ir-ritwali, u l-logħob immaġinarju tal-moħħ u r-ruħ, minkejja l-preskrizzjoni inizjali tas-sekwenza ma tinbidel qatt ta' tlieta jew erba' konsonanti. Min-naħa l-oħra, il-it diskors dirett li tuża Vella, li fil-biċċa l-kbira huma aktarx monologi, jinqdew tajjeb ukoll mill-użu strateġiku u mkejjel tal- kollokjaliżmu u l-espressjonijiet ta' kuljum, antiki u tista' tgħid eterni wkoll, miġjuba lilna tul l-użu intimu tal-ġenerazzjonijiet ta' qabilna. Is-solitudini tal-karattri ta' Vella hija wkoll waħda kontemporanja, lilhinn mill- ħamrija psikoloġika universali tagħha. Is-solitudni tal- atomizzazzjoni, li għandha wkoll dimensjoni soċjali, imwielda fl- ibliet iżda li tivvjaġġa sal-ibgħad irkejjen. Brussell, fejn hi bbażata Vella, jerġa' jfeġġ fil-letteratura Maltija, bħala komponent wisq inqas politiku minn kif jidher fi Stagno jew Vella Gera, imma bħala l-lok fejn, biex ngħiduha bħal Nikol Biancardi, "sa mill- imbiegħed 1934, bħal xmajjar ġo baħar wieħed jintefgħu l-problemi taċ-ċiviltà moderna." Fuq pjan aktar immedjat, anki personali, imbagħad, Vella ddeffes is-solitudini Maltija konkreta, tal-espatrijat x'aktarx maħrub u qed ifittex ħajja ġdida, u li qed jinnegozja identità u preżenza soċjali f 'dinja ġdida fejn l-anonimat huwa iktar ir- regola milli l-eċċezzjoni. In- nifs liberatorju tal-belt miuħa jġib miegħu wkoll l-għeluq fl- appartamenti ċkejkna tal-ħsieb, ir-riflessjoni li tissogra ssir ossessiva, il-uħ li jittrasforma lilu nnifsu farba temporanja mill- uħux li jittormentawna. Din il-proża tal-iżolament fiha, minkejja kull ironija traġika, il-mumenti liberatorji tagħha. Fosthom, ir-riżorsa tal-għaġeb tal-bniedem li jissielet biex ħajtu jagħmilha hu, kontra kull gwaj li jiġi quddiemu. Il-kriżijiet huma kotrana, imma daqstant huma s-saħħiet li ntellgħu min jaf minn fejn biex negħlbuhom. L-ansjetà, anki fil-forom kontemporanji tagħha, fejn issir kundizzjoni mifruxa daqs riħ imbukkat malli jaqleb it-temp, għandha ġo fiha ż-żerriegħa għall-fejqan u l-irxuxtar, bħal fil-każ tal-leħen ta' baħħ, li jaħlef li mhux se jitlaq minn fejn qiegħed, minkejja kollox, imma li jhedded, x'aktarx lil xi xorta ta' interlokutur intern, donnu mera tiegħu nnifsu, li xi darba jaf għandu mnejn jgħib. Fejn il-lejl imħarbat u għarqan tal-ħolmiet u l-ħsibijiet mhux mixtieqa, xorta waħda jintrebaħ mid-dawl u jagħtik l-opportunità tibda mill-ġdid, daqslikieku ma ġara xejn. Nagħlu għax jisbaħ, imma s-sebħ wisq aħjar mid-dlam. Forsi l-ħajja dik kull ma hi, ħolma kerha kontinwa li nqumu minnha kuljum.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021