Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 • illum kummerċjali Fil-jiem li ġejjin, il-Franġiskani f 'Malta se jkunu qed jiħu l-bibien tagħhom għal nies li jinsabu fil-bżonn u li qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja. Il-proġett il-ġdid tas- soup kitchen, li huwa l-idea ta' Fr. Marcellino Micallef OFM, sar possibbli permezz tal-appoġġ finanzjarju tal-Awtorità tal- Ippjanar u l-ħafna voluntiera li qed jiddedikaw il-ħin tagħhom. Refettorju antik mibni fl-1575 u li jifforma parti mill-kunvent tal- Franġiskani ngħata ħajja ġdida u issa se jservi biex jilqa' u joffri it serħan għal nies li qed 'ibatu fis- skiet'. Minbarra li joffri lil dawn in-nies ikla ta' kuljum u bżonnijiet fiżiċi oħra, il-post se jipprovdi wkoll lil dawn il-persuni b'appoġġ u kura, speċjalment għal dawk li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali, filwaqt li jgħinhom fil- vjaġġ spiritwali tagħhom. Il-proġett, li rċieva għotja finanzjarja ta' € 303,000 mill-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF) tal-PA ġie żvelat mill-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar Dr. Aaron Farrugia fil-preżenza taċ-Chairperson tal-Fond għall-Ippjanar tal- Iżvilupp, Perit Vincent Cassar, Fr Marcellino u s-Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta s-Sur Alfred Zammit. Fr Marcellino qal "dan il- 'Soup kitchen' tagħti tama u dinjità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021