Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 27

25 kummerċjali illum • Il-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 proġett ilu meħtieġ. Ma nistgħux naffordjaw li nagħlqu għajnejna għal tant persuni li jibqgħu jiġu jħabbtu l-bibien tal-kunvent tagħna għax iħossuhom bla saħħa. Aħna rridu nagħtu lura d-dinjità u tama fil-ħajja ta' dawn in-nies mhux biss billi nipprovdulhom ikel b'xejn, imma se noffrulhom servizzi ta' konsulenza biex ngħinuhom jerġgħu jintegraw fis- soċjetà u jkollhom il-ħiliet biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti flimkien mal-familji tagħhom." Fr Marcellino kkonkluda li "diġà bdejna naħdmu fuq proġett ġdid li se jikkumplimenta l-kunċett tas-soup kitchen. Dan l-aħħar akkwistajna propjetà fil-viċinanza li se sservi bħala kenn għal billejl." Għalkemm il-bini kien f 'kundizzjoni strutturali tajba, madankollu, kienu meħtieġa xogħlijiet estensivi ta' restawr fuq il-ħitan u l-art sabiex il-post ikun sigur għal-pubbliku. Ix-xogħlijiet inkludew ukoll it-twaqqif tas-sala ewlenija bħala żona tal-ikel, żona tal-kċina għall-preparazzjoni tal- ikel, uffiċċju żgħir, ħażna, kamra tal-ħasil żgħira u faċilitajiet ta' konvenjenza pubblika. Meta tidħol fis-Soup Kitchen minn Triq Ursula, tintlaqa' minnufih b'skultura tal-artist Għawdxi Vince Caruana. It-tiira sempliċi iżda impressjonanti tfakkar it-traġedja minsija u sfortunata li ġrat f 'dan l-istess post kważi 200 sena ilu. Il-jum fatali seħħ fi żmien ta' faqar u ġuħ, fil-11 ta' Frar 1823, fi żmien il-Karnival, meta 110 tfal mietu kawża t'imblokk u numru kbir ta'nies. L-inċident seħħ meta xi adulti mill-folla li kienet qed titlaq miċ-ċelebrazzjonijiet tal-karnival, ħawdu l-grupp ta' tfal li kienu qed jidħlu fil-kunvent sabiex jirċievu it ħobż b'xejn. Ħafna mit-tfal kienu jgħixu fil-Belt Valletta jew fiż-żona tal-Kottonera. Perit Vincent Cassar, Chairperson tad-DPF qal "Dan huwa proġett nobbli billi mhux biss qed nagħtu fondi biex nippreservaw bini storiku imma grazzi għal Fr Marcellino u l-Ordni Franġiskan, qed noffru dinjità u ambjent sigur għal nies foqra u bla dar." Dan il-proġett ikompli juri l-impenn tal- Awtorità li tappoġġja proġetti tal- komunità li jfittxu li jtejbu l-ħajja soċjali u komunitarja tar-residenti fi kwalunkwe lokalità partikolari." Il-Fond għall-Iżvilupp tal- Ippjanar jirċievi finanzjament minn diversi sorsi; bit-tariffi tal- parkeġġ fit-toroq ikunu l-aktar sinifikanti fosthom. Qligħ mill- ippjanar ukoll jifforma porzjon tal-fond, fejn żviluppatur ta' proġett kbir jintalab jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall- inkonvenjent ikkawżat fil-lokalità fejn iseħħ l-iżvilupp. Barra min hekk, il-fond jinkludi ukoll proporzjon tad-dħul iġġenerat mill-applikazzjonijiet għar- regolarizzazzjoni tal-iżvilupp. Il-kontribuzzjoni hija allokata għal-lokalità fejn ingħata l-permess għall-iżvilupp, biex tintuża fuq proġetti li jtejbu l-faċilitajiet u ż-żoni miuħa fi ħdan il-komunità. Għal aktar informazzjoni żur www.pa.org.mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021