Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 • illum 'L-inkjesta ilha xahar li ġiet ippubblikata u l-Gvern għadu ma għamel xejn' - PN "L-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia ilha xahar li ġiet ippubblikata u l-Gvern għadu m'għamel xejn biex jibda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Bord tal-Imħallfin." Hekk sostniet fi stqarrija Emma Portelli Bonnici Koordinatriċi tal- kampanja tal-Partit Nazzjonalista #QattAktar. Hi qalet li dan mhuwiex sorpriża għax - skont hi - min saħħaħ il- kultura tax-xejn mhu xejn " ma jistax ikun is-soluzzjoni biex Malta tikseb lura r-reputazzjoni tajba u jkun hawn serħan il-moħħ għal kulħadd." Hija akkużat lill-eks Deputat Mexxej Laburista u l-avukat Joe Brincat illi qed jintuża mill-Partit Laburista biex jipprova jimmina din l-inkjesta Fl-istqarrija hija qalet li l-PN qed jerġa jsostni li l-pajjiż kollu jrid jara li l-Istat Malti jieħu t-triq it- tajba biex ifiq minn dan il-kapitlu ikrah fl-istorja ta' Malta. "Il-Partit Nazzjonalista hu determinat li jwettaq il-bidliet meħtieġa biex jiżgura li l-għajb li sar ma jerġa jseħħ qatt iktar." Il-grupp ta' ħidma diġa kellu numru ta' sessjonijiet u qed jiltaqa' ma' stakeholders differenti. L-għan primarju tal-grupp #QattAktar huwa t-tħaris tas-saltna tad-dritt, it- tisħiħ tad-dritt għall-informazzjoni u xandir pubbliku u l-protezzjoni tal-ġurnalisti. "Il-Partit Nazzjonalista se jibqa' jara li mhux biss issir ġustizzja fil- każ Daphne Caruana Galizia iżda jimpenja ruħu li jkun fuq quddiem biex issir il-bidla li hemm bżonn biex il-Maltin jerġgħu iħossuhom iktar kburin b'pajjiżna," itemm tgħid l-istqarrija. It-trasport, il-karozzi elettriċi u l-klima… L-ADPD b'erba' proposti ġodda MARIANNA CALLEJA L-ADPD ippubblikaw erba' poroposti b'segwenza tal- Masterplan dwar it-transport maħruġ mill-Gvern stess. L-ewwel porposta hi "tibdil fit-toroq biex isiru aktar sikuri, inkluż pedestrijanizzazzjoni, low- emission zones, u toroq 'people friendly'." L-ADPD jgħidu li din il-proposta ġiet motivata mill- fatt li "s'issa kull spazju possibbli ingħata lill-vetturi u modi differenti ta' trasport qed jiġu relegati għal ġnub." Id f 'id ma' din il-proposta tiġi din, "rotot sikuri għar-roti tul it-toroq prinċipali kollha, u prijorità għar-roti, roti elettriċi u scooters fit-toroq tal- bliet u l-irħula." L-aħħar żewġ proposti jikkonċernaw it-transport pubbliku u dawn jinkludu, sistema ta' Bus Rapid Transit, b'kareġġjati riservati biss għal tal- linja u trasport pubbliku b'xejn għal kulħadd u b'mod immedjat. ADPD fakkru li l-Masterplan dwar it-Trasport jgħid li 50% tal- vjaġġi huma ta' inqas minn 15-il minuta. Skont huma dan jagħmel il-proposti tagħhom iktar vijabbli. L-istess partit sostna li l-partiti l-kbar mhux qegħdin jgħidulna l-istampa kollha fejn jidħol il- qasam tat-trasport, l-elettriku u l-bidla fil-klima. "Wara d-dokument "Towards Cleaner Vehicles on Our Roads" li ħareġ f 'Ġunju li għadda, issa ħareġ dokument ieħor dwar 'Charging Points' għal vetturi elettriċi, "National Policy for Electric Vehicle Public Charging Infrastructure". Bħad-dokument ta' qablu dan id-dokument il-ġdid ma jagħti l-ebda soluzzjonijiet tanġibbli, iżda jagħmel ħafna mistoqsijiet li għalihom il-Gvern jidher li m'għandux tweġibiet." Is-Segretarju Ġenerali tal- ADPD, Ralph Cassar saħaq li proċess ta' konsultazzjoni serju jfisser li l-Gvern jipproponi xenarji differenti u pjan, u ssir diskussjoni fuqu iżda minflok "il-Gvern reġa' qiegħed jinjora l-aspetti l-aktar importanti tal- mobilità sostenibbli." Min-naħa tiegħu ic- Chairperson tal-Partit tal-Ħodor, Carmel Cacopardo żied jgħid li l-fatt li l-Gvern qed jippjana għall-elettrifikazzjoni tal-flotta tal-vetturi għandu jwassal biex il- Gvern immedjatament jiddikjara moratorju immedjat fuq il-bini ta' pompi tal-petrol ġodda. Hu temm jgħid li minkejja li rridu naħdmu fuq karozzi tal-elettriku xorta waħda rridu naħsbu huwa d-dħul sostanzjali mis-sisa fuq il-petrol u d-diesel. Dan hu dħul important li se jispicca. "Fl-estimi għas-sena 2021 hu stmat li jlaħħaq €154 miljun. Il- Gvern għandu jkollu l-kuraġġ jgħidilna minn liema sorsi bi ħsiebu jdaħħal dawn il-flus li huma essenzjali biex isostni s-servizzi tiegħu. Xi żmien ilu l-Gvern kien qal li konsulenti mill- PwC ħejjew rapport dwar l-impatt tal-bidla minn vetturi li jużaw il- fossil fuels għal dawk elettriċi fuq id-dħul tal-Gvern. Dan ir-rapport għandu jiġi ppublikat. Kif jista' jgħid li qed issir konsultazzjoni meta fuq punti hekk importanti l-Gvern jibqa' sieket?" Il-partit tal-ADPD joħroġ erba' proposti mmotivati mill-Masterplan tat- Transport maħruġ mill-Gvern stess

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021