Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 PREMJU BUONAMICO 2021 Sejħa għal nominazzjonijiet L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fetħet sejħa għal nominazzjonijiet għall-Premju Buonamico 2021. Dan il-Premju jirrikonoxxi dawk li bl- azzjonijiet u bil-kisbiet egħu/tagħha bbenefikaw il-bijodiversità u l-ambjent. Jekk taf b'xi persuna jew en tà li ħaqqu/ha li jiġi/ ġi rikonoxxut/a b'dan il- Premju, nis ednuk biex nnominah/ha għall-premju ta' din is-sena. Għal aktar informazzjoni fuq dan il-Premju u kif sso ome nominazzjoni, ċempel fuq 2292 3500 jew żur era.org.mt Is-so omissjonijiet jintlaqgħu sal-5 ta' Se embru 2021. 'Ma jidhirx li l-lukandi huma vojta ... imma għadna ħafna 'l bogħod minn normalità' Ħafna Maltin qed joħorġu u jonfqu - biżżejjed tara ristoranti u lukandi mimlijin daqs bajda fi tmiem il-ġimgħa. Imma bin-numru ta' turisti 'il bogħod sew minn dak li s-soltu jkollna f'Awwissu, il-lukandi u r-ristoranti għadhom ferm 'il bogħod minn normalità fin-negozju... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Iem kieku l-benchmark li kellna nużaw f 'termini ta' xogħol kien li dawk fis-settur turistiku la jagħmlu telf imma lanqas profitt (break even), ngħidlek mhux ħażin ix-xogħol u ma jidhirx li l-kmamar tal-lukandi huma vojta. Imma għadna 'l bogħod ħafna u ħafna minn normalità fit-turiżmu." Hekk sostna ma' din il- gazzetta l-Kap Eżekuttiv tal- Assoċjazzjoni Maltija tal- Lukandi u R i s t o r a n t i ( M H R A ) A n d r e w Agius Muscat f 'kummenti mal- gazzetta ILLUM dwar il-qagħda tat-turiżmu dan is-sajf hekk kif l-istaġun suppost jinsab fl- aqwa tiegħu. Huwa qal li bħalissa ħafna operaturi qed jaraw kif ir-rota se tibqa' ddur, aktar minn kollox, għalkemm sostna li kull lukandier jaf jgħidlek storja differenti. 'Lukandi b'isem internazzjonali jimtlew malajr...boutique hotels fil-belt qed ibatu' Agius Muscat qal illi lukandi b'isem internazzjonali bħall-Hilton, l-Intercontinental, il-Westin u anke l-Corinthia, ġeneralment ikunu l-aktar li jimtlew malajr minħabba l-isem, pero' qal ukoll li anke f 'dan il-każ hemm differenzi, bħal per eżempju skont fejn tkun il-lukanda. Huwa kkonferma li boutique hotels fil-Belt Valletta qed ibatu u it saħasnitra għalqu tant ma kellhomx xogħol, filwaqt li sostna li boutique hotels f 'lokalitajiet li mhumiex tradizzjonalment tat- turisti batew ħafna aktar. "Ma ninsewx li aħna f 'Awwissu ninsabu, suppost Malta mifqugħa bin-nies bħalissa," jirrimarka Agius Muscat. 'Ma narax li rkuprajna wisq minn dak mitluf meta nbiddlu l-protokolli' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Agius Muscat jekk iħossx li l-lukandiera irkupraw mill- kanċellamenti li seħħew meta Malta bidlet il-protokolli biex turist ikun jista' jidħol pajjiżna u l-Gvern iddeċieda li persuni vvaċċinati biss jistgħu jidħlu fil-pajjjż - meta sa qabel stajt tidħol anke b'Test PCR. Huwa qal li għalkemm l-MHRA ma jkollhiex in-numri minn dak li qed jara ma jħossx li kien hemm dan l-irkupru u jfakkar illi filli l-lukandiera kienu qed jagħmlu ċerti previżjonijiet u "filli dawn il-previżjonijiet waqgħu." Jerġa' jfakkar iżda li mhux kulħadd jinsab fl-istess ilma. "Jekk qed nitkellmu ristoranti, għandek dawk li huma ffrekwentati l-aktar mill-Maltin li xi it jew wisq dawwru r-rota, imma dawk li jiddependu mit-turisti batew - mhux billi taralhom in-nies," sostna Agius Muscat. Huwa qal li hemm ħafna fatturi li wieħed irid jikkunsidra, apparti kemm ikun mimli ristorant f 'ħin partikolari: Ifakkar li hemm kemm ir-ristorant għandu nies ikkumparat mal- potenzjal fid-dawl ta' restrizzjonijiet u miżuri ta' Covid-19, il- konsistenza u anke t-tqassim tal- klijentela. Dwar tal-aħħar jispjega: "Tajjeb li Awwissu huwa pożittiv f 'termini ta' xogħol, imma Ottubru u Novembru, x'se jiġri?" 'It-turiżmu mill-Maltin żdied imma hemm ukoll kawtela fl- infieq' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Agius Muscat x'impatt kellu t-turiżmu tal-Maltin fuq il-lukandi u r-ristoranti sa issa dan is-sajf. Huwa jgħid illi meta tikkumpara mal-2020 dan żdied, fis-sens li aktar nies marru f 'lukandi u ristoranti mis-sena l-oħra. Dan probabilment huwa minħabba ħafna inqas biża', sens ħafna iktar ottimista u rata għolja ħafna ta' vaċċinazzjoni fost il-poplu Malti. Qal iżda illi kellu min qallu illi kien hemm it iktar sens ta' kawtela fl-infieq, fis-sens li xi nies qabżu b'inqas l-ammont li nefqu f 'vochers mis-sena l-oħra. Ifakkar mill-ġdid li dan huwa sentiment ta' wħud minn dawk li kellmuh. "U ma ninsewx li dan kollu li qed ngħidu huwa fl-ambitu tal- assistenza mill-Gvern permezz tal- Wage Supplement." Hawnhekk il-gazzetta twaqqfu u tistaqsih jekk hu jaqbilx li din tiġi estiża mill-ġdid, b'Agius Muscat jgħid li l-MHRA tiem illi din l-għajnuna ma tistax tibqa' sejra għal dejjem u li n-negozju maħluq biex jopera waħdu, mhux bl- assistenza. "Issa meta ġiet il-pandemija kellna bżonn l-għajnuna u allaħares ma waslitx din l-għajnuna għax kien ikollna diżastru," jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA, li jfaħħar lill- Gvern Malti u jgħid li l-għajnuna li ta lill-industrija tikkumpara tajjeb ħafna ma' dak li għamlu Gvernijiet Ewropej. "Jiena ngħidlek lanqas il-Prim Ministru innifsu ma jaf eżatt meta se tieqaf il-Wage Supplement, anke jekk indikaw l-aħħar tas-sena. Jiena nemmen li għandna nistennew u naraw minn hemm." 'In-nuqqas ta' ħaddiema hija kwistjoni importanti ħafna' Finalment Agius Muscat jagħmel referenza għar-realtà - li dwarha wkoll irrappurtat diġà din il- gazzetta - ta' nuqqas ta' ħaddiema fis-settur. "Din hija kwistjoni importanti ħafna - anke issa li m'għandniex ħafna turisti qed inħossu l-pressjoni, aħseb u ara jekk ikollna d-domanda tas-soltu." Huwa spjega kif din l-isfida hija bħal sikkina taqta' miż-żewġ naħat, fis-sens li jekk (meta) il- Gvern iwaqqaf il-Wage Supplement in-negozji jridu jagħmlu tajjeb għal din l-ispiża addizzjonali billi jkollhom aktar turisti u allura aktar qligħ. Aktar turisti iżda - kif inhuma l-affarijiet sa issa - ifisser li n-negozji ma jkunux jistgħu jlaħħqu minħabba li ma għandhomx ħaddiema biżżejjed. Huwa qal li l-proposta tal-MHRA hija li jitħaffu ċerti protokolli għal ħaddiema minn pajjiżi barra l-UE hekk kif ifakkar li ħafna ħaddiema Taljani jew Spanjoli mhux se jiġu hawn jekk id-differenzi fil-pagi f 'dan il-qasam "huma minimi." Andrew Agius Muscat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021