Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 'Ma ngħaddux lin-nies minn għajn il-labra li għax issir marina Wied il-Għajn se jieħu r-ruħ' Id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef jinsisti li ma għandhiex tingħata l-impressjoni li marina se tqajjem l-attività ekonomika f'Wied il-Għajn filwaqt li jgħid li dan il-proġett la ġej mill-Partit Laburista u lanqas mill-Prim Ministru... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Ejja ma nippruvaw ngħaddu lil ħadd minn għajn il-labra li għax issir marina massiċċa, Wied il-Għajn se jieħu r-ruħ." Hekk sostna mal-gazzetta ILLUM id-Deputat Laburista u kandidat tal-PL fuq it-Tielet Distrett Jean Claude Micallef li ħareġ qatta bla ħabel kontra proposta ta' marina f 'Wied il-Għajn - kif għamlu diversi residenti u anke l-Kunsill Lokali tal-istess lokalità. Huwa qal ukoll illi dan il-proġett "la ġej mill-Partit Laburista u lanqas mill-Prim Ministru." Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM jispjega hux qed jgħid li l-Prim Ministru huwa kontra dan il- proġett, hu ma weġibx b'mod dirett u jfakkar biss li l-PM jgħix Wied il-Għajn, fejn huwa kandidat hu, u li hu dejjem mexa' "kull pass parlamentari ma' Robert Abela u hekk se nibqa' nagħmel!" Sa issa l-PM Abela għadu ma esprimiex ruħu dwar dan il- proġett li attira kritika qawwija, vot kontra kważi unanimu fil- Kunsill Lokali u protesta nhar il- Ġimgħa filgħaxija minn diversi residenti flimkien ma' għadqiet ambjentali u l-Moviment Graffitti. 'Ma rridx li Wied il-Għajn jiġi fgat' Mingħajr wisq tidwir mal- lewża Micallef sostna illi huwa kontra li Wied il-Għajn "jiġi fgat" daqs kemm jgħid li huwa kontra "wkoll kull min għadu jifga' ġenerazzjonijiet sħaħ li jikbru ma' Marsaskala Waterpolo billi ittieħdet il-pixxina u proġett li kellu jitwettaq sentejn ilu għadu ma mmaterjalizzax." Huwa kien qed jirreferi għall- proġett tal-Waterpolo li kien imwiegħed li ser isir meta l-grupp Sadeen ħadu biċċa art kbira fil- Ponta taż-Żonqor biex fuqha tinbena parti mill-Università Amerikana ta' Malta - proġett li baqa' qatt ma beda hekk kif il- popolazzjoni studenteska baqgħet waħda baxxa mmens. Micallef insista li hu jweġġa meta jara dawk li jsejjaħ "interessi ulterjuri" li jgħid illi "jiżbqu l-vera interess li tagħmel lil Marsaskala hub ekonomiku u turistiku. "Bħal bqija tal-kunsilliera li weġġgħu meta minn wara darahom ġie maħluq sottokumitat għar- riġenerazzjoni ta' Wied il-Għajn, bl-istess mod weġgajt meta lejlet Santa Marija tfaċċaw dokumenti (dwar il-marina) oxxeni minn wara dahar kulħadd." Hu saħaq li huwa l-obbligu tiegħu li jitkellem f 'isem dawk li eleġġewh, "għax huwa dritt tiegħi li ma nħalli lil ħadd jagħmel bżieq fuq imneħirna." 'Mhux se niġġieled ma' Ian Borg, qed niġġieled għan-nies ta' Wied il-Għajn' Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Micallef jekk il-Prim Ministru kellmux dwar il-pożizzjoni li ħa, anke fid-dawl tal-fatt li l-Ministru Ian Borg jidher li ħa pożizzjoni pjuttost favorevoli għal dan il-proġett. Innutat ukoll li l-Ministru Borg, probabbilment ma ħax wisq pjaċir bi kliemu. Huwa jwieġeb mill-ewwel illi hu mhux se jiġġieled ma' Ian Borg, "imma qed niġġieled għan-nies ta' Marsaskala." Huwa jsemmi kif sena u nofs ilu, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk, sidien ta' ristoranti u kooperattivi tas-sajjieda ressaq pjan biex f 'Marsaxlokk jinbena breakwater ta' 340 metru li apparti li jipproteġi x-xatt u l-bċejjeċ tal-baħar, "joħloq kemm marina u anke bajja ġdida imma xorta jżomm il- karatteristiċi tradizzjonali tal- irmiġġ." Fuq nota differenti jfakkar li huwa ppropona wkoll lill- Ministru Borg u anke lill- Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia biex ikun hemm rikonoxximent ta' min jipprattika d-delizzju tal- Caravans u l-Camping. "Ġibt rispett il-pożizzjoni tat-tnejn li huma u ħallejt f 'idejhom u l-entitajiet responsabbli minnhom biex iwettqu minflok ma ressaqt private members bill," sostna Micallef mal-ILLUM. Lura fuq marina proposta minn Transport Malta huwa saħaq illi tmur "kontra l-loġika li wieħed jippersisti" favur tagħha kif inhi. Huwa jisħaq li ma jifhimx għaliex l-awtoritajiet għandhom jimxu b'mod differenti fuq il- marina ta' Wied il-Għajn - li jfakkar illi l-Kunsill kontriha - minn dak li ppropona hu f 'Marsaxlokk, fejn il-Kunsill huwa favur! "Qed infhemek il-loġika tal-azzjonijiet tiegħi u nerfa' responsabbiltà tagħhom - bħal kull pass li għamilt - għaliex sakemm indum fil-politika nibqa' nġib priorità l-interess tan-nies li nirrappreżenta." Għal mistoqsija ta' din il- gazzetta jekk jaħsibx li din il- pożizzjoni se tnaffar lill-PL jew votanti tiegħu minnu huwa qal li hu jifforma parti minn partit "li jagħraf jagħżel l-aqwa kandidati għal kull distrett biex ikunu vuċi soda għal dak li jemmnu u jwettqu politika ta' ġid ... dak li qed nagħmel u l-votanti ta' Wied il-Għajn u 'l bqija tad-distrett jitkellmu ċar, bil-vot fl-elezzjoni ġenerali li jmiss," temm jisħaq id- Deputat Laburista Jean Claude Micallef ma' din il-gazzetta. Jean Claude Micallef Kif il-marina proposta se tokkupa prattikament il-bajja kollha ta' Wied il- Għajn, jekk issir Il-protesta ta' nhar il-Ġimgħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021