Illum previous editions

ILLUM 29 August 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1405697

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 29 TA' AWWISSU 2021 • illum 'Għas-soċjetà intom importanti ... u fejn inqasnikhom, aħfrulna' Il-kwotazzjoni fit-titlu huwa kliem fuq poster li jixtiequ illi jitwaħħal fil-ħabs, ma' diversi oħrajn, Peppi Azzopardi u Andrew Azzopardi. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn 100 proposta għall-Ħabs ta' dawn iż-żewġ kritiċi ħarxa tas-sistema... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Dan l-aħħar smajna ħafna dwar il-Ħabs u x'inhu għaddej u x'mhux - fost l-aktar voċiferi, speċjalment fil-konfront tad- Direttur tal-Ħabs hemm id-Dekan Andrew Azzopardi u x-xandar u ġurnalist Peppi Azzopardi. Dawn it-tnejn iżda marru pass oltrè mill-kritika u ppreżentaw 100 proposta li ħafna minnhom ċertament li se jġibulhom iċ-ċapċip u l-approvazzjoni ta' bosta iżda minn naħa l-oħra hemm proposti oħrajn li ħafna se jaraw bħala eseġerati jew li jmorru kontra dak li jemmnu huma illi għandu jkun ħabs (jew Faċilità Korrettiva - minkejja li hemm dubjii sejri kemm dak ta' Malta jew ta' ħafna pajjiżi oħrajn qed joffri korrezzjoni!). Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn dan id-dokument u it mill-aktar proposti interessanti u li jistgħu jqajmu kontroversja fih, filwaqt li għaddiet kummentarju qasir taħt kull proposta magħmula minn Peppi u Andrew! Bagalja ħwejjeġ, benefiċċji, debit card ... malli joħorġu mill-Ħabs! Bla flus la tgħannaq u lanqas tbus! U jekk toħroġ mill-Ħabs u la jkollok xogħol, la jkollok flus u lanqas biex tħallas kera l-probabbilità hija li terġa' tispiċċa Kordin! F'dan l-ambitu Peppi u Andrew qed jipproponu li eżatt kif joħroġ mill-Ħabs, kull priġunier għandu jkollu impjieg li jsibulu l-Gvern. Iktar minn hekk iżda huma qed jipproponu li immedjatament kif joħorġu jingħataw garanzija ta' sitt xhur f 'benefiċċji. Għandhom ikollhom debit card, liċenzja tas-sewqan u "bagalja bi ħwejjeġ għal kull staġun u kull okkażjoni - ġodda amanti u li jixtruhom mal-uffiċjali online biex jagħżluhom huma." Kumment: Din proposta li żgur li se tqajjem ħafna kontroversja u ħafna żgur li mhux se jaqblu. "U mela ma tridx inħallsulhom weekend-break ukoll hux?" se jkun hemm min jgħid. Tagħmel sens iżda li meta priġunier joħroġ mill-ħabs - jekk mhux jingħata bagalja ħwejjeġ u xogħol garantit mill- ewwel, imqar sistema fejn persuna li ma jkollhiex għajnuna mingħand qraba u ħbieb, ssibha mill-ewwel f 'diversi forom, inkluż, kif qed jipproponu Peppi u Andrew permezz ta' benefiċċju li jista' jingħata sakemm dak il-priġunier isib xogħol. Jekk irridu nevitaw li dak il-priġunier jerġa' jidħol il-ħabs! in separator + pic ikel Ikel ħniżrija u mandra! L-ikel salmura tal-ġisem, ngħidu bil- Malti. Sakemm l-ikel ma jkunx "mandra" u "ħniżrija" kif qed jisħqu li hu Peppi u Andrew fil-Ħabs. Huma għamlu diversi mistoqsijiet dwar l-ikel u talbu li ssir inkjesta dwar dan għax huwa "fundamentali għas- saħħa fiżika u psikoloġika." Kumment: Ħadd m'għandu jippretendi l-akbar pranzi imma jekk huwa vera li l-ikel huwa kif qed jgħidu li hu Peppi u Andrew, għandha titjieb il-kwalità jew jinbidel min qed iforni dan l-istess ikel! Ombudsman għall-Ħabs! Peppi u Andrew qed jipproponu illi tinħoloq il-kariga ta' Ombudsman għall- Ħabs u Probation li jkollu l-għan li janalizza ilmenti u jinvestiga allegazzjonijiet ta' moħqrija, l-imwiet u jinvestiga suwiċidji jew attentati ta' suwiċidji f 'din il-binja. Kumment: Kieku l-affarijiet qed isiru sew, kieku ma jkunx hemm bżonn din il-kariga! Iżda bbażat fuq il-ħidma tal-Uffiċċju tal- Ombudsman f 'diversi sferi tal-ħajja u kif tratta eluf ta' ilmenti diġà, wieħed jista' jasal għall-konklużjoni li din l-istituzzjoni għamlet differenza u ħalliet impatt. Għalhekk proposta ta' dan it-tip tagħmel ħafna sens, anke għax taqla' l-abbilitajiet investigattivi minn idejn persuni li forsi mhux dejjem se jkollhom l-interess tal- verità - għal idejn entità awtonoma mit- tmexxija tal-ħabs. TV, mini-fridge, internet u aktar għal kull priġunier! Peppi u Andrew qed jipproponu li jkun hemm ugwaljanza fil-ħabs f 'diversi proposti li qed jagħmlu. Fosthom fuq ix-xogħol fil-ħabs stess. Peppi u Andrew jgħidu li għandha ssir sistema ta' job rotation għal kulħadd, li jkun xogħol fil-ħabs u barra "għal kull priġunier", li dan ix-xogħol "ikun ikkumpensat sew" u li kulħadd jingħata l-opportunità, "mhux kif jiddeċiedi id-Direttur Kurunell mingħajr kriterji u proċeduri." Interessanti wkoll li Peppi u Andrew qed jipproponu li kull priġunier ikollu televiżjoni, radju, mini fridge, logħob elettroniku u użu ta' internet "mhux min għandu kollox u min ma għandu xejn." Kumment: Mill-ġdid se jkun hemm min jakkuża lil Peppi u lil Andrew illi dawn iridu li l-ħabs jagħmluh lukanda! "Ma jridux xi jacuzzi wkoll hux?" ikun kumment tipiku taħt din il-proposta. Il-problema huwa l-aħħar kumment tagħhom! Jekk huwa vera li hemm min għandu dawn l-affarijiet kollha u hemm min xejn, huwa ħażin ħafna! Toħloq inugwaljanza, stress u aktar tensjoni - f 'post fejn ma hemmx dubju li l-istress u t-tensjoni mhumiex nieqsa! Il-bini jagħlaq u jsir mużew - u jsir ħabs ximkien ieħor! Peppi u Andrew qed jipproponu li l-binja tal-ħabs eżistenti tagħlaq kollha u ssir mużew - huma jgħidu simili għal Auschwitz - "biex iħammrilna wiċċna". Huma qed jipproponu li tinbena faċilità f 'post ieħor, biċ-ċelel ikunu "moderni b'veduti", arja tajba, aktar spazju u bil- kumditajiet kollha "kif hemm f 'pajjiżi ċivilizzati fejn ir-reċidiviżmu mhuwiex m'ogħla s-sema'." Andrew Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 August 2021