Illum previous editions

Illum 05 September 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1407668

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 05 TA' SETTEMBRU 2021 Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. aċċenn fuq l-immigrazzjoni u l-għeruq Ewropej! t-taxxi fuq l-impjieg sabiex ikun stimultat it-tkabbir ekonomiku u l-investiment! L-EPP u l-effetti Covid-19! Fl-1 ta' Frar 2021 il-Partit Popolari Ewropew ressaq Position Paper 'e Future of Europe: Lessons to be learned from the Corona crisis' li fiha għamel diversi proposti dwar oqsma differenti li ġew affetwati mill- pandemija. Fost il-prioritajiet elenkati f 'dan ir-rapport l-EPP jgħid li hemm bżonn jittieħed kont tal-fatt li ħafna mill-frontliners kienu nisa matul il-pandemja, li bħala konsegwenza diretta tal-pandemija kien hemm dewmien jew problemi f 'servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi. Dan filwaqt li l-aċċess għal kontraċettivi, abort legali u l-IVF kien aktar diffiċli. Il-partit ifakkar ukoll li s-sistemi tas- saħħa huma differenti fi Stati Membri u li dawn id-differenzi jistgħu jaffetwaw persuni vulnerabbli għax iwasslu biex ikunu aktar milqutin minn oħrajn. Għalhekk l-EPP qed jipproponi li jkun hemm rappreżentanza ugwali tan-nisa fil-bordijiet u kumitati kollha li jitrattaw il-Covid-19 - hekk kif ifakkru li il- maġġoranza tal-frontliners kienu nisa. Isejjaħ lill-Istati Membri biex jirrealizzaw li l-aċċess għal servizzi tas-saħħa, vaċċin u aċċess għal servizzi sesswali u riproduttivi huwa dritt fundamentali tal-bniedem għal kulħadd, tkun xi tkun l-età u l-ġeneru. L-EPP kien saħaq f 'dan ir-rapport favur miżuri li jgħinu setturi milqutin mill- Covid-19 fejn hemm ħafna ħaddiema li huma nisa, indirizz effettiv ta' differenzi fil-pagi skont il-ġeneru u qed jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tkompli b'moniteraġġ mill-qrib tad-Direttiva li titratta l-bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, fejn jirtratta ġenituri u carers. L-EPP u l-bidla fil-klima! Dan l-aħħar il-bidla fil-Klima kienet fuq fomm bosta minħabba nirien, għagħar u sħana madwar l-Ewropa u d-dinja. Il- Partit Popolari Ewropew ifakkar li hu jappoġġja lill-Kummissjoni Ewropea sabiex l-emmissjonijiet jonqsu b'50% sal-2030. Fil-fatt matul din is-sena intlaħaq qbil biex l-emmissjonijiet jonqsu b'55% meta mqabbel mas-sena 1990. L-EPP jemmen illi t-tranżizzjoni nadifa hija waħda li tinvolvi s-setturi kollha tal- ekonomija, bis-settur tat-trasport ikun l-aktar wieħed li għandu potenzjal. Ifakkru li hemm bżonn l-eletrifikazzjoni tal-vetturi, l-użu tal-idroġenu u uwils alternattivi li ma jheddux il-produzzjoni tal-ikel u l-biodiversità. L-EPP huwa favur limiti ta' CO2 fuq karozzi ġodda u vetturi kbar, u jħoss li għandu jkun hemm aktar għarfien tal- carbon-footprint ta' kull azzjoni - jiġifieri b'kull azzjoni li tieħu persuna permezz ta' użu ta' karozza, per eżempju, kemm tkun qed tniġġeż, biex "b'hekk in-nies jieħdu deċiżjonijiet infurmati." Finalment l-EPP jemmen li meta jsir negozju ma' pajjiżi terzi fatturi, bħall- preservazzjoni tal-foresti, għandhom ikunu kkunsidrati. L-EPP u t-tassazzjoni! Din il-kwistjoni hija importanti ħafna għal pajjiżna hekk kif taxxa ta' kumpaniji li l-operat tagħhom ma jinsabx Malta, pero' li qed iħallsu taxxa hawnhekk qed iħallu miljuni kbar fil-kaxxa ta' Malta! Taxxa ugwali għall-kumpaniji madwar l-UE tkisser dan il-vantaġġ kompettitiv ta' pajjiżna! Iżda hekk kif ma sibniex appoġġ mis- Soċjalisti, lanqas qed insibu mill-EPP li jagħmilha ċara illi "t-taxxa għandha titħallas f 'dak il-pajjiż li fih qed isiru l-profitti!" "L-EPP jirrealizza illi t-tassazzjoni hija kompetenza nazzjonali imma l-UE trid tikkontribwixxi wkoll kontra l-evażjoni tat-taxxa. Għalhekk l-EPP isejjaħ għal Stati Membri biex jassiguraw illi l-kumpaniji kollha jkunu trattati l-istess u b'mod ġust...u li jħallsu t-taxxi fejn qed isiru l-profitti." Min imexxi lill-EPP? Kien Prim Ministru tal-Polonja għal seba' snin, kien President tal-Kunsill Ewropew mill-2014 sal-2019 u wara din il-kariga kien appuntat President ta' dan il- grupp politiku. Donald Tusk imexxi l-Partit Popolari Ewropew. F'Lulju li għadda reġa' daħal fil-politika fil- Congress of the Civic Platform (PO) kontra l-Gvern Pollakk lemini u nazzjonalista mmexxi mill-PIS - li ddeskriva bħala wieħed "kattiv u bla mistħija. Donald Tusk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 05 September 2021