Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 Ritratt: James Bianchi familja se jkunu allokati diffiċli persuna tagħti ċ-ċavetta tal-post fejn dejjem għexet. Galdes żvela kif kienu b'kollox mal-40 appartament li ġew lura għand il-Gvern permezz ta' din l-iskema. Il-Gvern qed jieħu 60% tal-pensjoni, minflok 80% ta' dawk fi Djar tal-Gvern u li minn jeddhom jagħtu ċ-ċavetta tal-post tal-housing, li mhumiex qed jgħixu fih. 'Irkuprajna numru ta' ċwievet mingħand nies li kienu qed jabbużaw' Il-gazzetta tistaqsi wkoll dwar l-abbuż u l-wirt ta' postijiet tal-housing. L-eks PM Joseph Muscat kien tkellem bil-qawwa kontra abbuż minn nies li jkunu qed jgħixu ħajja komda, bi dħul għoli, xi kultant b'investiment fil-bini pero' li xorta jżommu l-post tal- housing li wirtu. Ma smajniex wisq iktar dwar dan.... Galdes ma jaqbilx u jgħid li din qed tiġi implimentata u li l-Gvern irkupra numru ta' ċwievet mingħand nies li kienu qed jabbużaw. Hu qal ukoll iżda li ma jixtiqx jia' dawl ikrah fuq nies li jgħixu f 'housing soċjali u jgħid li l-maġġoranza assoluta ta' dawn huma nies ġenwini. U finalment dwar dan is-suġġett u għall- mistoqsija tal-ILLUM il-Ministru Roderick Galdes jisħaq illi malli daħal fil-kariga sab madwar 4,000 talba ta' interventi fil-Housing estates eżistenti. "Tħallew mitluqin għal snin sħaħ bi problemi tas-soqfa, katusi tal- asbestos... allura sħaqt li għandna nagħmlu pjan u nirranġaw dawn l-oqsma raħal, raħal u blokka, blokka." Hu qal ukoll illi l-Gvern ried jibgħat messaġġ ċar li xejn mhu b'xejn u għalhekk, minkejja li għall-problemi ta' ħsarat strutturali jibqa' responsabbli hu, l-inkwilini se jibdew jieħdu ħsieb il-manutenzjoni. "Irridu nbiddlu ċerta sens ta' entitlement li xi kultant teżisti," qal, filwaqt li spjega kif fil- każ tal-appartamenti li qed jinbndew bħalissa - inkluż dawk li konna fihom - dawn mhux se jkunu għal-bejgħ. Aktar minn hekk huwa qal li l-Gvern se jibda sistema ta' Means Testing, li jsir tliet darbiet fuq medda ta' 10 snin: Wara erba' snin, ieħor wara erba' snin oħra u l-aħħar wieħed fl-10 sena. Galdes spjega li dan qed isir sabiex ikun assigurat li l-persuna għadha tikkwalifika għal dan il-post u jekk ma tibqax il-Gvern jara x'tip ta' għajnuna differenti jista' jagħti. "B'hekk nassiguraw il-mobilità soċjali," temm fuq dan il-punt il-Ministru. Kirjiet antiki: 'Ipproteġejna madwar 10,000 familja' Resqin lejn tmiem l-intervista u bilfors kellna nistaqsuh dwar ir-riforma fil-kirjiet l-antiki li saret wara illi bosta sidien bdew jirbħu każi quddiem il-Qorti hekk kif qed jieħdu it ewri għal proprjetajiet li jiswew l-eluf biex tbiegħ u mijiet fix-xahar, f 'kera. Il-Qrati iddikjaraw li din il-liġi tikser id-dritt tas-sid li jgawdi mill-benefiċċji tal-proprjetà tiegħu. Il-bidliet li ħabbar il-Gvern daħlu fis- seħħ u fil-prattika? Galdes iddeskriva din bħala "waħda mill- akbar riformi li qatt saru" fis-settur tal-kirjiet u fakkar li permezz ta' dak li ħabbar il-Gvern is-sena l-oħra "madwar 10,000 familja se jkunu protetti u se jingħataw serħan il-moħħ." Hu jgħid ukoll li anke s-sidien ingħataw sens ta' serħan il-moħħ billi għall-ewwel darba l-Gvern rabat il-kirja ma' 2% tal-valur tal-proprjetà, li qal illi "tirrispetta s-sens ta' proporzjonalità." Il-Ministru Roderick Galdes temm jgħid li din is-soluzzjoni sabet bilanċ u allura wera' ċerta kunfidenza li mhux se jkun hemm aktar sidien li jiħu kawżi l-Qorti. Ħadd ma jitkellem fuq 700 allokazzjoni ta' postijiet li għamilna - permezz tas-settur privat per eżempju, li sewwejna djar antiki u tfajnihom bħala akkomodazzjoni soċjali, ċerta blokok tlestew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021