Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 Funded by the European Union Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Riżoluzzjoni tal-PE titlob rikonoxximent ta' żwieġ jew partnerships ta' koppji LGBTIQ li jkunu saru f'pajjiż ieħor tal-UE Riżoluzzjoni tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet titlob rikonoxximent ta' partnerships, unjoni ċivili jew inkella żwieġ bejn persuni LGBTIQ u adozzjoni madwar l-Unjoni Ewropea kollha sabiex ikun iffaċilitat l-moviment ħieles mingħajr diskriminazzjoni... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Parlament Ewropew permezz tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet qed jisħaq illi d-drittijiet ta' familji LGBTIQ għandhom ikunu rispettati meta dawn imorru minn pajjiż għall-ieħor fl-UE u jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal- moviment ħieles. Fir-rapport li ġie mressaq il-ġimgħa l-oħra l-MEP Dolors Montserrat, mill- Partit Popolari Ewropew, jintqal li l-Kummissjoni Ewropea għandha taċċerta li meta familji LGBTIQ jeżerċitaw id-dritt tal-moviment liberu bejn stat membru u ieħor "igawdu mill-istess drittijiet ta' rijunifikazzjoni bħal familji fejn il-partijiet huma tas-sess oppost." Jisħaq ukoll li għandu jsir assessjar tal- koppja biex jiġi ffaċilitat id-dħul ta' sieħeb jew sieħba meta dawn ikunu ġejjin minn pajjiż barra l-UE, mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tal- orjentazzjoni sesswali. Ir-rapport jisħaq ukoll li Stati Membri ma jistgħux jinvokaw projbizzjoni Kostituzzjonali fuq żwieġ bejn persuni tal-istess sess u jappellaw ukoll biex "il- morali" u l-policies pubbliċi ma jintużawx bħala skuża biex jinkisru d-drittijiet ewropej ta' familji LGBTIQ. Ir-riżoluzzjoni ta' Monsterrat, titlob lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni sabiex l-istati membri kollha jirrikonoxxu - għall-fini ta' liġi nazzjonali - adulti li jissemmew fiċ-ċertifikat tat-twelid maħruġ fi Stat Membru ieħor, bħala l-ġenitur legali ta' dak it-tifel jew tifla - hu x'inhu s-sess jew l-istatus matrimonjali tal-persuna. Din ir-riżoluzzjoni qed titlob ukoll lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu żwieġ jew partnerships li jkunu ġew iffurmati fi Stat Membru ieħor. Il-Każ Hamilton/Coman Ir-riżoluzzjoni qed titlob lill- Istati Membri biex ikunu konformi mal-ġudizzju fil-każ Coman & Hamilton u titlobha tieħu azzjoni kontra r-Rumanija "fuq il-falliment kontinwu li tkun konformi ma' din is-sentenza tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem." Iżda dan il-każ x'inhu eżattament? R.A Coman u R.C Hamilton huma koppja (ara ritratt) - Coman huwa ċittadin tal-UE mir-Rumanija u Hamilton huwa Amerikan. Fit- 12 ta' Diċembru 2012 huma talbu informazzjoni li permezz tagħha Hamilton ikun jista' jikseb id-dritt li jgħix legalment fir-Rumanija għal perjodu ta' aktar minn tliet xhur. Fil-11 ta' Jannar 2013, bi tweġiba għal din it-talba, l-Isp ettorat informa lil R. A. Coman u R. C. Hamilton li dan tal-aħħar kien jibbenefika biss minn dritt ta' residenza ta' tliet xhur, peress li, fir- rigward ta' persuni tal-istess sess, iż-żwieġ ma huwiex irrikonoxxut fir-Rumanija. Apparti minn hekk huwa qal li l-estensjoni tad-dritt ta' residenza temporanja ta' Hamilton fir-Rumanija ma tistax tingħata għall-iskop tar-rijunifikazzjoni tal- familja. Il-Qorti tad-Drittijiet tal- Bniedem kienet fakkret illi fost id-drittijiet ta' ċittadini ewropej hemm dik li jkollhom ħajja tal- familja normali kemm fl-Istat Membru li qegħdin fih u anke fl-Istat Membru li minnu huma jiġu. Dan filwaqt li jkollhom id-dritt ikunu mal-membri tal- familja tagħhom meta jkunu fl- Istat Membru li minnhom jiġu. Ostakli għad-drittijiet ta' persuni LGBTIQ madwar l-UE għadhom hemm Ir-riżoluzzjoni tagħmel referenza għar-rapport "Ostakli għall-Moviment Ħieles ta' familji LGBTIQ" u tgħid li dan l-istudju juri ċar illi familji LGBTIQ għadhom isibu ostakli maġġuri biex jimxu minn pajjiż għall- ieħor tal-UE, "b'konsegwenzi ħżiena għall-interessi tat-tfal." Ir-riżoluzzjoni tgħid li l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu inaqqsu minn dawn l-ostakli billi jeżerċitaw il-kompetenzi tal-UE fil-moviment ħieles. Tfakkar ukoll li f 'xi każi ġenituri transgender li ma jkunux rikonoxxut jaf jitilfu kull kuntatt mat-tfal. Intant ir-riżoluzzjoni tgħid ukoll illi filwaqt li l-UE rat progress f 'dan il-qasam f 'termini ta' żwieġ, unjoni ċivili u anke diskriminazzjoni, mibgħeda u attakki ta' mibgħeda, qalet ukoll li qed tinnota "żieda fir-rettorika ostili, fil-vjolenza omofobika u transfobika u l-ħolqien ta' "LGBTIQ-Free Zones." Jikkwota wkoll rapporti ta' ILGA- Europe li jgħid illi hemm staġnar kważi assolut fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u drittijiet ta' persuni LGBTIQ filwaqt illi fl-aħħar sena ma kienx hemm "bidla waħda legali jew politika" f 'dan il-qasam. Coman u Hamilton ressqu każ kontra r-Rumanija L-MEP Dolors Monsterrat (PPE) X'qed titlob ir-riżoluzzjoni fil-konfront tal-Polonja u l-Ungerija? Ir-riżoluzzjoni qed titlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza id-diskriminazzjoni li tbati l-komunità LGBTIQ fil- Polonja u l-Ungerija sabiex l-Istati Membri kollha jirrispettaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni ewropea fuq din il-kwistjoni. L-MEP Montserrat qed titlob lill-Kunsill Ewropew biex ikompli bi proċeduri kontra dawn iż-żewġ pajjiżi taħt Artiklu 7 tat-Trattat tal-UE u tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tuża l-għodda kollha għad-dispożizzjoni tagħha "biex tindirizza r-riskju ċar ta' ksur ta' drittijiet mill-Polonja u l-Ungerija, tal-valuri li fuqhom l-UE hija mibnija - partikolarment permezz ta' proċeduri u miżuri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll għodda baġitarji. " Huma jitolbu sabiex il-Kummissjoni żżomm lill-Parlament aġġornat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021