Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374
03 illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 aħbarijiet Inqas taxxa tad-dħul, aktar nies f'unjins u aktar flus għall-FIAU fost il-proposti tal-PN għall-Baġit 2022 Il-Partit Nazzjonalista ilbieraħ nieda id-dokument tiegħu ta' qabel il-Baġit, dokument li permezz tiegħu għamel diversi proposti fosthom dik ta' Leave f 'każ ta' mewt, bidliet fis-ceiling tal-ħlas tat-taxxa għal dawk li jħallsu 15% u dawk li jħallsu 25% f 'taxxa tad-dħul, kif ukoll proposta li l-ħaddiema kollha li jaqilgħu inqas mill-paga medja jkunu membri ta' Trade Union, probabbilment għax huwa f 'dawn is-setturi fejn hemm l-aktar każi ta' abbuż. Il-PN qed jipproponi wkoll li ssir investigazzjoni fuq il- kuntratti pubbliċi kollha li fuqhom saru investigazzjonijiet, li jkun hemm sistema ta' skrutinju Parlamentari li jimplimenta dak li jipproponi l-Ombudsman, Kumitat Parlamentari li jkun jista' jaġixxi fuq deċiżjonijiet tal- Kummissarju tal-Istandards fejn ikun hemm ksur ta' etika, ikun rivedut l-Kodiċi ta' Etika, jingħata baġit akbar lill-FIAU u bidla fis-sistema tal-COLA - jiġifieri l-kumpens għall-għoli tal-ħajja, li jingħata f 'kull baġit u li jiġi kkalkulat skont basket ta' prodotti li familji jkollhom bżonn. Huwa u jelenka dawn il-wegħdi l-Kelliem tal-PN għall-Finanzi Mario De Marco appella għal Patt Soċjali ġdid li jiddeteremina pensjonijiet adegwati, l-eradikazzjoni tax-xogħol prekarju u sistema ta' saħħa privata indiġena. Huwa elenka setturi differenti wkoll li fuqhom il-pajjiż għandu jaħdem, fosthom l-ekonomija marittima. Il-Kap ta-PN Bernard Grech sostna li dan ir-rapport huwa "impenn ċar ta' kemm il-PN irid pajjiż aħjar." Kompla jgħid illi dawn il- proposti huma turija ta' kif il- PN jemmen li l-finanzi jistgħu jitmexxew aħjar. "Wara snin ta' għaqal ta' Gvernijiet Nazzjonalisti kellna s-surplus, iżda fl-aħħar snin erġajna morna għal defiċit fiskali ta' bejn biljun u biljun u nofs ewro." Huwa ammetta li parti minn dan id-defiċit huwa relatat mal-pandemija, għalkemm qal li raġunijiet oħrajn huma prezzijiet mhux kompettitivi meta l-Gvern jixtri servizzi kif ukoll ċerta kuntratti li saru, primarjament dak tal-Vitals Global Healthcare (VGH) u dak għall-Power Station ġdida li taħdem bil-gass, b'rabta li Malta tixtri l-gass minn Socar, il-kumpanija statali tal-gass fl- Ażerbajġan. Grech wiegħed li Gvern Nazzjonalista jaqta' l-ħela u jagħti valur sħiħ għall-flus li l-poplu jkun qiegħed iħallas. Huwa qal li l-PN irid inqas Gvern u iktar privat, mhux bħalma jgħid li qed iseħħ bħalissa u servizzi finanzjarji u gaming iktar b'saħħtu - billi "kull min jonqos iwieġeb għal għemilu." Il-Baġit għall-2022 se jitħabbar nhar it-Tnejn 11 ta' Ottubru li ġej. Enterprises for a Sustainable Maltese Economy Panelists are set to discuss ways in which Maltese enterprises, across sectors and industries are embracing the transition towards greener and more sustainable business models. This event will hone in on the present opportunities, specific challenges and key aspects such as sustainable financing with industry players and major stakeholders. 5 th October 2021 | 9:30am Join us live on Sostenibilità facebook page