Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374
04 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 • illum KONSULTAZZJONI PUBBLIKA Agħti l-opinjoni jew is-suġġerimenti tiegħek dwar id-dokument li jipproponi investimenti ta' €971 miljun. FOND TA' KOEŻJONI JUST TRANSITION FUND FOND GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI EWROPEW Niżżel id-dokument ta' Konsultazzjoni Pubblika minn: www.eufunds.gov.mt Ibgħat is-sottomissjonijiet tiegħek lil: consultationcohesionfunds@gov.mt sat-8 ta' Ottubru, 2021. FK - JTS - FEŻR għal Malta 2021-2027 huwa programm ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Iżvliupp Reġjonali 2014-2020 Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali 1. Titrawwem il-kompetittività u t-trasformazzjoni lejn ekonomija innovattiva u diġitali; 2. Nippromwovu bidla lejn enerġija nadifa u ġusta, investimenti fl-ekonomija ħadra, blu u ċirkulari, u sostenibbiltà tal-mobiltà urbana; 3. Tissaħħaħ il-konnettività fil-pajjiż permezz tat-trasport; 4. Soċjetà aktar soċjali u inklussiva; 5. Jitrawwem żvilupp urban sostenibbli f'Għawdex; 6. Tkun faċilitata t-tranżizzjoni lejn newtralità klimatika (Just Transition). 'Ma tistax tqum filgħodu u tipproponi li sal-2030 jidħlu fil-Belt karozzi elettriċi biss ... għandhom jiddeċiedu r-residenti' YENDRICK CIOFFI "Ma tistax tqum filgħodu u tiddeċiedi li sal-2030 għandhom jidħlu fil-Belt karozzi li jaħdmu bl-elettriku biss. L-ewwel għandek tikkonsulta mar-residenti u għalhekk mal-Kunsill Lokali." Hekk saħaq is-Sindku tal- Belt Valletta, Alfred Zammit, b'reazzjoni għall-proposti li Jason Micallef f 'isem l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, ippreżenta lill-Gvern. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) ppreżentat "il- viżjoni tagħha" lill-Gvern bil-għan li l-Kapitali Valletta tkun l-ewwel belt ħadra fl-Ewropa. Il-viżjoni tilħaq il-qofol tagħha fl-2030, bi proposta biex il-vetturi kollha li jidħlu fil-Belt Valletta, inkluż dawk tar-residenti, ikunu kollha kemm huma jaħdmu bl-elettriku. L-ILLUM staqsiet lis-Sindku Belti jekk jaqbilx mal-proposta dwar il- karozzi elettriċi, b'Zammit jisħaq li fil-prinċipju, il-proposta hija tajba mhux għall-Belt Valletta biss imma għall-pajjiż kollu kemm hu. Madanakollu saħaq li "ma tistax tqum filgħodu u taqbad u tipproponi," waqt li insista li xi ħaġa hekk għandha l-ewwel tkun diskussa mar-residenti. "Jekk din il-proposta tasal biex tiġi implimentata, id-data għandha tkun diskussa u deċiża mir-residenti u minn ħadd iżjed," insista Zammit. Saħaq li kieku din il-proposta kellha tintlaqa' għandu jingħata biżżejjed ċans biex jinħarġu l-iskemi biex residenti li jkunu se jbiddlu l-vettura, jinvestu mill-ewwel f 'waħda elettrika. Fi kliemu hemm ħafna mistoqsijiet oħra li jridu jiġu mwieġba, fosthom x'se jagħmlu dawk il-familji li għandhom aktar minn karozza waħda. "X'se jagħmel dak iż-żagħżugħ ta' 18-il sena li għadu kemm issallab biex xtara karozza? Se jbiddilha tmien snin oħra meta jkun għadu kemm qata' l-loan?", kompla jistaqsi Zammit. Kien hawn li saħaq li r-residenti "faqgħuh" bit-telefonati, b'mod partikolari dawk li għadhom kemm xtraw karozza. Fakkar li din hija biss proposta u ma hemm l-ebda deċiżjoni dwarha. U min ma jaffordjax jixtri karozza elettrika? Kompla jfakkar ukoll li hemm persuni li karozza elettrika ma jaffordjawhiex għax tiswa ħafna aktar minn karozza li taħdem bil- uwil. Fil-fatt, it tal-ġimgħat ilu, il-gazzetta ILLUM kienet tkellmet ma' importaturi tal-karozzi li kkonfermaw kemm ikollhom klijenti li jaqtgħu qalbhom meta jaraw il-prezz. Wieħed minnhom kien spjega li karozza elettrika second hand li jkollha madwar 20 elf kilometru tkun tiswa madwar €13,000 u dan meta waħda li taħdem bil-uwil tkun xi €7,000. Qal ukoll li l-irħas karozza elettrika li hawn bħalissa tibda minn €30,000. Fil-fatt, ta' min isemmi li l-Aġenzija Kultura għall- Belt Valletta qed tipproponi li għar- residenti, il-Gvern jgħin b'sussidju. Is-Sindku staqsa wkoll jekk fil- Belt hemmx u tistax issir biżżejjed infrastruttura għal dawn il-karozzi, bħaċ-charging points. 'Proposti għandhom ikunu bbażati fuq l-istudji u l-fatti' Apparti minn hekk, Zammit insista li deċiżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu bbażati fuq l-istudji. Fil-fatt saħaq li l-Kunsill Lokali qed jaħdem biex is-sena d-dieħla, mal-Università ta' Malta, isir studju dettaljat dwar il-kwalità tal-arja f 'diversi bnadi fil-Belt Valletta. "Id-deċiżjonijiet għandna nibbażawhom fuq l-istudji u fuq il- fatti," kompla jisħaq. Irrefera wkoll għall-istatistika u insista li qabel il-Belt, il-karozzi elettriċi għandhom jiżdiedu fuq bażi nazzjonali. Fil-fatt, sondaġġ tal-NSO kien wera kif il-vetturi elettriċi jew hybrid, jammontaw għal 1.5% biss tal-vetturi li hawn f 'Malta. Dan ifisser li f 'Malta hawn 6,017-il vettura li jaħdmu bl-elettriku jew li huma hybrid. Vetturi elettriċi jammontaw għal 1,293. 'Il-Kunsill ilu li xammar il-kmiem...' Madanakollu, mistoqsi jekk jaħsibx li hija xi ħaġa pożittiva li jinħarġu proposti biex jonqos it- tniġġis fil-kapitali, is-Sindku wieġeb fil-pożittiv u saħaq li tant u hekk li l-Kunsill diġà xammar il-kmiem u ilu jaħdem dwar dan. Fakkar kif waħda mill-akbar sfidi fil-Belt Valletta hija n-nuqqas ta' parkeġġ li jwassal biex diversi sewwieqa jispiċċaw iduru u jgħaqdu fit-toroq. "Installajna l-parking sensors għall-parkeġġ ta' ħdejn Hastings. Ma hemmx għaliex toqgħod iddur għax tkun taf jekk hemmx spazju," kompla jisħaq. "Qed naħdmu fuq miżuri oħra biex inżidu l-parkeġġ." Saħaq ukoll li l-Kunsill ħadem biex inaqqas it-traffiku fil-Belt Valletta u biex dan joħroġ malajr kemm jista' jkun. Għal dan il-għan, kompla s-Sindku, żdiedu ż-żoni pedonali u anke tneħħew karozzi li kienu jkunu pparkjati quddiem Dar il-Mediterran u bnadi oħra, bħal fi Pjazza Mattia Preti u li kienu jweħħlu t-traffiku. Kompla jisħaq li l-Kunsill qed jaħdem ukoll fuq il-vannijiet li jidħlu jqassmu l-prodotti fil-Belt. Fost dawn semma l-ħwienet tas- souvenirs. Spjega kif sa it ilu kienu jidħlu mad-disgħa vannijiet biex ifornu lil dawn il-ħwienet, iżda issa sar arranġament biex jidħol biss vann wieħed u jforni l-ħwienet kollha. Insista li l-istess jista' jsir b'dawk il-vannijiet li jfornu r-ristoranti bix-xorb. Temm jisħaq li mhuwiex biżżejjed li vannijiet jinbidlu għal dawk li jaħdmu bl-elettriku. Fil-fatt qabel mal-VCA li d-daqs ta' dawn il-vannijiet ikun jirrispetta t-toroq dojoq tal-kapitali biex ma tibqax issir ħsara. Is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit jirreaġixxi għall-proposta ta' Jason Micallef u l-VCA biex sal-2030, fil-Belt Valletta jidħlu biss karozzi li jaħdmu bl-elettriku, inkluż dawk tar-residenti Is-Sindku Alfred Zammit