Illum previous editions

ILLUM 3 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1416374

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' OTTUBRU 2021 Tliet linji, 25 stazzjon... Minn Buġibba sal-Ajruport, Birkirkara sa Bormla ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Jekk issir kif kienet proposta minn kumpanija internazzjonali, se tkun sistema illi permezz tagħha l-aktar żoni urbani ta' Malta - jiġifieri ż-żoni ta' madwar il-Port il-Kbir u tibqa' sejjer sal-Imrieħel, Fgura, Ħaż-Żabbar u Buġibba - se jingħaqdu permezz ta' tliet linji. Minn Mater Dei u l-Università sal-Belt Valletta ddum sejjer 10 minuti, b'garanzija li ma tinqabadx fit-traffiku, imma jekk tgħix Birżebbuġa tkun tista' taqbad il-Metro minn Raħal Ġdid u jekk tgħix il- Mellieħa jew Għawdex trid taqbadha minn Buġibba. Dan ifisser li - kif mistenni - sistema ta' trasport tal-massa f 'Malta, anke jekk ma ssirx kif proposta tal-bieraħ, tkun trid taħdem ukoll mill-qrib mat-trasport pubbliku preżenti. Il-Metro kif preżentata mill- Kumpanija Internazzjonali Arup - li topera f '140 pajjiż u hija responsabbli għal proġetti kbar ta' Metro fi bliet u pajjiżi bħal Londra, Singapore, Macau u anke t-Tajlandja - tinqasam fi tliet linji: Il-Linja l-Ħamra, Ħadra u Blu. Il-Linja l-Ħamra - li hija l-itwal u hemm ċans li titlesta f 'bejn ħames u tmien snin - tgħaddi minn : Buġibba, Naxxar, Mosta, Ta' Qali, Ħ'Attard, Ħal Balzan, Birkirkara, Mater Dei, Gżira, Tas-Sliema, Balluta, San Ġiljan u Pembroke. Il-Ħadra tgħaddi minn Birkirkara, l-Imrieħel, il-Marsa Park and Ride, L-Imsida, il- Furjana u l-Belt Valletta. Il-Blu tgħaddi minn Mater Dei, l-Imsida il-Ħamrun, il- Marsa, Raħal Ġdid, il-Fgura, Ħaż-Żabbar, Bormla u anke l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. B'kollox din is-sistema jkun fiha 35 Km b'25 stazzjon. L-istazzjonijiet proposti minn Arup huma, fost oħrajn, fil- Ferries f 'Tas-Sliema, fejn hemm tal-linja illum fil-Belt Valletta/ Furjana, fl-Istazzjon f 'Birkirkara u viċin ix-Xgħajra ta' Bormla. Ir-rappreżentant tal- kumpanija Arup sostna illi apparti d-densità tagħha, Malta hija ideali minħabba industrija tas-servizzi finanzjarji u tat- turiżmu li dejjem qegħdin jikbru. Huwa qal ukoll li proġett bħal dan iwassal għar-riġenerazzjoni taċ-ċentri tal-irħula, inqas traffiku u aktar spazji miftuħin. "Is-sistema tat-trasport kurrenti ra tibdiliet kbar għall-pożittiv, imma qed issibha diffiċli biex tilqa' għad- domanda dejjem tikber," sostna r-rappreżentant ta' Arup. Naturalment sfidi hemm ukoll: Malta għad għandha waħda mill- ogħla rati ta' nies li huma sidien ta' karozzi, filwaqt li l-bini tal- istazzjonijiet jaf joħloq problemi. Naturalment hemm ir-realtajiet ta' trabijiet, vibrazzjonijiet u aktar inkonvenjent. Realtà oħra hija l-iskart ta' materjal ta' kostruzzjoni li se jkun qed jiġġenera proġett bħal dan u x'se jsir minnu. "Irrid Malta preparata għal għada" - Il-PM Robert Abela F'diskors il-Prim Ministru Robert Abela staqsa x'Malta irridu u qal li hu jrid Malta preparata għal għada, fost oħrajn permezz ta' proġett kbir ta' trasport tal-massa. "Kien ċar li hemm bżonn aktar studji u hekk għamilna biex issa għandna studju daqstant voluminuż u preparat dwar dak li jista' u ma jistax jagħmel sens għal pajjiżna," qal Abela. Huwa sostna li issa d-diskussjoni se tkun ħafna aktar realistika u ppreparata. Semma' kif intqal lilu illi biex tibqa' sejra sa Għawdex ikun hemm bżonn żieda ta' madwar 50,000 persuna fil-gżira oħt u l-madwar biex tkun iġġustifikata metro li tibqa' sejra Għawdex, minkejja li kien ċċarat li din għadha proposta li qed tkun diskussa. Il-Prim Ministru qal li dan il-Gvern huwa kredibbli, għax huwa l-Gvern li wettaq dak li sejjaħ - l-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar, f 'referenza għall-proġett tal- Junction tal-Marsa. "Għandna niddiskutu 'il bogħod mill-partiġġjaniżmu għax dan huwa proġett li se jintiret u li għadu numru ta' leġiżlazzjonijiet 'il bogħod," qal Abela, li wara indika b'mod ċar lli biex dan il-proġett jitlesta kollu, se jieħu 20 sena. "Għall-ewwel darba għandna studju komprensiv ta' proġett ta' trasport tal-massa" - Il- Ministru Ian Borg Il-Ministru tat-Trasport Ian Borg fl-intervent tiegħu, għamilha ċara illi din il-proposta hija katalista ta' diskussjoni, inkluż dwar alternattivi oħrajn u anke dwar ir-rotot li qed ikunu proposti. "Il-Gvern għandu l-istrateġija u l-Masterplan għat-Trasport u dan kollu huwa parti minn dan il-qafas, għaldaqstant issa għandna - għall-ewwel darba u b'mod komprensiv pjani, kkummissjonati mill-Gvern għall-poplu, li jħarsu lejn proġett ta' trasport tal-massa b'mod komplet u li jmur lilhinn minn leġiżlatura. Proġett għal ġenerazzjonijiet sħaħ" qal il- Ministru Borg. Il-Gvern jiżvela l-ewwel studju ta' Metro li qatt sar għal pajjiżna, permezz tal- kumpanija internazzjonali Arup

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 October 2021