Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851
31 films illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 Carmel Bonnici The Alamo: Assedju ta' qlubija patrijottika (1) John Wayne kien Repubblikam ferventi, b'demm patrijottiku Amerikan jiġri fil-vini tiegħu. Avveniment li laqtu sewwa għax fih intwera kuraġġ, dedikazzjoni u sagrifiċċju kbir kien l-assedju ta' The Alamo. Għal ħafna snin, b'ħerqa kbira pprova jaħdem film elaborat fuq din il-ġrajja, iżda l-produtturi dejjem beżgħu għax f 'din l-istorja ma rawx qligħ finanzjarju. Proppjament Alamo hija xitla tar-razza tal-qoton (li minnha jagħmlu t-tajjar u anki l-ħwejjeġ) forsi għax f 'dan ir- reġjun din kienet komuni. The Alamo kienet missjoni bħal kunvent tal-Franġiskani f 'San Antonio, fis-Sud ta' Texas u lok ta' difiża epika fi żmien il-gwerra għall-indipendenza ta' Texas. Inbena fl-1722 u kien jikkonsisti minn kappella, kunvent u bitħa enormi u anki bini għall-isptar. Wara li l-Indjani tal- lokalità sparrixew, dan il-post imdawwar b'ħajt qisu fortizza ġie abbandunat, però wara kien użat bħala fortizza. Ta' min jgħid ukoll illi f 'San Antonio, Texas, belt qrib il- fruntiera mal-Messiku kien hemm ħafna Messikani jgħixu hemm fil-paċi man-nies tal- post. Meta l-Ġeneral Messikan Santa Anna ried li Texas (dak iż- żmien indipendenti) tingħaqad mal-Messiku, fl-1836 grupp ta' 150 persuni minn Texas taħt il-kmand ta' Kurunell William B. Travis (Laurence Harvey) u l-famuż Jim (James) Bowie, dak li vvinta sikkina li ġġib ismu, ħadu pussess ta' The Alamo. Magħhom ingħaqad il-famuż eroj u pijunier ta' postijiet selvaġġi fejn kienu jgħixu l-Indjani, biss hu kien ħabib magħhom, David Crockett bi ftit nies miegħu kollha minn Tennessee. Dawn lestew ruħhom għall-mewt ċerta f 'assedju biex jirbħu l-ħin kontra Santa Anna li kien qed imexxi armata b'400 suldat. Band'oħra, l-Ġeneral Sam Houston (Richard Boone) bi tbatija kbira kien qed jipprova jgħaqqad armata u l-kuraġġużi ta' The Alamo kien qed jittamaw li jaslu rinforzi sakemm kienu kapaċi jżommu l-għadu milli jidħol f 'Texas. Meta dan il-post kien iċċirkondat u t-tama li tiġi l-għajnuna għabet, Travis u n-nies tiegħu kienu ffaċjati minn 3 alternattivi, li jċedu u jinqatlu għax Santa Anna ħalef li joqtol lill-irġiel kollha tal-fortizza, jagħmlu attentat li jaħarbu jew li jirreżistu sal-mewt. Dawn il-qalbenin għażlu din l-aħħar triq bil-għan li jdewmu lill-għadu sakemm forsi tasal xi għajnuna li qatt ma waslet. Infurzati minn 30 voluntiera li rnexxielhom jiżgiċċaw minn qalb is-suldati Messikani, dawn bdew jattakkaw nhar it-23 ta' Frar 1836 b'artillerija mill- aqwa. Wara 12-il ġurnata oħra ta' bumbardament kontinwu b'mijiet ta' kanuni, infetħet toqba fil-ħajt u l-Messikani avvanzaw b'qawwa furjuża. Għal darbtejn sħaħ kienu mraġġbin b'telfiet kbar, imma fit-tielet attentat irnexxielhom jidħlu ġewwa. Ġlieda kbira bl-idejn, skieken u xwabel seħħet fil-kappella. It-Texani ġġieldu b'mod l-aktar kuraġġuż sakemm kien fadal biss ħames irġiel ħajjin. Dawn inqabbdu u nqatlu kiesaħ u biered minn Santa Anna. Bowie inqatel b'tir ġo moħħu fis-sodda fejn kien marid. L-uniċi nies li ħarġu minn hemm ħajjin kienu biss tliet nisa u tlett itfal. In-nies ta' Texas infurjati bil-kbir minn dan il-massakru ħarġu jgħajtu, Remember The Alamo (ftakru x'ġara fl-assedju ta' The Alamo). Il-Ġeneral Sam Houston irnexxielu jgħaqqad armata diċenti li biha, xi 20 ġurnata wara, rebaħ lil Santa Anna u l-armata tiegħu fil- battalja ta' San Jacinto. Wara l-istat ta' Texas ingħaqad mal- Unjoni Amerikana. Dan l-ikbar stat magħruf bħala The Lone Star State (għax iġib stilla waħda fuq il-bandiera) jżomm il-post The Alamo bħala monument pubbliku ta' qlubija erojka. Il-belt kapitali ta' Texas, Houston, hi msemmija għal dan il-Ġeneral li rebaħ lill- Messikani. L-assedju ta' The Alamo, b'mod jew ieħor, intwera f 'diversi versjonijiet ċinematografiċi. L-aħjar fost dawn kienu: Man Of Conquest (1939) (dwar Sam Houston l-ewwel President ta' Texas), The Last Command (1955), The Alamo (1960), Alamo: 13 Days Of Glory (1987), film għat TV u Alamo (2004). Fl-1953 ħareġ il-film The Man From The Alamo, fejn Glenn Ford jaħrab waqt it- taqtiegħa biex iwissu lill-oħrajn, iqisuh bħala beżżiegħi u wara juri li hu qalbieni f 'aktar ġlied mal-Messikani. Kif semmejt qabel, John Wayne kien ħerqan ħafna li jaħdem film fuq skala grandjuża dwar dan l-avveniment storiku. Hu tkellem mal-ħabib tiegħu, Herbert J. Yates, il-President ta' Republic Pictures fl-1955. Yates beża' joħroġ baġit kbir għal dan il-film u offra lil Wayne il- parti prinċipali ta' Jim Bowie, li jmut f 'din il-battalja, f 'The Last Command. Wayne m'aċċettax u minn dak in-nhar 'il quddiem qatt aktar ma' ħadem ma' Republic Pictures li żarmat fl- 1958 u baqgħet taħdem biss għat-TV. John Wayne baqa' jinsisti fuq dan il-proġett, però l-ebda kumpanija maġġura ta' Hollywood ma' riedet tieħu riskju. Fl-aħħar fl-1960, hu ħadem din il-ġrajja ġo film monumentali u patrijottiku, The Alamo, permezz tal-kumpanija tiegħu stess Batjac Productions u kien maħruġ minn United Artists. Minkejja li kien film sabiħ li jqanqlek, dirett minnu stess, kien fih ħafna ineżattezzi, l-istess kif għamel f 'The Green Berets (1968) fejn wera lis- suldati Amerikani fil-gwerra tal-Vjetnam bħala qalbenin meta fil-fatt il-maġġoranza kienu ddrogati mingħajr ħajra għal-ġlied. Ikompli l-ġimgħa d-dieħla