Illum previous editions

ILLUM 17 October 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1419851

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

03 illum • IL-ĦADD 17 TA' OTTUBRU 2021 aħbarijiet Our new direct phone numbers Please note our new phone numbers when calling our hospitals and corporate office. Steward Health Care Malta Corporate Office 2344 5000 Gozo General Hospital 2344 6000 Karin Grech Hospital 2344 1000 'Proġett moqżież, mgħaddas fit- tixħim f'sistema ta' serq' F'għeluq ir-raba' sena mill- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia l-Moviment Graffitti lbieraħ għamel protesta quddiem il-kanċell tal-Electrogas, il- kumpanija li qed tmexxi l-Power Station bil-gass f 'Delimara. Il-Moviment fakkar li sa issa nafu diġà li Caruana Galizia nqatlet minn bomba impoġġija "minn kriminali bla qalb, imqabbda minn persuna li kellu impjieg fantażma fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru, u li ġie mandat, għall-inqas parzjalment, minn wieħed mill-aktar negozjanti qawwija fil-pajjiż." "Aħna qegħdin hawn fuq il- post quddiem dan il-monument xhieda tal-korruzzjoni li Daphne kienet qed tinvestiga qabel ma nqatlet. Investigazzjoni li kienet diġà implikat lil Keith Schembri u Konrad Mizzi f 'wieħed mill-aktar ehimiet korrotti li qatt ra pajjiżna," sostnew il-kelliema. Huma qalu li ħadd minn dawk implikati f 'korruzzjoni fi proġetti differenti għadu ma kien investigat. "Minflok ma jsiru l-prosekuzzjonijiet kif xieraq, ir-rapporti jinġabru u jitħallew moħbija f 'xi kexxun. Minflok investigazzjoni serja, irridu noqgħodu nassistu għal logħba pwerili ta' "catch me if you can" li bħalissa qed tintlagħab b'mod eċċezzjonali fil-Parlament, hekk kif Konrad Mizzi qed jagħmel minn kollox biex jevita li jwieġeb għall-imġiba inaċċettabbli tiegħu," sostna l-Moviment f 'referenza għall-fatt li għal darba, tnejn Mizzi rriuta li jidher quddiem il-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi propju biex iwieġeb dwar il-proġett tal-Electrogas. Il-Kelliema tal-Moviment Graffitti sostnew li huma għamlu din il-protesta propju għaliex il- ehimiet li kienu saru - fosthom dak għall-Power Station - għadhom fis-seħħ. "Aħna nerġgħu ntennu dak li ddikjarajna fis-sottomissjoni tagħna għall-inkjesta pubblika dwar iċ-ċirkostanzi li jiċċirkondaw il-mewt ta' Daphne: L-istat ma' jista' qatt 'jiggarantixxi prevenzjoni kontra l-impunità jekk l-istess stat huwa marbut u determinat li jkompli jħares interessi korporattivi privati." Il-kelliema għamlu referenza għall-Inkjesta Pubblika dwar dan l-assassinju u l-fatt li fiha ssemmew l-ehimiet diversi, fosthom dak mad-DB għall-bejgħ tas-sit ITS u l-iżvilupp ta' San Vincenz de Paul, il-bejgħ ta' art pubblika lil Sadeen, il-bejgħ ta' passaporti, il-windfarm tal-Montenegro, il-privatizzazzjoni ta' sptarijiet lil Vitals Global Healthcare. "Iżda huwa l-proġett li jidher warajna li jieħu l-premju għall- aktar ehim moqżież u mgħaddas fit-tixħim f 'din is-sistema ta' serq. Huwa proġett li għadda mingħajr ma kien hemm sorveljanza tal- Kabinett, li ġie nnegozjat waqt mawriet qosra mill-uffiċjali eletti tagħna għand dittatur barrani, appoġġjat b'garanzija min-naħa tal-gvern li għadda r-riskji kollha involuti f 'idejn il-poplu." Graffitti kienet qed tirreferi għall-mawriet tal-eks PM Muscat, Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi fl-Ażerbajġan, b'liema laqgħa ma kinitx infurmata l-midja u li matulha ltaqgħu ma' Ilham Aliyev. L-Ażerbajġan huwa l-pajjiż li minnu l-Gvern Malti kien intrabat biex jixtri l-gass - preċiżament mill- kumpanija statali Socar. Wieħed mid-Diretturi tal-Electrogas kien Yorgen Fenech, intraprenditur akkużat li kien il-moħħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u sid il-kumpanija fid- Dubaj 17 Black. Graffitti fakkret li l-bord tal- inkjesta ġibed attenzjoni partikolari għan-nuqqas ta' azzjoni tal- Kabinett wara li ħarġu dettalji dwar 17 Black. Huwa enfasizza l-fatt li din l-informazzjoni, li rabtet it- tanker LNG warajna ma' kickbacks li rċevew Konrad Mizzi u Keith Schembri, kienet magħrufa xhur qabel l-assassinju. Madankollu, il- Mnistri ma ħadu l-ebda azzjoni, u ħallew il-kultura tal-impunità tkompli tiorixxi, b'konsegwenzi fatali." Huma temmew jappellaw għar-riżenja tal-Ministru Edward Zammit Lewis għax qalu li ma għandhomx fiduċja fih, wara li kien żvelat illi kellu diversi kuntatti ma' Yorgen Fenech fuq Whatssapp Chats diversi li ntbagħtu bejn it- tnejn. "Is-sejħa tagħna għar-riżenja ta' Edward Zammit Lewis għadha tiswa sal-lum. M'għandniex fidi fl- abbiltà tiegħu li jissorvelja r-riformi importanti meħtieġa biex naraw li ssir ġustizzja. Hekk biss jista' jibda x-xogħol iebes li jiġi investigat kull ehim immuffat li kienu involuti fih Keith Schembri u Konrad Mizzi." Il-Moviment Graffitti jfakkar ir-raba' anniversarju mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia quddiem l-Electrogas fejn jesiġi wkoll għar-riżenja tal-Ministru Edward Zammit Lewis...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 October 2021