Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469
IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 • illum aħbarijiet 'Għal dak kollu li ġara u dak kollu li għamel, Daniel maħfur' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Meta nħares lejn idejn missieri u naraħ bla ċurkett tat-tieġ niakar li kont ħadtulu u biegħejtu għal it ewri, biex inkun nista' nixtri naqra droga ... missieri dejjem ħadem u stinka sabiex ikollna kollox fil- ħajja. Hu jħobb id-deheb u meta narah lanqas biss ċurkett f 'idu.... inħossha wisq ġo qalbi." Hekk kien kliem Daniel mal- gazzetta ILLUM. Daniel ta' 17-il sena beda jieħu d-droga u jispjega lill-gazzetta kif għad-droga kien jagħmel kollox, saħansitra seraq iċ-ċurkett tat-tieġ ta' missieru biex ikollu it flus ħalli jixtri. Minkejja li jitkellem b'uġigħ u mtaqqal b'emozzjonijiet kbar, li diversi drabi jesprimihom f 'bikja, Daniel illum huwa storja ta' suċċess għaliex lesta programm ta' rijabilitazzjoni għand il-Caritas u llum ilu tliet snin ma jmiss ma' droga. Huwa jgħid li fil-bidu beda jesperimenta bil-kannabis, imbagħad qaleb għall-eroina u finalment beda jieħu l-kokaina. "L-agħar ħaġa meta qbadt il- kokaina, l-agħar ħaġa." Ġorġ - missier Daniel - jgħid li wasal fejn wasal ibnu u ġara li ġara, għax kien fuq id-droga. "Għamel x'għamel ibni - miegħi maħfur," qal Ġorġ - turija tal- imħabba infinita tal-missier. Daniel iżda jgħid kif sforz il- vizzju, lil missieru kien saħansitra jistkerrħu, lanqas biss ipoġġi ħdejh waqt l-ikel. "Id-droga ġġibek hekk ta, id-droga. U minkejja dan kollu xorta jibqgħu jagħtuk il-fiduċja - inkredibbli l-imħabba li għandhom, inkredibbli," jgħid Daniel bid-dmugħ u l-emozzjoni jinfaqgħu f 'bikja. Imma missieru jibqa' jinsisti li dak id-Daniel ma kienx, Daniel ibnu, imma kienet id-droga li qed taġixxi u titkellem. Emozzjonat issa wkoll Ġorġ jgħid: "Issa sar iħobbni, ħafna iħobbni ibni, ħafna jħobbni ibni. il-ħin kollu jgħannaqni." Huwa jgħid li kemm ilu li mar il-Caritas Daniel inbidel u sar persuna oħra, il-persuna li verament huwa. Ikunu dejjem flimkien u qed jattendu flimkien ukoll klabb tal-futbol (tal-Inter). Imma mhux biss - flimkien - f 'din il-ħajja ġdida qed jagħmlu affarijiet li sa it snin ilu lanqas kienu joħolmu li jagħmlu. Mill- qrusa tal-ġlied u l-firda għal ħin flimkien f 'dan il-klabb fejn jiltaqgħu u jagħmlu ħbieb ġodda u issa saħansitra safra biex jaraw logħba futbol. "Kemm ħadna gost," jgħid Ġorġ. Jumejn wara li l-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Daniel - permezz tal-ġurnalist u preżentatur Peppi Azzopardi - dan mar jara logħba oħra tal-Inter u mar jiekol ma' Zanetti, eks plejer tal-futbol tal- istess tim Taljan li qed jappoġġja Daniel. "Din l-ikla saret b'rikonoxxi- ment lejn nies bħali li irnexxielna noħroġu mill-problema tad-dro- gi," qal Daniel. Huwa jirrakkonta kif l-ikla ma' Zanetti kienet espe- rjenza li qatt mhu se jinsa, anke jekk sfortunatament missieru ma setax ikun preżenti għaliha din. U fin-nuqqas ta' xulxin it-tnejn jgħidu kemm ħassew in-nuqqas ta' xulxin. "Kont staqsejtu fejn se jkun bilqiegħda waqt il-logħba, kemm xtaqt narah. Għalkemm dawk l-eluf ta' nies kollha hux..." jgħid Ġorġ. Din l-istorja mhijiex biss ta' Daniel u Ġorġ imma hija l-istorja ta' ħafna nies oħrajn li huma u jterrqu t-triq ta' din il-ħajja waqgħu, ma kinux b'saħħithom biżżejjed biex forsi jgħelbu problemi u sfidi li ħaddieħor forsi jarahom żgħar u għalhekk sabu r-refuġju fil-vizzju li minflok tahom is-soluzzjoni kissrilhom ħajjithom. Ġorg u Daniel se jkunu qed iwiegbu it-telephone waqt il- maratona b'risq il-Caritas li ser ssir nhar is-Sibt 13 ta' Ottubru min nofs in-nhar, sa nofs il- lejl fuq l-istazzjonijiet televizivi kollha u online. F'kummenti mal-gazzetta Marika Mizzi mill-Caritas u li hija wkoll il-producer ta' din il maratona qalet illi nhar is-Sibt li ġej waqt il-maratona se jkun hemm "il- professjonisti jwiegbu it-telephone ta' dawk li huma mġarrbin. "Aħna se niġbru l-flus biex fost affarijiet oħra naħdmu biex uliedna ma jibdewx jieħdu d-droga," qalet Mizzi. Ġorġ jagħlaq l-intervista bi ħsieb li ta' min wieħed jixtarru. "Għinu lill-Caritas, għax kienet il-Caritas li lili reġgħet tatni lura lill-ibni!" (Peppi Azzopardi intervista lil Daniel u Ġorġ) Id-droga kissrithom u firdithom. Sa seraq iċ-ċurkett tat-tieġ ta' missieru biex jieħu d-droga. Hekk kif nhar is-Sibt il-Caritas titlob l-għajnuna mingħand il- pubbliku, il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Daniel u Ġorġ dwar l-esperjenza li għaddew minnha u l-għajnuna li sab Daniel... Fuq: Daniel kien inqabad fil-vizzju tad-droga Xellug: Daniel ma' missieru Ġorġ