Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'Għażilt li niftaħ in-negozju mal-bżonnijiet mediċi ta' Henry' ANTHEA CACHIA Xi darba jew oħra kulħadd iltaqa' mal- istorja ta' Lorinda Mamo u binha Henry, tifel li jsaħħrek bit-tbissima tiegħu. Magħrufa aħjar bħala, 'a bird with a french fry' fuq Instagram hija qasmet l-istorja tagħha mal-ILLUM. Lorinda tirrakkonta dwar il-ġranet sbieħ u dawk mudlama, il- ħajja tagħha bħala intraprenditur u fuq kollox is-sigriet għal ħajja pożitiva. Lorinda twieldet il-Kanada iżda l-għeruq tagħha huma fil-gżejjer Maltin. Minkejja li kellha xokk kulturali kbir meta emigrat lejn Malta, meta kellha it aktar minn 20 sena, "minn t'età żgħira, il-ġenituri tiegħi kien qaluli l-oriġini tiegħi. Lili u lil ħuti kienu jkellmuna ħafna bil-Malti u għalhekk t'età żgħira ħafna kont diġà nitkellem tajjeb bil-Malti." Għaliex A bird with a French Fry? Minn fejn ġie l-isem? Mistoqsija x'wassal biex għażlet dan l-isem uniku, hija wieġbet li dan l-isem għandu sinjifikat partikolari. Hija rrakontat kif darba fost l-oħrajn kienet rat poster b'għasfur jiekol u din awtomatikament fakkritha f 'meta tkun qiegħda f 'ristorant u jiġu l-għasafar jittalbu għal farka ħobż. Tispjega li din metaforikament fakkritha kif l-għasafar isibu l-kuntentizza fis-sempliċità u kif xi kultant, "nanaliżżaw iżżejjed xi tfisser il- kuntentizza, mentri fil-verità, il-kuntentizza hija sempliċi ħafna." 'Jien qatt ma kelli idea x'inhi Prune Belly Syndrome' Henry, ġie dijanjostikat bi Prune Belly Syndrome (PBS) it wara li twieled. L-omm spjegat li meta kienet ħames xhur tqala, it- tobba kienu ndunaw li kellu problema, iżda ma kienux jafu x'kienet. "Jien qatt ma kelli idea x'inhi l-kundizzjoni. Wara li twieled setgħu jaraw li ċertu karratteristiċi kienu kompatibbli ma' PBS imbgħad hemm ġie dijanjostikat. X'ħin sirt naf, għamilt żball kbir u aħt Google u fittixt kemm flaħt fuq il-kundizzjoni, iżda Google dejjem jurik l-agħar affarjiet," qalet Lorinda. Hija spjegat kif il-bidu ta' dan il-vjaġġ kien pjuttost diffiċli, b'mod speċjali għax din il- kundizzjoni tolqot lil kull tifel u tifla b'mod differenti. "Il-kundizzjoni tvarja ħafna. 50% tat-tfal li jitwieldu bil-kundizzjoni jmutu mat-twelid. Hemm persentaġġ għoli ta' tfal li jgħixu biss sentejn. Filwaqt li jkun hemm uħud li jkollhom bżonn ferm inqas assistenza medika," qalet Mamo. Il-PBS tolqot il-parti taż-żaqq, peress l-muskoli f 'dik il-żona ma jiżviluppawx, jew saħansitra l-muskolu jkun tant żgħir u dgħajjef li jkun qisu ineżistenti. Din il-kundizzjoni toħloq għadd ta' kumplikazzjonijiet problematiċi oħra. Ħafna drabi, organi oħra fil-ġisem, speċjalment f 'dik iż-żona ma jiżviluppawx lanqas. Dan jinkludi l-kliewi, il-bużżieqa tal-awrina u l-ureter, il-kanal li jgħaqqad dawn iż-żewġ organi. 'Kien ikollu jilbes tliet ħrieqi fuq xulxin' Ta' it jiem, Henry kellu jagħmel diversi operazzjonijiet korrettivi. Waħda mill- operazzjonijiet wasslet għal kumplikazzjonijiet serji tant li kellhom joħorġu l-ureter barra minn ġismu, "u għalhekk għal madwar sena u nofs kellu l-awrina, il-ħin kollu, ħierġa minn ġismu. Tant li kien ikollu jilbes tliet ħrieqi fuq xulxin." Illum il-ġurnata Henry ikollu jagħmel użu minn kateter li jinbidel kull tliet siegħat. Wara dan kollu ċ-ċkejken Henry kellu nfezzjoni severa f 'waħda mill-kliewi u għalhekk iddeċidew li jneħħuha. Ftit snin wara, meta Henry kellu tliet snin it-tobba rrealizzaw li l-kilwa l-oħra kienet sejra għall- agħar u kellu bżonn trapjant. "Sadanittant, ir-raġel tiegħi kien qiegħed jagħmel l-ittestjar biex naraw jekk kienx kompatibbli. Għaliex li tkun ġenitur ma jfissirx li awtomatikament tkun tajjeb biex tagħti kilwa... Konna ilna nitilgħu l-Ingilterra għat-trattament minn meta kellu sentejn. It- trapjant sar l-Ingilterra ukoll," saħqet Mamo. Lorinda u Henry spiċċaw it-tnejn f'xifer il-mewt Lorinda stqarret li f 'dik l-istess sena li ngħataw l-aħbar kerha li Henry kellu bżonn trapjant, Lorinda sabet boċċa f 'sidirha. "Kien żmien verament diffiċli għax il- kanċer tiegħi kien tar-raba' grad u kien pjuttost agressiv. It-tobba kienu qaluli li għandi nirringrazzja l-Alla li ndunaw mal- ewwel għax seta' jinfirex faċilment," qalet Lorinda. Hija żiedet tgħid li dan fl-istess waqt li binha kellu operazzjoni wara oħra, li lkoll kienu ta' periklu kbir. Emozzjonata hija qalet li bdiet tipprova tlaħħaq ma' kollox, "l-operazzjoni tiegħu kienet verament ikkumplikata. Ma kinux jafu x'se jsibu. Kollox beda jiġri f 'daqqa. Naħseb dan kien l-agħar żmien minn dan il- proċess kollu. Kien ħafna agħar minn meta kellu t-trapjant innifsu." L-ILLUM staqsiet, 'imma kif jirnxxielek tibqa' daqstant pożittiva?' Huwa minnu li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi iżda għal din il-familja, il-maltemp kien wieħed ferm akbar minn dawk li aħna mdorrijin naraw. Minkejja dan kollu, Lorinda tibqa bi tbissima fuq fommha u tgħid li, "tgħallimt kemm il-ħajja kienet fraġli u l-affarjiet kollha li kienu jinkwetawni issa huma insijifikanti." Tisħaq li l-istress ikompli jmarrdek u temmen li meta tkun pożittiva tkun qed tieħu ħsieb tagħha nnifisha. Apparti minn hekk Mamo tgħid li l-akbar motivazzjoni għall- pożittività tagħha huwa binha stess. "Għalija l-pożittività hija importanti għax nixitieq li nirriflettiha f 'Henry. Naf li xi darba jew oħra se jkollu mumenti diffiċli, oħrajn diffiċli aktar minħabba l-kundizzjoni tiegħu. Nemmen li jekk nagħtih l-għodda meħtieġa biex jitgħallem ikun pożittiv, ikun jista' jikkumbatti dawn is-sitwazjonijiet diffiċli. Affarjiet ħżiena dejjem se jiġru, imma jekk tkun pożittiv tkun tista' taffronta l-mumenti kiefra b'mod aħjar," irrimarkat Lorinda 'Omm, eroj u intraprenditur … X'inhi l-akbar sfida bħala sid ta' negozju?' Filwaqt li qalet li tul ħajjitha qatt ma kellha l-ħajra biex issir intraprenditur hija qalet li minn dejjem xtaqet li taħdem fl-industrija tat-tfal. Illum il-ġurnata, Lorinda hija s-sid tal-kumpanija Happy Play, li hija bniet waħedha. Mistoqsija x'inhi l-akbar sfida, bħala intraprenditriċi, hija wieġbet li l-akbar diffikultà li ssib hi li tibbilanċja x-xogħol u l-ħajja personali. "Mhux biss il-ħin ma' Henry iżda l-bżonnijiet mediċi tiegħu wkoll. Mill- Minkejja l-vjaġġ turbulenti tagħha fejn hi u binha kienu f'xifer il-mewt, Lorinda Mamo toħroġ rebbieħa u b'suċċess liema bħalu. L-ILLUM tintervista ... Charmaine Gauci Lorinda ma' binha Henry "Jekk nimrad jien jew xi ħadd madwaru jkun ma jiflaħx, ikollu jmur l-isptar"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021