Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 biex inkun nista' nlaħħaq Henry' ġurnata tiegħi ikolli parti minnha ddedikata għax-xogħol iżda aktar minn hekk nara li nieħu ħsiebu. Ikun hemm ġranet fejn ikollna niltaqgħu ma' tobba, żjarat għand l-ispiżerija eċċ. Apparti minn hekk irrid nara li nqatta' ħin miegħu u nara li jkollu ħin għalih ukoll. U din għalija hija sfida enormi," wieġbet Lorinda. U l-pandemija, affetwatek bħala intraprenditur? Mil-lat ta' Covid-19 u l-bżonnijiet tal-familja, Mamo tgħid li, kuntrarju ta' ħafna nies, ma kinitx il-pandemija li laqqathom mal-kunċett ta' kwarantina. Tgħid li peress li Henry għamel it- trapjant u jkollu jieħu medikazzjoni immunisoppressanti, minn dejjem kienu joqgħodu attenti ħafna minn irjieħat u mard ieħor. Tgħid li minkejja li minn ċertu aspetti, is-sitwazzjoni tal-pandemija kienet familjari, il-Covid-19 għamlet affarjiet oħra aktar diffiċli. Hija tgħid li, "kien hemm ħafna affarjiet li affetwawna minħabba l-Covid-19. Eżempju biex insiefru għall-mediċina u trattamenti kienet aktar diffiċli. Biex immorru l-Isptar kienet diffiċli wkoll." Minn naħa l-oħra mill-lat ta' negozju, qabel ma' faqqgħet il-pandemija, l-intraprenditur, kellha studio fejn setgħet taħdem, madanakollu, peress li dan l-istudio kien jinsab ġewwa ħanut, ma setgħetx tibqa' tagħmel użu minnu. Minkejja dan, bħala persuna kreattivà u li ma taqtax qalbha faċilment, sabet alternattiva temporanja u issa qiegħda taħdem f 'darha, minkejja li m'għandhiex spazju daqs li kieku għad kellha l-istudio. Madankollu, il-pandemija ma ħolqotx affarjiet negattivi biss. "Kont diġà qiegħda naħdem fuq Happy Play. Inizzjalment kont ibbażajt fuq prodott wieħed u l-playdough kien it-tieni wieħed. Meta faqqgħet il-pandemija rajt il-ħtieġa; li t-tfal kellhom bżonn jagħmlu xi ħaġa, il-ġenituri kienu frustrati u kien hawn li ddeċidejt li nibda nbiegħ il-playdough. F'dan il-perjodu l-playdough kien suċċess kbir għax tat l-opportunità lit-tfal jagħmlu xi ħaġa. Kif ukoll marret tajjeb ghax mhux tossiċi, la għat-tfal u lanqas għall-ambjent." X'inhu l-pass li jmiss? X'hemm ippjanat għall-futur? Din il-kumpanija diġà bdiet tħalli frott fil-gżejjer Maltin iżda issa se tibda timraħ f 'pajjiżi oħra. Ftit jiem ilu Lorinda ħabbret fuq il-midja soċjali li se tkun qiegħda tbigħ il-prodotti tagħha f 'ħanut ewlieni fir-Renju Unit. Mistoqsija x'inhu l-pass li jmiss hija qalet li tixtieq li l-kumpanija tagħha tibda' tespandi f 'pajjiżi oħra filwaqt li tintroduċi prodotti oħra fis-suq. Tgħid iżda li minn wara kwinti isir ħafna xogħol. Madankollu tinsab ħerqana li tara l-kumpanija tikber. Xi rwol għandu Henry f'Happy Play? Lorinda spjegat li Henry għandu rwol sinjifikanti fil-kumpanija tagħha tant li ssejjaħlu Happy Executive Officer (HEO). Lorinda spjegat li, "dejjem nipprova ninkludih kemm nista'. Jekk inkun se nintroduċi prodott ġdid dejjem nistaqsi lilu għal opinjoni u nagħmlu laqgħat flimkien biex inġiegħlu jħossu parti mill-kumpanija. Anke jekk inkun qiegħda nfittex xi materjali ġodda, nieħdu miegħi biex jgħini. Meta jkollna kollox komplut, hu jkun l-ewwel persuna li jipprovhom. Jekk ma jkunux tajbin, jgħidli u nbiddlu kollox." "Għażilt li niaħ in-negozju biex inkun nista' nlaħħaq mal-bżonnijiet mediċi ta' Henry," qalet Mamo filwaqt li spjegat li jiġu ġranet fejn ikollha tieqaf minn xogħolha biex tieħu ħsieb binha. Dan b'mod partikolari jekk ikollu bżonn imur l-isptar. Għalhekk, tgħid li mhuwiex xieraq li kieku kienet impjegata ma' kumpanija u kien ikollha tieqaf ħesrem mix-xogħol u mingħajr ma tkun taf meta se tirritorna. Kien għalhekk li hija ddeċidiet li tiaħ il-kumpanija tagħha għaliex xtaqet li jkollha l-flessibiltà. "Għalija din hija problema kbira. Jekk inkun naf li hu ma jiflaħx ikolli nieqaf. Nikkuntattja l-klijenti umbad nerġa' nibda' meta jħossu aħjar. Jiena grata ħafna li għandi klijenti li jagħtuni ħafna sapport," kompliet tgħid hija. 'Li kieku kellek treġġa l-arloġġ lura, x'tgħid lilek innifsek?' "Kieku ngħid lili nnifsi biex ma niddubitax il-kapaċitajiet tiegħi. Din hija xi ħaġa li tgħallimt maż-żmien, iżda nixtieq li tgħallimta qabel," wieġbet Mamo. Minn naħa l-oħra tgħid li kieku kellha tmur lura għal qabel ma saret omm kienet ma kienet tbiddel xejn. "Ma kont inbiddel xejn, lanqas il-ħazin. Kollha għandna l-isfidi tagħna. Isma lilek innifsek u gawdi l-mument. Anke l-mumenti l-ħżiena, għax fl-aħħar minn l-aħħar, dawn għamluk l-omm li int illum," temmet Lorinda.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021